<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑416/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0416</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:501">EU:C:2016:501</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20160630">30.6.2016</DATE> – KAWŻA C‑416/15</P><P>SELENA ROMÂNIA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1225/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 13</KEYWORD><KEYWORD>Evitar</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 791/2011</KEYWORD><KEYWORD>Drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina</KEYWORD><KEYWORD>Dazji antidumping</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 437/2012</KEYWORD><KEYWORD>Kunsinna mit-Tajwan</KEYWORD><KEYWORD>Ftuħ ta’ investigazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 21/2013</KEYWORD><KEYWORD>Estensjoni tad-dazju antidumping</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività</KEYWORD><KEYWORD>Kodiċi Doganali tal-Komunità</KEYWORD><KEYWORD>Irkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑416/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (qorti tal-appell ta’ Bukarest, Ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150420">20 ta’ April 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20150729">29 ta’ Lulju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Selena România SRL</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) București,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn C. Lycourgos, President tal-Awla, C. Vajda u K. Jürimäe (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn R.‑H. Radu u M. Bejenar, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. França u G.‑D. Balan, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013, tal-<DATE ISO="20130110">10 ta’ Jannar 2013</DATE> li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="011" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 11, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament ta’ estensjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), adottat wara investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="51" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 343, p. 51</REF.DOC.OJ>, u rettifkia <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="007" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 7, p. 22</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament bażiku<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tresqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Selena România SRL u d-Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București (DGRFP) (direttorat ġenerali reġjonali tal-finanzi pubbliċi ta’ Bukarest, Ir-Rumanija) dwar deċiżjoni ta’ regolarizzazzjoni maħruġa minn din tal-aħħar li timponi fuq Selena România l-ħlas ta’ dazji antidumping.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009, tas-<DATE ISO="20091116">16 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="324" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 324, p. 23</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="026.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Leġislazzjoni doganali jew leġislazzjoni oħra tal-[Unjoni] li tirregola oqsma speċifiċi tista’ tistipula li għandu jiġi prodott dokument bħala prova tal-oriġini tal-merkanzija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-produzzjoni ta’ dak id-dokument, l-awtoritajiet doganali jistgħu, f’każ ta’ dubji serji, jitolbu prova oħra sabiex jiżguraw illi l-indikazzjoni ta’ l-oriġini hija skond ir-regoli stipulati mil-leġislazzjoni relevanti tal-[Unjoni].<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 3 tat-Titolu VII tal-Kodiċi Doganali huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>irkupru ta’ l-ammont tad-dejn doganali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>. Dan b’mod partikolari jinkludi l-Artikoli 217 sa 221 ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament bażiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-premessa 22 tar-Regolament bażiku:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[...] [h]uwa meħtieġ li jiġu introdotti disposizzjonijiet ġodda fil-leġislazzjoni tal-[Unjoni] li jkollhom x’jaqsmu mad-drawwiet, li jinkludu s-sempliċi assemblaġġ tal-merkanzija [fl-Unjoni Ewropea] jew f’pajjiż terz, li jkollhom bħala l-iskop ewlieni tagħhom, l-evitar tal-miżuri kontra d-dumping.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Miżuri proviżorji u dazji definittivi kontra d-dumping għandhom jiġu applikati biss għal prodotti li jidħlu f’ċirkolazzjoni ħielsa wara ż-żmien meta d-deċiżjoni meħuda skond l-Artikoli 7(1) jew 9(4), kif jista’ jkun il-każ, tiġi infurzata, soġġetta għall-eċċezzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Evażjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazji ta’ kontra d-dumping imposti skond dan ir-Regolament jistgħu jiġu estiżi għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, ta’ prodotti simili, kemm jekk ftit modifikati kemm jekk le; jew għal importazzjonijiet ta’ prodotti simili ftit modifikati mill-pajjiż li hu soġġett għall-miżuri; jew għal partijiet minnhom, meta tkun qed issir evażjoni mill-miżuri fis-seħħ. Id-dazji ta’ kontra d-dumping li ma jeċċedux d-dazju residwu ta’ kontra d-dumping impost skond l-Artikolu 9(5) jistgħu jiġu estiżi għal importazzjonijiet minn kumpanniji li jibbenefikaw minn dazji individwali fil-pajjiżi li huma suġġetti għall-miżuri fejn qed titwettaq l-evażjoni. Evażjoni għandha tiġi mfissra bħala bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn pajjiżi terzi u l-[Unjoni] jew bejn kumpanniji individwali fil-pajjiż soġġett għall-miżuri u l-[Unjoni], li tinħoloq minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom hemm raġuni tajba jew ġustifikazzjoni ekonomika insuffiċjenti ħlief l-imposizzjoni ta’ dazju, u fejn ikun hemm xhieda ta’ ħsara jew li l-effetti tad-dazju biex iġibu rimedju qiegħdin jiddgħajfu fir-rigward tal-prezzijiet u/jew il-kwantitajiet ta’ prodott simili, u fejn ikun hemm xhieda ta’ dumping rigward il-valuri normali stabbiliti preċedentement għall-prodott simili, jekk ikun neċessarju skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2.</ALINEA><ALINEA>Il-prattika, proċess jew ħidma msemmija fl-ewwel subparagrafu jinkludu, inter alia, il-modifika żgħira tal-prodott konċernat biex jaqa’ taħt kodiċijiet doganali li normalment ma humiex soġġetti għall-miżuri, sakemm il-modifika ma tibdilx il-karatteristiċi essenzali tiegħu; il-kunsinna tal-prodott soġġett għall-miżuri permezz ta’ pajjiżi terzi; l-organizzazzjoni mill-ġdid mill-esportaturi u l-produtturi tax-xejriet tagħhom u tal-kanali tal-bejgħ fil-pajjiż soġġett [pajjiżi suġġetti] għall-miżuri sabiex eventwalment il-prodotti tagħhom jiġu esportati lejn [l-Unjoni] permezz ta’ produtturi li jibbenefikaw minn dazju individwali li hu inqas minn dak li japplika għall-prodotti tal-fabbrikanti; u, fiċ-ċirkostanzi imsemmija fil-paragrafu2, l-assemblaġġ ta’ partijiet minn operazzjoni ta’ l-assemblaġġ [fl-Unjoni] jew f’pajjiż terz.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="013.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-investigazzjonijiet għandhom jinbdew skond dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni [Ewropea] jew fuq talba ta’ l-Istati Membri jew xi parti interessata fuq il-bażi ta’ xiedha suffiċjenti rigward il-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-bidu ta’ l-investigazzjonijiet għandu jsir, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, permezz ta’ Regolament tal-Kummissjoni li jista’ ukoll jagħti istruzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jagħmlu l-importazzjonijiet soġġetti għal reġistrazzjoni skond l-Artikolu 14(5) jew li jitolbu garanziji. L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni, li tista’ tkun assistita minn awtoritajiet doganali u għandhom jintemmu fi żmien disa’ xhur. Meta l-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-estensjoni tal-miżuri, dan għandu jsir mill-Kunsill [tal-Unjoni Ewropea], li jaġixxi fuq proposta sottomessa mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv. Il-proposta tiġi adottata mill-Kunsill kemm-il darba ma jiddeċiedix b’maġġoranza sempliċi li ma jaċċettax il-proposta, fi żmien xahar wara li tkun ġiet sottomessa mill-Kummissjoni. L-estensjoni tibda’ sseħħ mid-data li fiha ġiet imposta r-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 14(5) jew li fiha ġew mitluba l-garanziji. Id-disposizzjonijiet rilevanti dwar proċedura ta’ dan ir-Regolament rigward il-bidu u t-tmexxija ta’ investigazzjonijiet għandhom jgħoddu bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(5) tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tidderieġi l-awtoritajiet tad-dwana biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jistgħu sussegwentament jiġu applikati kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ reġistrazzjoni bħal din. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għal reġistrazzjoni wara talba mill-industrija Komunitarja li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din. Għandha tiġi introdotta reġistrazzjoni<?PAGE NO="4"?> mir-regolament li għandu jispeċifika l-iskop ta’ l-azzjoni u, jekk xieraq, l-ammont stmat ta’ obbligazzjoni possibbli fil-ġejjieni. L-importazzjonijiet ma għandhomx jiġu magħmula soġġetti għal reġistrazzjoni ta’ perjodu itwal minn disa xhur.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolamenti antidumping relatati ma drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Wara lment imressaq quddiem il-Kummissjoni minn produtturi Ewropej ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, ġie adottat ir-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011, tat-<DATE ISO="20110803">3 ta’ Awwissu 2011</DATE>, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 204, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Regolament inizjali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament inizjali, huwa stabbilit dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tad-drappijiet b’malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ, ta’ daqs ta’ ċellola ta’ iktar minn 1.8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li tiżen aktar minn 35 g/m<HT TYPE="SUP">2</HT>, li jinsabu fil-kodiċijiet ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382) (kodiċijiet tat-TARIC 7019510010 u 7019590010) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Abbażi tal-Artikolu 4 tiegħu, ir-regolament inizjali daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20110810">10 ta’ Awwissu 2011</DATE>, jiġifieri fil-ġurnata ta’ wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Wara talba mressqa minn erba’ produtturi tal-Unjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 437/2012, tat-<DATE ISO="20120523">23 ta’ Mejju 2012</DATE>, li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ evażjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill [...] Nru 791/2011 [...], u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="134" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 134, p. 12</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Regolament ta’ ftuħ<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tar-regolament ta’ ftuħ, l-investigazzjoni miftuħa bl-imsemmi regolament tirrigwarda l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b’daqs taċ-ċellula ta’ iktar minn 1.8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżen iżjed minn 35 g/m<HT TYPE="SUP">2</HT>, minbarra diski tal-fibra tal-ħġieġ, ikkonsenjati mit-Tajwan u mit-Tajlandja, sew jekk ikun iddikjarat li dawn joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019510012, 7019510013, 7019590012 u 7019590013).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tar-regolament ta’ ftuħ jipprevedi li, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-regolament bażiku, l-awtoritajiet doganali huma mitluba jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ ftuħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tiegħu, ir-Regolament ta’ ftuħ daħal fis-seħħ fil-<DATE ISO="20120525">25 ta’ Mejju 2012</DATE>, jiġifieri fil-ġurnata ta’ wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Wara l-investigazzjoni kkonċernata mir-regolament ta’ ftuħ, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ estensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ estensjoni jipprevedi l-estensjoni tad-dazju antidumping definittiv stabbilit bl-Artikolu 1(2) tar-Regolament inizjali fuq l-importazzjonijiet ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ta’ daqs taċ-ċellula ta’ iktar minn 1.8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu<?PAGE NO="5"?> iktar minn 35 g/m<HT TYPE="SUP">2</HT> li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għall-importazzjonijiet ta’ dawn l-istess prodotti kkunsinnati mit-Tajwan u mit-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2) tar-regolament ta’ estensjoni, id-dazju estiż permezz tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinnati mit-Tajwan u mit-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-regolament ta’ ftuħ kif ukoll skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Abbażi tal-Artikolu 4 tiegħu, ir-regolament ta’ estensjoni daħal fis-seħħ fis-<DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE>, jiġifieri fil-ġurnata ta’ wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Bejn it-12 ta’ Marzu u t-<DATE ISO="20120518">18 ta’ Mejju 2012</DATE>, Selena România, kumpannija stabbilita fir-Rumanija, irrilaxxat għal ċirkulazzjoni libera, fl-Unjoni, drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, ta’ daqs ta’ ċellola ta’ iktar minn 1.8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li tiżen aktar minn 35 g/m<HT TYPE="SUP">2</HT>, importati mingħand fornitur stabbilit fit-Tajwan (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>importazzjonijiet inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni ta’ regolarizzazzjoni tal-<DATE ISO="20140205">5 ta’ Frar 2014</DATE>, id-DGRFP talab lil Selena România tħallas l-ammont ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">1151748</FT> (Madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">257970</FT>), li jikkorrispondi għad-dazji antidumping u għat-taxxa fuq il-valur miżjud mhux imħallsa minn din tal-aħħar għal dan ir-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera, miżjuda b’interessi u b’penalitajiet moratorji, minħabba li kien ġie kkonstatat, wara verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> mwettaq fil-bini ta’ Selena România u wara investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), li l-importazzjonijiet inkwistjoni kienu fil-verità joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li, konsegwentement, dawn kienu suġġetti għad-dazju antidumping previsti bir-Regolamenti inizjali u ta’ estensjoni. Id-DGRFP qies li r-rapport ta’ investigazzjoni tal-OLAF kien stabbilixxa li l-lottijiet ta’ drappijiet tal-fibri tal-ħġieġ li kienu s-suġġett tal-importazzjonijiet inkwistjoni kienu ntbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina lejn it-Tajwan, mingħajr ma kienu suġġetti għal trasformazzjoni jew trattament f’dan l-aħħar pajjiż, qabel ma ġew esportati lejn l-Unjoni, b’tali mod li l-oriġini mhux preferenzjali Ċiniża kellha tinżamm fir-rigward ta’ dawn il-lottijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Selena România ressqet ilment amministrattiv kontra din id-deċiżjoni ta’ regolarizzazzjoni quddiem id-Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Galați (direttorat ġenerali reġjonali tal-finanzi pubbliċi ta’ Galați, Ir-Rumanija), li kkonferma l-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140722">22 ta’ Lulju 2014</DATE>, Selena România ressqet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ regolarizzazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju. Insostenn tar-rikors tagħha hija tinvoka, b’mod partikolari, motiv ibbażat fuq l-applikazzjoni retroattiva żbaljata mid-DGRFP tar-regolamenti ta’ ftuħ u ta’ estensjoni. Fil-fatt, fid-data ta’ meta seħħew l-importazzjonijiet inkwistjoni. L-ebda wieħed minn dawn ir-regolamenti ma kien fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tar-regolament ta’ estensjoni. B’mod partikolari, hija tistaqsi jekk id-dazju antidumping definittiv, stabbilit bl-Artikolu 1 tar-regolament ta’ estensjoni japplikax għal importazzjonijiet fl-Unjoni li joriġinaw mit-Tajwan, bħall-importazzjonijiet inkwistjoni, imwettqa qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, iżda wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qort tar-rinviju tosserva li l-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-atti tal-Unjoni ġie sanċit mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u b’mod partikolari dik mibdija mis-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19640609">9 ta’ Ġunju 1964</DATE>, <NAME.CASE>Capitaine vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>69/63</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1964:38">EU:C:1964:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19651209">9 ta’ Diċembru 1965</DATE>, <NAME.CASE>Singer</NAME.CASE> (<NO.CASE>44/65</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1965:122">EU:C:1965:122</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iżda li ġew aċċettati ċerti eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Curtea de Apel Bucureşti (Qorti tal-appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.P><TXT>[Ir-regolament ta’ estensjoni] għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għall-importazzjonijiet minn residenti tal-Unjoni Ewropea mit-Tajwan qabel is-17/01/2013, jiġifieri fl-2012, iżda wara l-adozzjoni tar-[regolament inizjali]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dazju antidumping definittiv, speċifikat fl-Artikolu 1 tar-[regolament ta’ estensjoni], għandu japplika wkoll għall-importazzjoni minn residenti tal-Unjoni Ewropea mit-Tajwan matul il-perijodu qabel is-<DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE> u qabel id-data tal-adozzjoni tar-[regolament ta’ ftuħ] u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, iżda wara l-adozzjoni tar-[regolament inizjali]?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ estensjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li d-dazju antidumping definittiv estiż b’din id-dispożizzjoni huwiex applikabbli retroattivament għal prodotti kkunsinnati mit-Tajwan, irrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament inizjali, iżda qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ ftuħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Peress li r-Regolament ta’ estensjoni ġie adottat abbażi tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għandu jiġi osservat li, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-dazji antidumping stabbiliti abbażi ta’ dan ir-regolament jistgħu jiġu estiżi għal importazzjonijiet minn Stati terzi ta’ prodotti simili jew ta’ partijiet ta’ dawn il-prodotti meta l-miżuri fis-seħħ jiġu evitati. Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku l-investigazzjoni tinfetaħ permezz ta’ regolament tal-Kummissjoni li jista’ jordna li l-awtoritajiet doganali jagħmlu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ikkonċernati obbligatorja skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, mill-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku jirriżulta li, fil-każ li jkun hemm evitar, l-estensjoni tal-miżuri definittivi diġà stabbiliti tibda tapplika mid-data li fiha r-reġistrazzjoni ssir obbligatorja skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130606">6 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Paltrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑667/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:368">EU:C:2013:368</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm l-Artikolu 10(1) tar-regolament bażiku jistabbilixxi l-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-miżuri antidumping, peress li dawn jistgħu, bħala prinċipju, jiġu applikati biss għal prodotti rrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera wara d-data li fiha r-regolament li jistabbilixxihom jidħol fis-seħħ, madankollu diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku jidderogaw minn dan il-prinċipju. Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet jawtorizzaw l-applikazzjoni ta’ miżuri antidumping għal prodotti rrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament li jistabbilixxihom, bil-kundizzjoni li l-importazzjonijiet ikkonċernati jkunu ġew irreġistrati skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NO.CASE>C‑371/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:828">EU:C:2015:828</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-Regolament ta’ estensjoni, fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-regolament huwa espliċitament indikat li d-dazju estiż permezz tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, kif previsti f’din id-dispożizzjoni, ikkunsinnati mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw minn dan il-pajjiżi kif ukoll jekk le, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-regolament ta’ ftuħ kif ukoll skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-regolament bażiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, huwa paċifiku li l-importazzjonijiet inkwistjoni seħħew qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ ftuħ, jiġifieri l-<DATE ISO="20120525">25 ta’ Mejju 2012</DATE>, jiġifieri qabel ma dawn ma setgħu jiġu rreġistrati skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Konsegwentement, mill-kunsiderazzjonijiet esposti iktar il-fuq jirriżulta li d-dazju antidumping estiż permezz tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ estensjoni ma huwiex applikabbli retroattivament għal importazzjonijiet, bħall-importazzjonijiet inkwistjoni, li seħħew qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament ta’ ftuħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, għandu madankollu jiġi speċifikat, hekk kif għamlu l-Gvern Rumen u l-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, li din l-interpretazzjoni ma tipprekludix li d-dazju antidumping definittiv stabbilit bl-Artikolu 1(1) tar-Regolament inizjali jiġi applikat għal tali importazzjonijiet jekk jiġi stabbilit, wara verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, li l-imsemmija importazzjonijiet fil-verità joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li, skont l-Artikolu 1(1) tar-Regolament inizjali, huwa stabbilit dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ deskritti f’din id-dispożizzjoni u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-Artikolu 26 tal-Kodiċi Doganali, għalkemm il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi li l-oriġini tal-merkanzija għandha tkun iġġustifikata bil-produzzjoni ta’ dokument, il-produzzjoni ta’ dan id-dokument ma tipprekludix, fil-każ ta’ dubji serji, lill-awtoritajiet doganali milli jeżiġu kull ġustifikazzjoni kompatibbli sabiex jiżguraw ruħhom li l-indikazzjoni tal-oriġini tkun tabilħaqq konformi mar-regoli stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-għan tal-verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> huwa li tiġi vverifikata l-eżattezza tal-oriġini indikata fiċ-ċertifikat ta’ oriġini (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Lagura Vermögensverwaltung</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑438/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:703">EU:C:2012:703</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-fatt li merkanzija tkun akkumpanjata minn ċertifikat ta’ oriġini ma huwiex ċirkustanza li tista’ topponi l-irkupru tad-dazji dovuti għall-importazzjoni ta’ din il-merkanzija jekk, wara din l-importazzjoni, irriżulta li dawn iċ-ċertifikati huma ineżatti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Pascoal &amp; Filhos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑97/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:370">EU:C:1997:370</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-importazzjonijiet inkwistjoni, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk, għal kull wieħed mil-lottijiet ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ irrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhomx provi suffiċjenti sabiex jiġi deċiż li, għalkemm ikkunsinnati mit-Tajwan u ddikjarati bħala li joriġinaw minn dan il-pajjiż, dawn il-lottijiet kellhom jitqiesu bħala li fil-verità joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u f’dan il-każ id-dazju antidumping stabbilit fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament inizjali jkun applikabbli għalihom. Jekk dan ikun il-każ, kif enfasizzat il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, l-irkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ dan id-dazju għandu jseħħ skont ir-regoli dwar l-irkupru tad-dejn doganali previsti fil-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ estensjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dazju antidumping definittiv estiż minn din id-dispożizzjoni ma huwiex applikabbli retroattivament għal prodotti kkunsinnati mit-Tajwan, irrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tar-Regolament inizjali, iżda qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ ftuħ. Madankollu, id-dazju antidumping stabbilit bl-Artikolu 1(1) tar-regolament inizjali huwa applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ tali prodotti, jekk jiġi stabbilit li, għalkemm ikkunsinnati mit-Tajwan u ddikjarati bħala li joriġinaw minn dan il-pajjiż, dawn il-prodotti fil-verità joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013, tal-<DATE ISO="20130110">10 ta’ Jannar 2013</DATE> li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dazju antidumping definittiv estiż minn din id-dispożizzjoni ma huwiex applikabbli retroattivament għal prodotti kkunsinnati mit-Tajwan, irrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011, tat-<DATE ISO="20110803">3 ta’ Awwissu 2011</DATE>, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, iżda qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 437/2012, tat-<DATE ISO="20120523">23 ta’ Mejju 2012</DATE>, li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ evażjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill [...] Nru 791/2011 [...], u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni. Madankollu, id-dazju antidumping stabbilit bl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 791/2011 huwa applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ tali prodotti, jekk jiġi stabbilit li, għalkemm ikkunsinnati mit-Tajwan u ddikjarati bħala li joriġinaw minn dan il-pajjiż, dawn il-prodotti fil-verità joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>