9.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 243/45


DEĊIŻJONI (UE) 2021/1124 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-7 ta’ Lulju 2021

li taħtar żewġ Imħallfin u żewġ Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta’ 14-il Imħallef u sitt Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fis-6 ta’ Ottubru 2021.

(2)

Jenħtieġ li jkun hemm ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perijodu li jibda mis-7 ta’ Ottubru 2021 u li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2027.

(3)

Is-Sa Küllike JÜRIMÄE ġiet innominata għal din il-kariga bil-ħsieb li jiġġedded il-mandat tagħha bħala Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja.

(4)

Is-Sur Manuel CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA ġie innominat għal din il-kariga bil-ħsieb li jiġġedded il-mandat tiegħu bħala Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja.

(5)

Is-Sa Maria Lourdes ARASTEY SAHÚN ġiet innominata għall-ewwel mandat tagħha bħala Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(6)

Is-Sa Tamara ĆAPETA ġiet innominata għall-kariga ta’ Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja.

(7)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dawn il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallef u ta’ Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2021 sas-6 ta’ Ottubru 2027:

—

is-Sa Küllike JÜRIMÄE,

—

is-Sa Maria Lourdes ARASTEY SAHÚN.

Artikolu 2

Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2021 sas-6 ta’ Ottubru 2027:

—

is-Sur Manuel CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA,

—

is-Sa Tamara ĆAPETA.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2021.

Il-President

I. JARC