<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑234/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CC0234</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:323">EU:C:2013:323</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT – KAWŻA C-234/12</P><P>SKY ITALIA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-234/12</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sky Italia s.r.l.</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio, l-Italja]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Direttiva 2010/13/UE</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi ta’ xandir awdjoviżivi</KEYWORD><KEYWORD>Limitu tal-ħin massimu ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali iktar stretta għal xandir bi ħlas milli għal xandir bla ħlas</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament skont id-dritt tal-UE</KEYWORD><KEYWORD>Libertajiet fundamentali tas-suq intern Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Libertà u pluraliżmu tax-xandir</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Ir-reklamar huwa xi ftit jew wisq komuni fuq ix-xandir televiżiv Ewropew. Dan ir-reklamar televiżiv, li huwa ġeneralment meqjus mill-udjenza bħala interruzzjoni skomda tax-xandir, ilu li sar fattur ekonomiku li ma għandux jiġi sottovalutat u li jirrappreżenta sors ta’ qligħ lix-xandara tat-televiżjoni. Għaldaqstant, ma huwiex sorprendenti li dan kien is-suġġett ta’ diversi kwistjonijiet legali.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Sabiex jipproteġi l-interessi tal-udjenza u sabiex joħloq l-istess kundizzjonijiet sa fejn possibbli għax-xandara tat-televiżjoni stabbiliti fl-Ewropa, id-dritt tal-UE jippreskrivi ħin massimu ta’ trażmissjoni ta’ 20 % ta’ siegħa partikolari għar-reklamar televiżiv. Din id-dispożizzjoni hija inkluża fid-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva (Direttiva 2010/13/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20100310">10 ta’ Marzu 2010</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="095" DATE.PUB="2010">ĠU L 95, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>), li ssostitwixxiet d-Direttiva l-qadima <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Televiżjoni mingħajr fruntieri<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> (Direttiva 89/552/KEE)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-<DATE ISO="19891003">3 ta’ Ottubru 1989</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224). Din id-direttiva ġiet issostitwita bid-Direttiva 2010/13 b’effett mill-<DATE ISO="20100505">5 ta’ Mejju 2010</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Regoli nazzjonali dwar ir-reklamar televiżiv iktar stretti huma biss permessi jekk jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fid-dritt tal-UE. L-Italja użat din il-possibbiltà billi imponiet ħinijiet massimi differenti ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv fuq xandara tat-televiżjoni bi ħlas u fuq xandara tat-televiżjoni bla ħlas. Għalhekk, fl-2011, massimu ta’ 14 % ta’ siegħa partikolari seta’ jinkludi reklamar fuq xandir bi ħlas Taljan, filwaqt li ċ-ċifra kienet ta’ 18 % fuq xandir tat-televiżjoni bla ħlas.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Meta wieħed mill-istazzjonijiet ta’ xandir bi ħlas ta’ Sky Italia ttrażmetta iktar reklamar televiżiv minn dak permess skont il-liġi nazzjonali, l-awtorità ta’ sorveljanza kompetenti imponiet multa fuq din il-kumpannija. Sky Italia ressqet kawża kontra din l-awtorità u ssostni b’mod partikolari li l-leġiżlazzjoni Taljana hija inkompatibbli mad-dritt tal-UE. Reti Televisive Italiane (RTI), li tappartjeni lil grupp Mediaset u li hija l-ikbar xandara tat-televiżjoni bla ħlas fl-Italja, qiegħda wkoll tipparteċipa fil-proċeduri.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-partijiet fil-kawża prinċipali ma jaqblux dwar jekk ħinijiet massimi differenti ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv humiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fid-dritt tal-UE u dwar jekk jistgħux jiksru l-libertà u l-pluraliżmu tax-xandir.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni sekondarja tal-UE li tirreferi għaliha din il-kawża hija d-Direttiva 2010/13, Kapitolu VII <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Reklamar televiżiv u teleshopping<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> li jinkludi s-segwenti Artikolu 23(1):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-proporzjon ta’ spots ta’ reklamar televiżiv u spots ta’ teleshopping televiżiv f’siegħa speċifika tal-arloġġ m’għandux jeċċedi 20 %.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 4(1), li huwa parti mill-Kapitolu II <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dispożizzjonijiet Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> tad-Direttiva 2010/13 huwa wkoll rilevanti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jeħtieġu fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jikkonformaw ma’ regoli aktar dettaljati jew aktar stretti fl-oqsma koordinati minn din id-Direttiva sakemm tali regoli jkunu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Għandu jsir riferiment għall-premessi 8, 10, 41, 83 u 87 tal-preambolu tad-Direttiva 2010/13, li jipprovdu kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Huwa essenzjali għall-Istati Membri li jassiguraw il-prevenzjoni ta’ kull att li jista’ jkun ta’ detriment għal-libertà tal-moviment u l-kummerċ fi programmi tat-televiżjoni jew li jistgħu jippromwovu l-ħolqien ta’ pożizzjonijiet dominanti li jwasslu għal restrizzjonijiet fuq il-pluraliżmu u l-libertà tal-informazzjoni bit-televiżjoni u tas-settur tal-informazzjoni kollu kemm hu.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>[…] Filwaqt li jinżamm preżenti l-importanza ta’ parità u suq veru Ewropew għas-servizzi tal-media awdjoviżiva, il-prinċipji bażiċi tas-suq intern, bħall-kompetizzjoni libera u t-trattament ugwali, għandhom jiġu rrispettati sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-prevedibbiltà fis-swieq għas-servizzi tal-media awdjoviżiva u sabiex jinkisbu ostakli baxxi għad-dħul.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(41)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw regoli aktar dettaljati jew aktar stretti fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva għall-fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, filwaqt li jiżguraw li dawk ir-regoli huma konsistenti mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni. […]</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(83)</NO.P><TXT>Sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-konsumaturi bħala telespettaturi jiġu protetti bis-sħiħ u kif għandu jkun, huwa essenzjali li r-reklamar fuq it-televizjoni jkun soġġett għal ċertu numru ta’ regoli u standards minimi u li l-Istati Membri jżommu d-dritt li jistabbilixxu regoli aktar dettaljati jew aktar stretti u f’ċerti ċirkostanzi li jistabbilixxu kondizzjonijiet differenti għal xandara tat-televiżjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(87)</NO.P><TXT>Għandu jiġi stabbilit limitu ta’ 20 % ta’ spots ta’ reklamar u spots ta’ teleshopping fuq it-televiżjoni għal kull siegħa bl-arloġġ kif ukoll matul l-aqwa ħin. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni Taljana rilevanti hija d-Digriet Leġiżlattiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Digriet Leġiżlattiv.</P></NOTE> tal-President tar-Repubblika Nru 177, tal-<DATE ISO="20050731">31 ta’ Lulju 2005</DATE> (iktar ’il quddiem: id-Digriet Leġiżlattiv 177/2005) li jikkonsolida d-dispożizzjonijiet dwar is-servizzi awdjoviżivi u s-servizzi tar-radju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>GURI Nru 208 tas-<DATE ISO="20050907">7 ta’ Settembru 2005</DATE>, Suppliment Ordinarju Nru 150.</P></NOTE>, li l-Artikolu 38 tiegħu (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ħin massimu ta’ trażmissjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) ġie rivedut b’effett mit-<DATE ISO="20100330">30 ta’ Marzu 2010</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Din id-dispożizzjoni kienet riveduta bl-Artikolu 12 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 44 tal-<DATE ISO="20100315">15 ta’ Marzu 2010</DATE> (GURI Nru 73 tad-<DATE ISO="20100329">29 ta’ Marzu 2010</DATE>), li huwa wkoll magħruf bħala d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Digriet Romani<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></NOTE> u sa minn dakinhar, jinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="038.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>It-trażmissjoni ta’ reklami mill-proprjetarju tal-konċessjoni tas-servizz tax-xandir pubbliku ġenerali ma tistax teċċedi l-4 % ta’ programmazzjoni fil-ġimgħa u t-12 % ta’ kull siegħa; kull reklamar li jeċċedi dawn iċ-ċifri, b’massimu ta’ 2 % f’kull siegħa, għandu jiġi paċut bi tnaqqis fis-siegħa preċedenti jew sussegwenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="038.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>It-trażmissjoni ta’ reklami minn xandara ta’ programmi bla ħlas, inklużi xandara analogi, fuq livell nazzjonali, għajr il-proprjetarju tal-konċessjoni tas-servizz tax-xandir pubbliku ġenerali, ma għandhiex teċċedi l-15 % tal-ħin ta’ programmi kuljum u t-18 % ta’ siegħa partikolari; kwalunkwe reklamar li jeċċedi dawn iċ-ċifri, b’massimu ta’ 2 % f’kull siegħa, għandu jiġi paċut bi tnaqqis fis-siegħa preċedenti jew sussegwenti. […]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="038.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>It-trażmissjoni ta’ reklami mix-xandara ta’ programmi bi ħlas, inklużi xandara analogi, ma tistax, għas-snin 2010, 2011 u 2012, teċċedi s-16 %, l-14 % u t-12 % rispettivament, ta’ siegħa partikolari; kwalunkwe reklamar li jeċċedi dawn iċ-ċifri, b’massimu ta’ 2 % f’kull siegħa, għandu jiġi paċut bi tnaqqis fis-siegħa preċedenti jew sussegwenti.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u l-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Bid-Deċiżjoni Nru 233/11/CSP tat-<DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE> l-awtorità Taljana, Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni (AGCOM)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>L-Awtorità tat-Telekomunikazzjonijiet.</P></NOTE>, imponiet multa ta’ EUR 10 329 fuq ix-xandara Sky Italia s.r.l. minħabba ksur tal-ħinijiet massimi ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont il-konstatazzjonijiet ta’ AGCOM, bejn id-9:00 ta’ filgħaxija u l-10:00 ta’ filgħaxija fil-<DATE ISO="20110305">5 ta’ Marzu 2011</DATE>, Sky Italia ttrażmettiet reklami televiżivi fuq l-istazzjon bi ħlas tagħha Sky Sport 1, li kienu jammontaw għal 10 minuti u 4 sekondi, jiġifieri iktar minn 16 % tal-ħin tal-programmi fis-siegħa. Konsegwentement, matul dan il-perijodu, il-ħin massimu ta’ trażmissjoni permess għar-reklamar televiżiv, li matul dak iż-żmien, skont l-Artikolu 38(5) tad-Digriet Leġiżlattiv 177/2005, kien ta’ 14 % ta’ siegħa partikolari, inqabeż b’iktar minn żewġ punti perċentwali.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Sky Italia ressqet kawża kontra d-deċiżjoni kkontestata quddiem it-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Qorti amministrattiva reġjonali tal-Lazio</P></NOTE>. Sky Italia essenzjalment issostni li d-deċiżjoni hija illegali peress li l-bażi legali tagħha, fil-forma tal-Artikolu 38(5) tad-Digriet Legiżlattiv 177/2005 tmur kontra d-dritt tal-UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Barra minn hekk, Sky Italia qiegħda tallega ksur tad-dritt nazzjonali, li madankollu, ma humiex rilevanti għall-finijiet tad-domanda preliminari preżenti.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>It-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>qorti tar-rinviju<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></NOTE> għandha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-bażi legali nazzjonali mad-dritt tal-UE. B’digriet tas-<DATE ISO="20120307">7 ta’ Marzu 2012</DATE>, hija ssospendiet il-proċeduri u għamlet id-domandi segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-finijiet ta’ deċiżjoni preliminari:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/13/UE, il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza u r-regoli tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-moviment liberu tas-servizzi, tad-dritt ta’ stabbiliment u tal-moviment liberu tal-kapital, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-dispożizzjonijiet inklużi fl-Artikolu 38(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 177/2005, li jimponi limiti ta’ ħin iqsar għar-reklamar fil-konfront ta’ xandara bi ħlas meta mqabbla ma’ dawk stabbiliti fil-konfront ta’ xandara mingħajr ħlas?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u Libertajiet Fundamentali, u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b’mod partikolari l-prinċipju tal-pluraliżmu, jipprekludi d-dispożizzjonijiet inklużi fl-Artikolu 38(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 177/2005 li jimponi limiti ta’ ħin iqsar għar-reklamar fil-konfront ta’ xandara bi ħlas meta mqabbla ma’ dawk stabbiliti fil-konfront ta’ xandara mingħajr ħlas, billi jintroduċu distorsjoni tal-kompetizzjoni u billi jiffavorixxu l-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjonijiet dominanti fis-suq tar-reklamar televiżiv?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Sky Italia, RTI, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni Ewropea ssottomew osservazzjonijiet bil-miktub u ppreżentaw argument orali fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Is-seduta nżammet fl-<DATE ISO="20130410">10 ta’ April 2013</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kunsiderazzjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Iż-żewġ domandi magħmula mit-Tribunale Amministrativo Regoniale per il Lazio huma intiżi li jistaqsu jekk id-dritt tal-UE jipprekludix l-Istati Membri milli jipprovdu ħinijiet massimi differenti ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv fid-dritt nazzjonali tagħhom, li jiddependi fuq jekk dan ir-reklamar huwiex trażmess fuq xandir bi ħlas jew fuq xandir tat-televiżjoni bla ħlas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Iktar ’il quddiem, għall-finijiet ta’ sempliċità, jiena ser nirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ħinijiet massimi differenti ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</P></NOTE>. Filwaqt li l-ewwel domanda teżamina l-problema mill-perspettiva tal-ugwaljanza fit-trattament tax-xandara tat-televiżjoni u b’riferiment għad-drittijiet fundamentali tas-suq intern Ewropew, it-tieni domanda tiffoka fuq l-aspett tal-libertà u tal-pluraliżmu tax-xandir.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fil-kuntest taż-żewġ domandi, ser nillimita l-analiżi tiegħi għar-relazzjoni bejn ix-xandara tat-televiżjoni bi ħlas u x-xandara tat-televiżjoni bla ħlas. Din is-sitwazzjoni speċifika tax-xandara pubbliċi hija irrilevanti għall-finijiet ta’ risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari preżenti.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk ħinijiet massimi differenti ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv, kif ipprovdut fid-dritt Taljan, humiex kompatibbli mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/13, mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u mal-libertajiet fundamentali differenti tas-suq intern Ewropew.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Ammissibbiltà</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>RTI tesprimi dubji fir-rigward ta’ żewġ aspetti relatati mal-ammissibbiltà tal-ewwel domanda.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Qabelxejn, fil-fehma ta’ RTI, il-kwistjoni tal-kompatibbiltà tar-regola Taljana kkontestata mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/13 u mal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament skont id-dritt tal-UE ma tistax tqum <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> peress, bl-Artikolu 38 tad-Digriet Leġiżlattiv 177/2005, l-Italja sempliċement użat il-possibbiltà tagħha li tadotta regoli nazzjonali iktar stretti dwar reklamar televiżiv. F’dan ir-rigward, RTI tirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>possibbiltà ta’ diskrezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> li aġixxa biha l-Istat Taljan.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Dan l-argument ma huwiex konvinċenti. L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13 jiddefinixxi l-marġni ta’ diskrezzjoni li d-dritt tal-UE jagħti lil-leġiżlatur nazzjonali sabiex jadotta regoli nazzjonali iktar stretti. Jekk, kif inhu l-każ hawnhekk, qorti nazzjonali tikkunsidra li għandha tiddeċiedi dwar jekk id-dritt nazzjonali jissodisfax il-limiti tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13 jew jeċċedix dawn il-limiti, jista’ jsir rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, jistgħu jsiru domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament skont id-dritt tal-UE.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Dan jidher ċar mill-kliem stess tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13, li tipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri stretti nazzjonali biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>sakemm tali regoli jkunu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Ir-rekwiżiti tad-dritt tal-UE li għandha tissodisfa l-leġiżlazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13 jinkludu, minbarra d-drittijiet fundamentali tas-suq intern Ewropew<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara l-premessa 10 fil-preambolu tad-Direttiva 2010/13: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>il-prinċipji bażiċi tas-suq intern, bħall-kompetizzjoni libera u ugwaljanza fit-trattament, għandhom jiġu rrispettati sabiex jiġu żgurati […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>; ara wkoll, speċifikament fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19991028">28 ta’ Ottubru 1999</DATE>, ARD (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-6/98" PAGE.ECR="I-7599" YEAR="1999">C-6/98, Ġabra p. I-7599</REF.DOC.ECR>, punt 49) u tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Corporación Dermoestética (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-500/06" PAGE.ECR="I-5785" YEAR="2008">C-500/06, Ġabra p. I-5785</REF.DOC.ECR>, punt 31).</P></NOTE>, il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Premessa 41 tal-preambolu tad-Direttiva 2010/13.</P></NOTE>, u mhux b’inqas il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, Rodrìgues Caballero (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-442/00" PAGE.ECR="I-11915" YEAR="2002">C-442/00, Ġabra p. I-11915</REF.DOC.ECR>, punti 31 u 32); tal-<DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Chacón Navas (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-13/05" PAGE.ECR="I-6467" YEAR="2006">C-13/05, Ġabra p. I-6467</REF.DOC.ECR>, punt 56); u tas-<DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, Cordero Alonso (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-81/05" PAGE.ECR="I-7569" YEAR="2006">C-81/05, Ġabra p. I-7569</REF.DOC.ECR>, punti 35 u 41).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Id-determinazzjoni tal-ħinijiet massimi ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv hija wkoll parti mill-implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 5(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Id-Direttiva 2010/13 teħtieġ li l-Istati Membri jippreskrivu ħinijiet massimi ta’ trażmissjoni fil-kuntest stabbiliti mid-dritt tal-UE sa 20 % ta’ siegħa partikolari. Jekk leġiżlatur nazzjonali jieħu miżuri sabiex jimplementa dan l-obbligu, kif ġara fid-dritt Taljan bl-14 % tal-ħin massimu ta’ trażmissjoni għar-reklamar fuq xandir bi ħlas (għall-2011), huwa għandu jikkonforma mad-drittijiet fundamentali tal-UE, inkluż mal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament skont id-dritt tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>It-tieni nett, RTI tilmenta li l-qorti tar-rinviju ma sostniex b’mod suffiċjenti l-ewwel domanda tagħha dwar il-ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali tas-suq intern Ewropew.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Madankollu, din l-oġġezzjoni hija infondata. RTI hija korretta meta ssostni li l-osservazzjonijiet dwar id-drittijiet fundamentali fid-digriet tar-rinviju huma qosra ħafna. Madankollu, huwa ċar mid-digriet tar-rinviju li l-qorti tar-rinviju tikkunsidra li r-raġunijiet ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali huma l-istess għall-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament. Ma hijiex kwistjoni ta’ ammissibbiltà tad-domanda għal deċiżjoni preliminari jekk dan huwiex minnu, iżda din tikkonċerna l-evalwazzjoni sostantiva tad-domanda magħmula.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>B’mod ġenerali, l-ewwel domanda hija għalhekk ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Evalwazzjoni sostantiva</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2010/13, il-perċentwali tar-reklamar televiżiv f’siegħa partikolari ma għandux jeċċedi l-20 %. Il-premessa 87 fil-preambolu tad-Direttiva tistabbilixxi b’mod ċar li dan il-limitu japplika wkoll matul <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>l-aqwa ħin<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Dan huwa intiż li jistabbilixxi protezzjoni bbilanċjata tal-interessi finanzjarji tax-xandara tat-televiżjoni u ta’ min jirreklama fuq it-televiżjoni, fuq naħa, u l-interessi tal-proprjetarji tad-drittijiet, b’mod partikolari kittieba u produtturi, u naturalment konsumaturi bħala telespettaturi, fuq in-naħa l-oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="20031023">23 ta’ Ottubru 2003</DATE>, RTL Television (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-245/01" PAGE.ECR="I-12489" YEAR="2003">C-245/01, Ġabra p. I-12489</REF.DOC.ECR>, punt 62); u tal-<DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-281/09" PAGE.ECR="I-11811" YEAR="2011">C-281/09, Ġabra p. I-11811</REF.DOC.ECR>, punt 44), li kkonċernaw l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 89/552, u li jikkorrispondi għall-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2010/13 preżenti.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Huwa wkoll ċar mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13, li l-Istati Membri jistgħu jużaw ħin inqas mill-ħin massimu ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv billi jirrikjedu li l-fornituri tax-xandir taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jittrażmettu inqas minn 20 % ta’ reklamar televiżiv fis-siegħa.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal fehma ta’ Sky Italia, l-Artikolu 4(1) ma huwiex eċċezzjoni li għandu jingħata interpretazzjoni stretta, iżda dispożizzjoni ġenerali li hija karatteristika tad-Direttiva 2010/13 inġenerali, kif stabbilit mill-fatt li huwa stabbilit fil-Kapitolu II tad-direttiva (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Dispożizzjonijiet Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). Fl-aħħar nett, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13 jirrifletti l-fatt li l-leġiżlazzjoni tas-servizzi ta’ xandir awdjoviżivi huwa biss ta’ natura ta’ armonizzazzjoni minima<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara wkoll is-sentenzi tad-<DATE ISO="19950209">9 ta’ Frar 1995</DATE>, Leclerc-Siplec (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-412/93" PAGE.ECR="I-179" YEAR="1995">C-412/93, Ġabra p. I-179</REF.DOC.ECR>, punt 29 u 44); tal-<DATE ISO="20090305">5 ta’ Marzu 2009</DATE>, UTECA (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/07" PAGE.ECR="I-1407" YEAR="2009">C-222/07, Ġabra p. I-1407</REF.DOC.ECR>, punt 19); u tat-<DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>, Mesopotamia Broadcast (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-244/10+C-245/10" PAGE.ECR="I-8777" YEAR="2011">C-244/10 u C-245/10, Ġabra p. I-8777</REF.DOC.ECR>, punt 17), li kkonċernaw id-Direttiva 89/552.</P></NOTE>. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-preambolu tad-Direttiva 2010/13, b’mod partikolari mill-premessi 41 u 83.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għall-fehma ta’ Sky Italia, ma huwiex possibbli li mid-Direttiva 2010/13 tinsilet projbizzjoni ġenerali ta’ regoli nazzjonali b’livelli differenti ta’ ħin massimu ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv li jiddistingwu bejn kategoriji differenti ta’ xandara tat-televiżjoni. Għaldaqsant, l-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva jippermetti espressament lill-Istati Membri jadottaw mhux biss regoli <HT TYPE="ITALIC">iktar stretti</HT>, iżda wkoll <HT TYPE="ITALIC">iktar iddettaljati</HT> għal fornituri ta’ servizzi ta’ xandir fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Dan jidher b’mod iktar ċar fil-premessa 83 tal-preambolu tad-Direttiva, li hija rilevanti għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) li jipprovdi li, fir-rigward b’mod speċifiku tar-reklamar televiżiv, l-Istati Membri għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>f’ċerti ċirkostanzi […] jistabbilixxu kondizzjonijiet differenti għal xandara tat-televiżjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara wkoll is-sentenza tad-<DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Eleftheri tileorasi u Giannikos (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-52/10" PAGE.ECR="I-4973" YEAR="2011">C-52/10, Ġabra p. I-4973</REF.DOC.ECR>, punt 35), li kkonċernat id-Direttiva 89/552.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ma jistax jiġi preżunt li d-Direttiva 2010/13 tipprekludi kategorikament ħinijiet massimi differenti ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv skont it-tip ta’ xandar tat-televiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi eżaminat jekk, regola bħad-dispożizzjoni Taljana tal-Artikolu 38 tad-Digriet Leġiżlattiv 177/2005, tikkonformax mad-dritt tal-Unjoni ieħor, kif preskritt espressament bl-aħħar klawżola tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13. Il-qorti tar-rinviju għandha dubji serji dwar il-kompatibbiltà tar-regola Taljana mal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament skont id-dritt tal-UE [ara immedjatament iktar ’il quddiem, sezzjoni (a)] u d-diversi drittijiet fundamentali tas-suq intern [ara iktar ’il quddiem, sezzjoni (b)].</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament skont id-dritt tal-UE</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, stabbilit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20100914">14 ta’ Settembru 2010</DATE>, Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Akzo Nobel<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-550/07 P" PAGE.ECR="I-8301" YEAR="2010">C-550/07 P, Ġabra p. I-8301</REF.DOC.ECR>, punt 54); ara, barra minn hekk, is-sentenza tad-<DATE ISO="19771019">19 ta’ Ottubru 1977</DATE>, Ruckdeschel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="117/76+16/77" PAGE.ECR="I-1753" YEAR="1977">117/76 u 16/77, Ġabra p. I-1753</REF.DOC.ECR>, punt 7); u tat-<DATE ISO="20060912">12 ta’ Settembru 2006</DATE>, Eman u Sevinger (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-300/04" PAGE.ECR="I-8055" YEAR="2006">C-300/04, Ġabra p. I-8055</REF.DOC.ECR>, punt 57).</P></NOTE> u għalhekk igawdi l-istatus ta’ dritt fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, dan il-prinċipju jeħtieġ li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, għajr jekk dan it-trattament ikun iġġustifikat oġġettivament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, IATA u ELFAA (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-344/04" PAGE.ECR="I-403" YEAR="2006">C-344/04, Ġabra p. I-403</REF.DOC.ECR>, punt 95); tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Arcelor Atlantique u Lorraine <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Arcelor<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/07" PAGE.ECR="I-9895" YEAR="2008">C-127/07, Ġabra p. I-9895</REF.DOC.ECR>, punt 23); u Akzo Nobel (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19, punt 55).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-elementi li jikkaratterizzaw is-sitwazzjonijiet differenti kif ukoll il-paragunabbiltà tagħhom għandhom, b’mod partikolari, jiġu ddeterminati u evalwati fid-dawl tas-suġġett u tal-iskop tad-dispożizzjoni li tistabbilixxi d-distinzjoni inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenzi Arcelor (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20, punt 25); tas-<DATE ISO="20110317">17 ta’ Marzu 2011</DATE>, AJD Tuna (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-221/09" PAGE.ECR="I-1655" YEAR="2011">C-221/09, Ġabra p. I-1655</REF.DOC.ECR>, punt 93); u tat-<DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, Il-Lussemburgu vs Il-Parlament u Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-176/09" PAGE.ECR="I-3727" YEAR="2011">C-176/09, Ġabra p. I-3727</REF.DOC.ECR>, punt 32).</P></NOTE>. Barra minn hekk, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-prinċipji u l-għanijiet tal-qasam li tifforma parti minnu d-dispożizzjoni inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara f’dan is-sens is-sentenza Arcelor (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20, punt 26); u Il-Lussemburgu vs Il-Parlament u Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-176/09" PAGE.ECR="I-3727" YEAR="2011">C-176/09, Ġabra p. I-3727</REF.DOC.ECR>, punt 32).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, għandu jiġi kkunsidrat, fir-rigward tal-għanijiet tal-Artikolu 38 tad-Digriet Leġiżlattiv 177/2005, jekk l-inugwaljanza fit-trattament ta’ xandara tat-televiżjoni bi ħlas u ta’ xandara tat-televiżjoni bla ħlas mil-leġiżlatur Taljan fir-rigward tal-ħinijiet massimi ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv hijiex ibbażata fuq differenzi bejn ix-xandara u x-xandir televiżiv tagħhom, jew, fil-każ li dan ma jkunx minnu, jekk hemmx ġustifikazzjoni oġġettiva għal din l-inugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Sa fejn huwa prevedibbli, id-Digriet Leġiżlattiv 177/2005 ma jagħmilx, fih innifsu, osservazzjoni ċara dwar l-għanijiet mixtieqa mill-Artikolu 38. Madankollu, indikazzjonijiet tal-għanijiet segwiti jistgħu jinsiltu mill-kuntest li fih ġiet adottata r-regola<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20071016">16 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Palacios de la Villa (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-411/05" PAGE.ECR="I-8531" YEAR="2007">C-411/05, Ġabra p. I-8531</REF.DOC.ECR>, punti 56 u 57); tal-<DATE ISO="20090305">5 ta’ Marzu 2009</DATE>, Age Concern England (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-388/07" PAGE.ECR="I-1569" YEAR="2009">C-388/07, Ġabra p. I-1569</REF.DOC.ECR>, punti 44 u 45); u tat-<DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE>, Petersen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-341/08" PAGE.ECR="I-47" YEAR="2010">C-341/08, Ġabra p. I-47</REF.DOC.ECR>, punti 39 u 40).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 38 tad-Digriet Leġiżlattiv 177/2005 għandu żewġ għanijiet konċepibbli: l-ewwel nett, il-protezzjoni tal-konsumaturi [ara immedjatament iktar ’il quddiem, is-sezzjoni (i)], li tiffoka fuqha b’mod partikolari AGCOM fid-deċiżjoni kkontestata, u t-tieni nett, trattament iktar favorevoli ta’ xandara tat-televiżjoni bla ħlas meta pparagunati ma’ xandara tat-televiżjoni bi ħlas [ara iktar ’il quddiem, sezzjoni (ii)]. Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat fir-rigward taż-żewġ aspetti jekk ix-xandara tat-televiżjoni bi ħlas u xandara tat-televiżjoni bla ħlas humiex f’sitwazzjoni paragunabbli u jekk l-inugwaljanza fit-trattament tagħhom skont regola bħal dik tad-dispożizzjoni Taljana tikkostitwixxix ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament skont id-dritt tal-UE.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumatur</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-protezzjoni tal-konsumaturi, bħala telespettaturi, minn reklamar eċċessiv hija aspett essenzjali tal-għan tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva, kif kienet qabel tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Televiżjoni mingħajr fruntieri<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza RTL Television (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punti 64 u 70); u tat-<DATE ISO="20071018">18 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Österreichischer Rundfunk (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-195/06" PAGE.ECR="I-8817" YEAR="2007">C-195/06, Ġabra p. I-8817</REF.DOC.ECR>, punt 27).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Kif sostnew b’mod korrett il-Gvern Taljan u RTI, il-bilanċ meħtieġ bejn l-interessi tal-konsumaturi minn naħa, u xandara u min jirreklama, min-naħa l-oħra, huwa differenti fuq xandir bi ħlas meta mqabbel ma’ xandir tat-televiżjoni bla ħlas. Bħala regola, stazzjonijiet televiżivi bi ħlas joffru lit-telespettaturi programmi speċifiċi, b’mod partikolari ċertu films, programmi ta’ divertiment u xandir ta’ avvenimenti sportivi, li ma humiex disponibbli, jew ma humiex disponibbli bl-istess mod, fuq xandir tat-televiżjoni bla ħlas. It-telespettatur ikun diġà ħallas somma kuntrattwali sabiex jirċievi dawn l-istazzjonijiet bi ħlas bħala parti mill-kuntratt individwali max-xandar tat-televiżjoni inkwistjoni. Għalhekk, it-telespettatur jista’ raġonevolment jistenna li jkun hemm ħafna inqas reklamar fuq xandir bi ħlas milli fuq xandir tat-televiżjoni bla ħlas, li fir-rigward tiegħu huwa ma jħallasx somma separata u li s-sors predominanti, jew saħansitra esklużiv, ta’ finanzjament tiegħu, huwa r-reklamar.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Dan l-għan differenti bejn ix-xandir bi ħlas u x-xandir tat-televiżjoni bla ħlas jista’ leġittimament jintuża bħala bażi fid-dritt nazzjonali għal regoli differenti ta’ ħinijiet massimi ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Sky Italia u l-Kummissjoni joġġezzjonaw li ma hemmx bżonn għal protezzjoni speċjali kontra reklamar eċċessiv għal xandara ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni bi ħlas. Fil-fehma tal-Kummissjoni, jekk it-telespettaturi inkwistjoni jiddejqu bir-reklamar trażmess fuq televiżjonijiet bi ħlas, huma jistgħu jipproteġu l-interessi tagħhom b’mod xieraq billi ma jidħlux f’kuntratti ma’ xandar ta’ programmi bi ħlas jew billi jtemmu relazzjoni kuntrattwali eżistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Madankollu, tali oġġezzjoni ma hijiex ammissibbli fil-kuntest preżenti. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk u sa fejn jistgħu jibbażaw ruħhom fuq l-interazzjoni sempliċi tal-offerta u tad-domanda jew, għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur, jadottaw miżuri addizzjonali li jmorru lil hinn mill-armonizzazzjoni minima tad-Direttiva 2010/13. Huwa l-Istat Membru nnifsu li għandu jevalwa l-livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fit-territorju tiegħu, filwaqt li dan il-livell ta’ protezzjoni jista’ naturalment ivarja minn Stat Membru għal ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, fil-qasam tal-libertajiet fundamentali, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19950510">10 ta’ Mejju 1995</DATE>, Alpine Investments (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-384/93" PAGE.ECR="I-1141" YEAR="1995">C-384/93, Ġabra p. I-1141</REF.DOC.ECR>, punti 27 u 51); u tat-<DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-42/07" PAGE.ECR="I-7633" YEAR="2009">C-42/07, Ġabra p. I-7633</REF.DOC.ECR>, punt 58).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Jekk Stat Membru jiddeċiedi, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13, li jadotta ħinijiet massimi ta’ trażmissjoni iktar stretti għar-reklamar televiżiv minn dak stabbilit mil-leġiżlatur tal-Unjoni bl-20 % limitu sabiex jipproteġi l-konsumaturi bħala telespettaturi, dan l-Istat Membru jista’ jieħu inkunsiderazzjoni l-interessi differenti ta’ gruppi ta’ telespettaturi individwali.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti li t-telespettaturi ta’ stazzjonijiet ta’ televiżjoni bi ħlas jirrappreżentaw biss minoranza ta’ telespettaturi televiżivi. L-uniku fattur rilevanti huwa l-ħtieġa tal-protezzjoni tal-konsumaturi rispettivi bħala telespettaturi televiżivi, indipendentement minn jekk jiffurmawx grupp żgħir numerikament, minoranza jew maġġoranza.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fl-aħħar mill-aħħar, mill-perspettiva tal-protezzjoni tal-konsumatur, reklamar televiżiv fuq xandir bi ħlas u reklamar televiżiv fuq xandir tat-televiżjoni bla ħlas huma għalhekk sitwazzjonijiet differenti. Jekk japplikaw regoli differenti għal tali sitwazzjonijiet differenti għall-finijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur, dan ma jmurx kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, iżda jkun konsistenti ma’ dan il-prinċipju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward ta’ trattament iktar favorevoli possibbilment mixtieq minn xandara tat-televiżjoni bla ħlas</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għandu jiġi eżaminat ukoll jekk hemmx inkwistjoni l-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament skont id-dritt tal-UE fir-rigward tat-tieni għan possibbli tal-leġiżlazzjoni Taljana. Dan l-għan, li l-qorti tar-rinviju tispjega f’ċertu punt bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-għan prinċipali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>li jiġi żgurat li xandara tat-televiżjoni bla ħlas jirċievu qligħ ikbar mir-reklamar<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnutat, l-ewwel nett, li l-bejgħ ta’ ħin għar-reklamar televiżiv iseħħ f’suq separat. Dan is-suq għandu jiġi distint mis-suq tal-bejgħ li fih jixxandru programmi televiżivi. Għalhekk, ma jistax jiġi awtomatikament preżunt mill-fatt li jista’ jkun hemm differenzi bejn xandara tat-televiżjoni fis-suq tal-bejgħ u l-perspettiva tat-telespettaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara iktar ’il fuq, il-punti 40 u 41 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> li tali differenzi jeżistu wkoll fuq livell preċedenti tal-kummerċjalizzazzjoni tal-ħin ta’ reklamar televiżiv. <HT TYPE="ITALIC">A contrario</HT>, ma hemm ebda prova ta’ tali differenzi fil-każ preżenti, la mill-perspettiva tax-xandara tat-televiżjoni nfushom u lanqas mill-perspettiva tal-persuni li jirreklamaw.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Xandara tat-televiżjoni jinsabu f’kompetizzjoni diretta ma’ xulxin, fil-kummerċjalizzazzjoni tal-ħin għar-reklamar televiżiv, għall-konsumaturi tar-reklamar u eventwalment għall-qligħ sabiex jiffinanzjaw il-programmi televiżivi tagħhom. Dan huwa minnu irrispettivament minn jekk ir-reklamar televiżiv huwiex is-sors esklużiv ta’ qligħ tagħhom. Għalhekk, ix-xandara tat-televiżjoni kollha jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-ħin ta’ reklamar televiżiv.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-persuni li jirreklamaw, bl-istess mod, ma huwiex direttament rilevanti fil-konfront tagħhom jekk ir-reklami tagħhom jiġux trażmessi fuq xandir bi ħlas jew fuq xandir tat-televiżjoni bla ħlas. L-iktar fattur importanti għall-konsumaturi tar-reklamar huwa l-prezz li għandhom iħallsu għall-ħin mixtri u jekk jistgħux jolqtu l-grupp intiż bir-reklamar tagħhom bl-ikbar udjenza possibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Konsegwentement, is-sitwazzjoni tax-xandara tat-televiżjoni hija essenzjalment paragunabbli fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-ħin għar-reklamar televiżiv kemm mill-perspettiva tax-xandara nfushom kif ukoll mill-perspettiva tal-persuni li jirreklamaw. L-inugwaljanza fit-trattament tagħhom mil-leġiżlatur Taljan, li tistabbilixxi ħinijiet massimi differenti ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv, għalhekk teħtieġ ġustifikazzjoni oġġettiva minn din il-perspettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Tali ġustifikazzjoni għall-ħinijiet massimi differenti ta’ trażmissjoni ma tinsabx biss fir-rieda tal-leġiżlatur Taljan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>li jiżgura li x-xandara tat-televiżjoni bla ħlas jirċievu qligħ ikbar mir-reklamar<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet li fihom Stat Membru jista’ leġittimament jadotta miżuri ta’ sostenn favur xandara żvantaġġati sabiex jiżgura diversità fil-kontenut televiżiv, b’mod partikolari, sabiex jiżgura programmi ta’ xandara tat-televiżjoni bla ħlas ta’ kwalità għolja.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Madankollu, ma jidhirx li hemm tali ħtieġa ta’ miżuri ta’ sostenn f’dan il-każ. Skont id-digriet tar-rinviju, fil-preżent ma hemmx żvantaġġ kompetittiv għal xandara tat-televiżjoni bla ħlas fl-Italja. <HT TYPE="ITALIC">A contrario</HT>, skont id-digriet tar-rinviju, l-ikbar fornitur indipendenti ta’ programmi bla ħlas fis-suq Taljan għar-reklamar televiżiv għandu, fi kwalunkwe każ, pożizzjoni dominanti.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Jekk, skont tali ċirkustanzi, leġiżlatur nazzjonali jkollu l-intenzjoni li jiżgura li xandara tat-televiżjoni bla ħlas jirċievu qligħ ikbar mir-reklamar, dan ikun jimplika ksur tal-għanijiet fundamentali tad-Direttiva 2010/13, intiża li tiżgura kompetizzjoni libera u ugwaljanza fit-trattament bejn xandara tat-televiżjoni u li toħloq kundizzjonijiet ugwali bejn xandara tat-televiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Premessa 10 tal-preambolu tad-Direttiva 2010/13.</P></NOTE>. Huwa inkompatibbli ma’ dawn l-għanijiet stabbiliti mid-dritt tal-UE li trattament favorevoli jingħata, mingħajr raġuni oġġettiva, lil ċertu grupp ta’ xandara tat-televiżjoni meta mqabbla ma’ xandara tat-televiżjoni oħra fir-rigward tal-finanzjament tagħhom minn reklamar televiżiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Is-sitwazzjoni tista’ tkun differenti biss fejn il-miżura leġiżlattiva, fir-realtà, ma tkunx intiża li tagħti trattament favorevoli lil xandara tat-televiżjoni bla ħlas, iżda li tikkumpensa żvantaġġ li jsofru dawn ix-xandara meta mqabbla ma’ xandara oħra. Madankollu, ma hemm ebda prova ta’ dan fil-każ preżenti.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>Konklużjoni intermedjarja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Kif intwera iktar ’il fuq, l-eżami ta’ regola bħad-dispożizzjoni Taljana abbażi tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament skont id-dritt tal-UE, ikollu riżultat differenti skont l-għan li hija tħaddan.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Jekk il-protezzjoni tal-konsumaturi kontra reklamar televiżiv eċċessiv huwa l-punt fokali, ħinijiet massimi differenti ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv fuq xandir bi ħlas u fuq xandir tat-televiżjoni bla ħlas huma kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Jekk, min-naħa l-oħra, il-punt fokali huwa r-rieda li jiġi żgurat li xandara tat-televiżjoni indipendenti jirċievu qligħ ikbar mir-reklamar u għalhekk finanzjament aħjar, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ikun jipprekludi ħinijiet massimi differenti ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv fuq xandir bi ħlas u fuq xandir tat-televiżjoni bla ħlas għal dan il-għan.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina liema wieħed minn dawn iż-żewġ għanijiet leġiżlattivi jipprevali fl-Artikolu 38 tad-Digriet Leġiżlattiv 177/2005 u li tislet il-konklużjonijiet neċessarji fir-rigward tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-libertajiet fundamentali tas-suq intern Ewropew</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Minbarra l-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament fid-dritt tal-UE, fl-ewwel domanda tagħha, it-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar diversi libertajiet fundamentali tas-suq intern Ewropew, b’mod partikolari l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikolu 56 TFUE), il-libertà ta’ stabbiliment (Artikolu 49 TFUE) u l-libertà tal-moviment tal-kapital (Artikolu 63(1) TFUE). Fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>inevitabbilment<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jimplika restrizzjoni ta’ dawn il-libertajiet fundamentali u distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Bħala prinċipju, il-leġiżlazzjoni tas-suq intern imsemmija iktar ’il fuq timmilita kontra kwalunkwe miżura nazzjonali li, anki jekk applikabbli mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, tista’ tfixkel jew tagħmel inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, Gouvernement de la Communauté française u gouvernement wallon (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/06" PAGE.ECR="I-1683" YEAR="2008">C-212/06, Ġabra p. I-1683</REF.DOC.ECR>, punt 45); u tat-<DATE ISO="20090428">28 ta’ April 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-518/06" PAGE.ECR="I-3491" YEAR="2009">C-518/06, Ġabra p. I-3491</REF.DOC.ECR>, punt 62).</P></NOTE>. Ebda tali restrizzjoni ma teżisti, madankollu, fejn l-effetti ta’ miżura huma wisq inċerti jew indiretti sabiex jostakolaw l-eżerċizzju ta’ dawn il-libertajiet fundamentali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20100615">15 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-211/08" PAGE.ECR="I-5267" YEAR="2010">C-211/08, Ġabra p. I-5267</REF.DOC.ECR>, punt 72).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà tal-moviment tal-kapital, l-ewwel nett, huwa diffiċli li tiġi identifikata konnessjoni bejn dawn iż-żewġ libertajiet fundamentali u l-ħinijiet massimi ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv kif applikat fl-Italja. Dawn il-ħinijiet massimi ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv fl-Italja huma inqas minn dawk applikabbli għax-xandir tat-televiżjoni bla ħlas. Madankollu, l-effetti ta’ tali differenza fil-ħin tar-reklamar, minn tal-inqas skont l-informazzjoni pprovduta lill-Qorti tal-Ġustizzja, jidhru li huma wisq inċerti u indiretti sabiex jinfluwenzaw serjament deċiżjonijiet ta’ investiment minn xandara tat-televiżjoni barranin jew investituri barranin fis-suq tax-xandir Taljan. Għalhekk, ma tistax tiġi kkonstatata restrizzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment jew tal-libertà tal-moviment tal-kapital.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, regolazzjoni mill-Istat tal-ħin massimu ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv bħal dak li japplika fl-Italja, tikkostitwixxi restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, peress li tillimita l-possibbiltà li xandara tat-televiżjoni Taljani inġenerali u xandara tat-televiżjoni bi ħlas b’mod partikolari jxandru reklamar għall-benefiċċju ta’ persuni li jirreklamaw li huma stabbiliti fi Stati Membri oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenzi tad-<DATE ISO="19970709">9 ta’ Lulju 1997</DATE>, De Agostini u TV-Shop (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-34/95+C-35/95+C-36/95" PAGE.ECR="I-3843" YEAR="1997">C-34/95 sa C-36/95, Ġabra p. I-3843</REF.DOC.ECR>, punt 50); u ARD (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 49); sentenzi simili tat-<DATE ISO="20040713">13 ta’ Lulju 2004</DATE>, Bacardi France (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-429/02" PAGE.ECR="I-6613" YEAR="2004">C-429/02, Ġabra p. I-6613</REF.DOC.ECR>, punt 35); u Corporación Dermoestética (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 33), dwar il-projbizzjoni ta’ ċerti oqsma mir-reklamar televiżiv.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Laval un Partneri (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-341/05" PAGE.ECR="I-11767" YEAR="2007">C-341/05, Ġabra p. I-11767</REF.DOC.ECR>, punt 101); ara wkoll is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29, punt 72).</P></NOTE> li restrizzjoni tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat hija biss ammissibbli meta tħaddan għan leġittimu kompatibbli mat-Trattat u meta tkun iġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Jekk dan ikun il-każ, ir-restrizzjoni għandha tkun adatta sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan li hija trid tilħaq u ma għandhiex teċċedi dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, japplikaw l-istess kunsiderazzjonijiet bħal dawk li ġew stabbiliti fir-rigward tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament. Għalhekk, kwalunkwe intenzjoni mil-leġiżlatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>li jiżgura li xandara tat-televiżjoni b’xejn jirċievu qligħ ikbar mir-reklamar<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jiġifieri kunsiderazzjoni purament ekonomika, ma tistax normalment titqies li hija għan leġittimu li jista’ jiġġustifika restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-qasam tar-reklamar televiżiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara iktar ’il fuq, il-punti 51 u 52 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tal-konsumaturi bħala telespettaturi kontra reklamar eċċessiv ġiet rikonoxxuta bħala raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika restrizzjonijiet tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenza ARD (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 50); ara wkoll is-sentenzi De Agostini u TV-Shop (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 31, punt 53); u Mesopotamia Broadcast (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 17, punti 48 u 49).</P></NOTE>. Hija l-qorti tar-rinviju biss li tista’ tiddetermina liema wieħed minn dawn l-għanijiet huwa rifless f’regola bħad-dispożizzjoni Taljana.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fil-każ li l-qorti tar-rinviju, bħal AGCOM fid-deċiżjoni kkontestata, tikkonkludi li l-Artikolu 38 tad-Digriet Leġiżlattiv 177/2005 huwa intiż li jipproteġi konsumaturi bħala telespettaturi kontra reklamar eċċessiv, hija jkollha teżamina jekk ir-restrizzjoni tal-ħin massimu ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv fuq xandir bi ħlas għal 14 % ta’ siegħa partikolari, li kienet tapplika fl-2011, kinitx xierqa u neċessarja sabiex jintlaħaq dan il-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ preżenti, ma hemm xejn li juri li l-limitu kkontestat tal-ħin massimu ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv fuq xandir bi ħlas ma huwiex proporzjonat fir-rigward tal-għan tal-protezzjoni tal-konsumaturi. B’mod partikolari, il-fatt li l-ħinijiet massimi ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv fuq xandir bi ħlas u fuq xandir tat-televiżjoni bla ħlas huma differenti, ma jindikax, fih innifsu, li regola bħad-dispożizzjoni Taljana hija inkonsistenti. Kif diġà ġie diskuss<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara iktar ’il fuq, b’mod partikolari l-punti 40 u 41 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, din id-differenza hija bbażata fuq fatturi oġġettivi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk ħinijiet massimi differenti ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv, kif ipprovdut fid-dritt Taljan, humiex kompatibbli mal-libertà u l-pluraliżmu tax-xandir jekk huma jimplikaw distorsjoni tal-kompetizzjoni u joħolqu jew isaħħu pożizzjoni dominanti fis-suq tar-reklamar televiżiv.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Ammissibbiltà</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni u RTI jesprimu dubji fir-rigward tal-ammissibbiltà ta’ din id-domanda. Jiena nikkunsidra li dawn id-dubji huma ġġustifikati.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal fehma ta’ RTI, it-tieni domanda ma tistax tinċaħad abbażi tal-fatt li tikkonċerna biss id-dritt nazzjonali. Il-libertà u l-pluraliżmu tax-xandir huwa wkoll prinċipju tad-dritt tal-UE, li issa huwa stabbilit, mhux b’inqas, fl-Artikolu 11(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Bħala prinċipju, tista’ ssir domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-prinċipju permezz tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Madankollu, kif issostni b’mod korrett il-Kummissjoni, kull domanda għal deċiżjoni preliminari għandha tinkludi ammont minimu ta’ informazzjoni dwar il-fatti tal-kawża prinċipali sabiex il-partijiet fil-proċeduri għal deċiżjoni preliminari jkunu jistgħu jissottomettu osservazzjonijiet validi u sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tagħti risposta utli għad-domandi magħmula<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenzi tas-<DATE ISO="19930126">26 ta’ Jannar 1993</DATE>, Telemarsicabruzzo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-320/90+C-321/90+C-322/90" PAGE.ECR="I-393" YEAR="1993">C-320/90 sa C-322/90, Ġabra p. I-393</REF.DOC.ECR>, punti 6 u 7); tas-<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE>, Viacom Outdoor (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-134/03" PAGE.ECR="I-1167" YEAR="2005">C-134/03, Ġabra p. I-1167</REF.DOC.ECR>, punti 22 u 25 sa 32); u tal-<DATE ISO="20080131">31 ta’ Jannar 2008</DATE>, Centro Europa 7 (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-380/05" PAGE.ECR="I-349" YEAR="2008">C-380/05, Ġabra p. I-349</REF.DOC.ECR>, punti 57 u 58).</P></NOTE>. Dan huwa speċjalment importanti fejn is-soluzzjoni tal-iżvolġiment tal-kawża prinċipali tkun l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn kumpanniji.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fil-każ inkwistjoni, id-domanda għal deċiżjoni preliminari tinkludi informazzjoni insuffiċjenti dwar is-swieq rilevanti u dwar iċ-ċirkustanzi prevalenti f’dawn is-swieq sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tagħti risposta utli għat-tieni domanda.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddikjara t-tieni domanda bħala inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Evalwazzjoni sostantiva</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Sussidjarjament, jiena ser nagħmel il-kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar it-tieni domanda.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Il-prinċipju tal-libertà u tal-pluraliżmu tax-xandir, kif stabbilit fl-Artikolu 11(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, huwa importanti ħafna f’soċjeta demokratika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20130122">22 ta’ Jannar 2013</DATE>, Sky Österreich (C-283/11, punt 52).</P></NOTE>. Id-Direttiva 2010/13 tħaddan ukoll l-għan ta’ prevenzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-pluraliżmu u l-libertà ta’ informazzjoni televiżiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Premessa 8 tal-preambolu tad-Direttiva 2010/13.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-importanza tar-reklamar televiżiv għall-finanzjament ta’ attivitajiet ta’ xandir televiżiv, ma jistax jiġi prekluż <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> li jkun hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn xandara tat-televiżjoni jekk uħud minnhom huma inqas kapaċi li jużaw dan is-sors ta’ finanzjament minn oħrajn minħabba l-ħinijiet ta’ trażmissjoni partikolari imposti fuqhom.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Madankollu, il-kwistjoni dwar jekk ħinijiet massimi differenti ta’ trażmissjoni għar-reklamar televiżiv effettivament jirriżultawx f’distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn it-tipi differenti ta’ xandara tiddependi fuq numru ta’ fatturi, mhux b’inqas fuq kemm ix-xandara tat-televiżjoni inkwistjoni jkunu dipendenti fuq ir-reklamar bħala sors ta’ finanzjament u minn liema sorsi, jekk neċessarju, huma jkunu kapaċi jiffinanzjaw ix-xandir televiżiv tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Is-sempliċi fatt li xandar tat-televiżjoni għandu pożizzjoni partikolarment b’saħħitha fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ħin ta’ reklamar televiżiv ma jimplikax, fih innifsu, li xandara tat-televiżjoni oħra ma jistgħux ikunu f’kompetizzjoni effettiva miegħu fir-rigward ta’ telespettaturi f’dak li jikkonċerna x-xandir televiżiv rispettiv tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mhux kull bidla fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn xandara tat-televiżjoni neċessarjament tirriżulta fi ksur tal-libertà u tal-pluraliżmu tax-xandir.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 11(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tirregola l-attivitajiet ta’ xandir televiżiv li jista’ joħloq distorsjoni sostanzjali tal-kompetizzjoni bejn xandara tat-televiżjoni u għalhekk joħloq riskju serju ta’ ksur tal-libertà u tal-pluraliżmu tax-xandir.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet iktar ’il fuq, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, taħt il-ħin massimu ta’ trażmissjoni ta’ 20 % ta’ siegħa partikolari, stabbilit fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2010/13/UE għar-reklamar televiżiv ta’ xandir tat-televiżjoni bi ħlas, limiti iqsar ta’ reklamar fis-siegħa milli għar-reklamar ta’ xandir tat-televiżjoni bla ħlas hija</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>inkompatibbli mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva flimkien mal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament skont id-dritt tal-UE u mal-Artikolu 56 TFUE sa fejn tħaddan l-għan li tiżgura li xandara tat-televiżjoni bla ħlas jirċievu iktar qligħ mir-reklamar, anki jekk huma ma għandhomx żvantaġġ kompetittiv apparenti,</P></ITEM><ITEM><P>kompatibbli mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva flimkien mal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament skont id-dritt tal-UE u mal-Artikolu 56 TFUE sa fejn tħaddan l-għan, b’mod proporzjonat, li tipproteġi l-konsumaturi bħala telespettaturi minn reklamar televiżiv eċċessiv.</P></ITEM></LIST></P><P>Hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina liema wieħed minn dawn l-għanijiet huwa mħaddan mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u jekk tali leġiżlazzjoni tħaddan iż-żewġ għanijiet, liema għan jipprevali.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikoli 49 TFUE u 63(1) TFUE ma jipprekludux tali leġiżlazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>