Official Journal L 088 , 25/03/2004 P. 0055 - 0056
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 177/2003 tal-5 ta' Diċembru 2003 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XIII mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [1]. (2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/25/KE tal-5 ta' Marzu 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE dwar ir-regoli tas-sigurta u l-istandards tal-bastimenti tal-passiġġieri [2] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej jiġi miżjud mal-punt 56f (id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE) fl-Anness XIII mal-Ftehim: "- 32002 L 0025: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/25/KE tal-5 ta' Marzu 2002 (ĠU L 98, tal-15.4.2002, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-addattament li ġej: Mingħajr preġudizzju għll-obbligi li jinsabu fil-Punt 6.9 tal-Parti A tal-Kapitolu II-2 fl-Anness I, in-Norveġja tista' żżomm ir-regolament tagħha li jeħtieġ li sistemi tat-tifi tan-nar fissi applikati lokalment jiġu mgħammra fuq il-bastimenti tal-passiġġieri li jkollhom spazju għall-makkinarju ta' iktar minn 500 m3 fil-volum gross, irrispettivament min-numu tal-passiġġieri li l-bastimenti huma kklassifikati li jġorru." Artikolu 2 Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Direttiva 2002/25/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komuniajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Diċembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu. Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Diċembru 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein [1] ĠU L 41, tat-12.2.2004, p. 57. [2] ĠU L 98, tal-15.4.2002, p. 1. [3] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali. --------------------------------------------------