<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑545/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0545</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:169">EU:C:2013:169</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20130314">14.3.2013</DATE> – KAWŻA C-545/11</P><P>AGRARGENOSSENSCHAFT NEUZELLE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Politika Agrikola Komuni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 73/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1) u (2)</KEYWORD><KEYWORD>Modulazzjoni tal-pagamenti diretti mogħtija lill-bdiewa</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis supplimentari tal-ammonti ta’ pagamenti diretti</KEYWORD><KEYWORD>Validità</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-545/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder) (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110928">28 ta’ Settembru 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20111024">24 ta’ Ottubru 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Agrargenossenschaft Neuzelle eG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Landrat des Landkreises Oder-Spree,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, J. Malenovský, U. Lõhmus, M. Safjan (Relatur) u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20121128">28 ta’ Novembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Agrargenossenschaft Neuzelle eG, minn U. Karpenstein u C. Johann, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn E. Leftheriotou u A. Vasilopoulou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn E. Sitbon u Z. Kupčová, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Rossi u B. Schima, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-validità tal-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="16" NO.OJ="030" DATE.PUB="2009">ĠU L 30, p. 16</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Agrargenossenschaft Neuzelle eG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Agrargenossenschaft Neuzelle<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Landrat des Landkreises Oder-Spree (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Landrat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar it-tnaqqis, minħabba l-modulazzjoni, ta’ pagamenti diretti li ġew allokati lilha għas-sena 2009.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 5, 21 u 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1009/2008, tad-<DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="276" DATE.PUB="2008">ĠU L 276, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Regolament Nru 1782/2003<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(5)</NO.P><TXT>Biex jiġi milħuq bilanċ aħjar bejn għodod tal-politika ntenzjonati biex jippromovu agrikoltura sostenibbli u dawk intenzjonati biex jippromovu żvilupp rurali, għandha tiġi ntrodotta sistema ta’ riduzzjoni progressiva tal-pagamenti diretti fuq bażi Komunitarja obbligatorja għas-snin 2005 sal-2012. Il-pagamenti diretti kollha, ’il fuq minn ċerti ammonti, għandhom ikunu mnaqqsa b’ċertu persentaġġ kull sena. L-iffrankar li jkun sar għandu jkun użat biex jiffinanzja miżuri taħt l-iżvilupp rurali u għandu jkun allokat bejn l-Istati Membri skond kriterji oġġettivi li jridu jiġu definiti. Madankollu, hu xieraq li jkun stabbilit li ċertu persentaġġ mill-ammonti għandu jibqa’ fl-Istati Membri fejn ġew ġenerati. Sa l-2005, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw il-modulazzjoni kurrenti fuq bażi mhux obbligatorja taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 tas-<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett skond il-politika komuni agrikola [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>L-iskemi ta’ appoġġ taħt il-politika agrikola komuni jipprovdu għal appoġġ permezz ta’ dħul dirett b’mod partikolari bil-għan li jiġi żgurat livell ta’ għajxien imparzjali għall-Komunità agrikola. Dan l-għan hu relatat mill-qrib mal-manteniment taż-żoni rurali. Biex tkun evitata l-misallokazzjoni tal-fondi tal-Komunità, l-ebda pagamenti m’għandhom isiru lill-bdiewa li artifiċjalment ħolqu l-kondizzjonijiet mitluba biex jinkisbu tali pagamenti.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(22)</NO.P><TXT>Skemi komuni ta’ appoġġ għandhom jiġu adattati skond l-iżviluppi, jekk hu neċessarju fi żmien perjodi qosra. Il-benefiċjarji għalhekk, ma jistgħux iserħu fuq il-fatt li l-kondizzjonijiet għall-għajnuna mhux ser jiġu mibdula u għandhom ikunu ppreparati għar-reviżjoni possibli ta’ l-iskemi fid-dawl ta’ l-iżviluppi tas-suq.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament Nru 1782/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Modulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ammonti kollha ta’ pagamenti diretti li ser jingħataw lill-bidwi f’sena kalendarja partikolari fi Stat Membru partikolari għandhom jiġu mnaqqsa għal kull sena sa l-2012 bil-persentaġġi li ġejjin:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>2009: 5 %,</P></ITEM><ITEM><P>2010: 5 %,</P></ITEM><ITEM><P>2011: 5 %,</P></ITEM><ITEM><P>2012: 5 %</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammonti riżultanti mill-applikazzjoni tat-tnaqqis ipprovdut fil-paragrafu 1, wara li jkunu mnaqqsa l-ammonti totali msemmija fl-Anness II, għandhom ikunu disponibbli bħala appoġġ Komunitarju addizzjonali għall-miżuri taħt programmi ta’ żvilupp rurali iffinanzjati mit-taqsima <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Garanti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tal-FAEGG [Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija] skond ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-iskemi ta’ appoġġ imniżżla fl-Anness 1 għandhom jiġu applikati mingħajr preġudizzju għall-possibilità ta’ reviżjoni f’kull mument fid-dawl ta’ l-iżviluppi tas-suq u s-sitwazzjoni tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>budget<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Anness I tal-imsemmi regolament jinkludi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[l]ista ta’ skemi ta’ appogg li jissodisfaw il-kriterji mnizzla fl-Artikolu 1<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 73/2009</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 73/2009, li skont l-Artikolu 149 tiegħu japplika mill-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE>, ħassar ir-Regolament Nru 1782/2003 skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 146 tiegħu u stabbilixxa sistema ġdida ta’ modulazzjoni obbligatorja.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-premessi 8 sa 11 ta’ dan ir-regolament jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>(8)</NO.P><TXT>Biex jinkiseb bilanċ aħjar bejn l-għodod ta’ politika mfassla biex jippromovu l-agrikoltura sostenibbli u dawk intenzjonati biex jippromovu l-iżvilupp rurali, ġiet introdotta sistema ta’ tnaqqis progressiv fil-pagamenti diretti (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>il-modulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>) permezz tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Dik is-sistema għandha tinżamm u għandha tinkludi l-eżenzjoni ta’ pagamenti diretti sa [EUR] 5000.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>L-iffrankar permezz tal-modulazzjoni jintuża għall-finanzjament ta’ miżuri taħt il-politika għall-iżvilupp rurali. Sa mill-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, is-settur agrikolu kellu jiffaċċja għadd ta’ sfidi ġodda u impenjattivi bħat-tibdil fil-klima u l-importanza dejjem tikber tal-bijoenerġija, kif ukoll il-ħtieġa għal ġestjoni aħjar tal-ilma u protezzjoni aktar effettiva tal-bijodiversità. Il-Komunità, bħala parti kontraenti għall-Protokoll ta’ Kjoto [...], ġiet mitluba tadatta l-linji politiċi tagħha fid-dawl ta’ kunsiderazzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, wara problemi serji relatati ma’ skarsezza tal-ilma u nixfa, il-Kunsill, fil-Konklużjonijiet tiegħu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Skarsezza tal-Ilma u Nixfa<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tat- <DATE ISO="20071030">30 ta’ Ottubru 2007</DATE>, kkunsidra li l-kwistjonijiet tal-ġestjoni tal-ilma fl-agrikoltura għandhom jiġu indirizzati iżjed. Flimkien ma’ dan, il-Kunsill enfasizza fil-Konklużjonijiet tiegħu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Il-Waqfien tat-Telf tal-Bijodiversità<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tat- <DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE> li<?PAGE NO="4"?> l-protezzjoni tal-bijodiversità tibqa’ sfida kbira u filwaqt li sar progress importanti, il-ksib tal-mira tal-Komunità dwar il-bijodiversità għall-2010 ser jirrikjedi sforzi addizzjonali. Barra minn hekk, peress li l-innovazzjoni tista’ tikkontribwixxi, b’mod partikolari, għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji, prodotti u proċessi ġodda, din ser issaħħaħ l-isforzi biex jiġu affrontanti dawn l-isfidi ġodda. L-iskadenza tar-reġim tal-kwota tal-ħalib fl-2015 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli [...] ser titlob sforzi speċifiċi min-naħa ta’ bdiewa sabiex jadattaw għal kondizzjonijiet li qed jinbidlu, b’mod partikolari f’reġjuni żvantaġġati. Huwa għalhekk xieraq li din is-sitwazzjoni partikolari għandha tkun ddefinita wkoll bħala sfida ġdida li l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jindirizzaw bil-ħsieb li jiżguraw <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>soft-landing<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> tas-setturi tagħhom tal-prodotti tal-ħalib.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Il-Komunità tirrikonoxxi l-ħtieġa li dawn l-isfidi ġodda jiġu ttrattati fil-qafas tal-politiki tagħha. Fil-qasam tal-agrikoltura, programmi għall-iżvilupp rurali adottati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-<DATE ISO="20050920">20 ta’ Settembru 2005</DATE> dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [...] huma għodda xierqa biex jindirizzawhom. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrevedu l-programmi għall-iżvilupp rurali tagħhom skont dan mingħajr ma jiġu mitluba jnaqqsu l-attivitajiet tal-iżvilupp rurali ta’ bħalissa f’oqsma oħra, jeħtieġ li jkun disponibbli ta’ finanzjament addizzjonali. Madankollu l-perspettiva finanzjarja għall-perijodu 2007 sal-2013 ma tipprevedix il-mezzi finanzjarji għar-rinfurzar tal-politika Komunitarja għall-iżvilupp rurali kif meħtieġ. F’dawn iċ-ċirkostanzi, huwa xieraq li parti kbira tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa tiġi mobilizzata għal żieda gradwali fit-tnaqqis tal-pagamenti diretti permezz tal-modulazzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Id-distribuzzjoni ta’ appoġġ dirett ta’ dħul fost il-bdiewa huwa kkaratterizzat bl-allokazzjoni ta’ kwantità ta’ pagamenti lil għadd pjuttost żgħir ta’ benefiċjarji kbar. Huwa ċar li l-benefiċjarji kbar ma jirrikjedux l-istess livell ta’ appoġġ unitarju sabiex jinkiseb b’effiċjenza l-għan ta’ appoġġ għad-dħul. Minbarra dan, il-potenzjal għal adattament jagħmilha aktar faċli għall-benefiċjarji kbar biex joperaw livelli aktar baxxi ta’ appoġġ unitarju. Għaldaqstant tkun ħaġa ġusta li wieħed jistenna li l-bdiewa b’ammonti kbar ta’ appoġġ jagħtu kontribut speċjali għall-finanzjament ta’ miżuri għall-iżvilupp rurali li jindirizzaw sfidi ġodda. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jipprovdi għat-tnaqqis imsaħħaħ fil-pagamenti akbar, li d-dħul minnhom għandu jintuża biex jiġu indirizzati l-isfidi ġodda fil-qafas tal-iżvilupp rurali.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 1 tiegħu, ir-Regolament Nru 73/2009 jistabbilixxi b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>regoli komuni dwar pagamenti diretti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>bidwi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x’inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li l-azjenda tiegħu tinsab f’territorju Komunitarju, kif definit fl-Artikolu [299 KE], u li jeżerċita attività agrikola;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>pagament dirett<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> tfisser pagament mogħti direttament lil bdiewa taħt skema ta’ appoġġ ta’ dħul imniżżla fl-Anness I;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>erja agrikola<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> tfisser l-erja totali kollha użata bħala art għall-kultivazzjoni, mergħa permanenti jew uċuħ permanenti.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) u (2) tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Modulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kwalunkwe ammont ta’ pagamenti diretti li ser jingħata lil bidwi f’sena kalendarja partikolari li jaqbeż l-[EUR] 5000 għandu jiġi mnaqqas għal kull sena sal-2012 bil-perċentwali li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fl-2009: b’7 %,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fl-2010: bi 8 %,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>fl-2011: b’9 %,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>fl-2012: b’10 %.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-tnaqqis previst fil-paragrafu 1i għandu jiżdied b’4 punti perċentwali għal ammonti ’il fuq minn [EUR] 300000.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 73/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Ammonti li jirriżultaw mill-modulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>L-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-tnaqqis previst fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, fi kwalunkwe Stat Membru minbarra fl-Istati Membri l-ġodda, għandhom ikunu disponibbli bħala appoġġ Komunitarju addizzjonali għal miżuri tal-ipprogrammar ta’ żvilupp rurali ffinanzjat taħt il-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li Agrargenossenschaft Neuzelle, skont l-indikazzjonijiet ipprovduti minnha stess, hija kooperattiva agrikola rreġistrata taħt id-dritt Ġermaniż, attiva fl-oqsma tal-agrikoltura u tat-trobbija. Hija għandha 119-il membru u timpjega 123 impjegat.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Wara talba ppreżentata minn din il-kooperattiva fit-<DATE ISO="20090512">12 ta’ Mejju 2009</DATE>, b’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20091126">26 ta’ Novembru 2009</DATE>, il-Landrat akkordalha s-somma ta’ EUR 1 461 037,51 abbażi ta’ skema ta’ pagament uniku għas-sena 2009, fil-kwalità tagħha ta’ bidwi fis-sens tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 73/2009. Skont id-deċiżjoni tar-rinviju, il-Landrat, fid-dawl tal-erja meħuda inkunsiderazzjoni u tal-valur medju tad-drittijiet għall-pagament kif previst fl-Artikolu 7(1) u (2) tal-istess regolament, naqqas is-somma ta’ EUR 166 701.26 mis-somma li kienet ġiet iffissata proviżorjament għal EUR 1 627 738.77.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE>, il-Landrat ċaħad l-ilment imressaq mill-Agrargenossenschaft Neuzelle fil-konfront tal-imsemmija deċiżjoni li tnaqqas id-drittijiet tagħha, dan l-ilment kien indirizzat biss skont l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament Nru 73/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100322">22 ta’ Marzu 2010</DATE>, l-Agrargenossenschaft Neuzelle ippreżentat rikors quddiem il-Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder), fejn talbet il-ħlas ta’ ammont supplimentari ta’ EUR 85 564.33 abbażi tal-iskema ta’ pagament uniku għas-sena 2009.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, is-soluzzjoni fil-kawża prinċipali tiddependi, fl-ewwel lok, mir-risposta għad-domanda dwar jekk l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 73/2009 huwiex validu fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, sa fejn jipprovdi, għas-snin 2009 sa 2012, perċentwali ta’ tnaqqis ta’ pagamenti diretti ogħla minn dawk li kienu ġew previsti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1782/2003.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, din is-soluzzjoni tiddependi fuq il-validità tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 73/2009 fid-dawl tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni espost fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) TFUE, li jgħid li, l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli għandha teskludi kull diskriminazzjoni bejn produtturi jew konsumaturi tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 73/2009 jista’ joħloq differenza mhux iġġustifikata fit-trattament bejn il-bdiewa li jaħdmu erja agrikola kunsiderevoli u dawk li jaħdmu erja żgħira. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni tippenalizza lill-bdiewa li jeżerċitaw l-attività tagħhom f’kooperazzjoni ma bdiewa oħra, kif inhuwa l-każ fi ħdan kooperattivi agrikoli rregolati bid-dritt Ġermaniż, li jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> skont l-Artikolu 2(a) tal-istess regolament, meta mqabbla ma bdiewa li jorganizzaw ruħhom mingħajr ma jirrikorru għal strutturi korporattivi, abbażi ta’ ftehim ta’ portata iżgħar, filwaqt li fl-istess ħin jibbenefikaw minn sinerġiji paragunabbli fuq livell ekonomiku. Fil-fatt, dawn il-kooperattivi jilħqu b’iktar faċilità l-ammont ta’ pagamenti diretti previsti fl-imsemmi Artikolu 7(2), ammont li meta jintlaħaq jagħti lok għal żieda fil-perċentwali tat-tnaqqis.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni kien eżenta lill-groupements agricoles d’exploitation en commun Franċiżi (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>GAEC<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 73/2009. F’dan ir-rigward, kif tirrileva l-Agrargenossenschaft Neuzelle fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, matul l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament, ġiet inkluża fil-minuti tal-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>[d]ikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-modulazzjoni u ta’ dixxiplina finanzjarja għall-[GAEC] (Artikolu 12 <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Ammont supplementari ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> tar-Regolament [...] Nru 1782/2003<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>) (dokument tal-Kunsill Nru 5263/09 ADD 1, tal-<DATE ISO="20090115">15 ta’ Jannar 2009</DATE>), li jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Il-Kummissjoni tfakkar il-prinċipji li fuqhom hija bbażata d-dikjarazzjoni li hija għamlet matul l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li abbażi tagħhom hija tikkunsidra li kull impriża agrikola li tifforma parti minn GAEC [...] kif inhu stabbilit mill-kodiċi rurali Franċiż, hija kkunsidrata, fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ dixxiplina finanzjarja, bħala bidwi individwali għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-ammont supplementari ta’ għajnuna previst f’każ ta’ modulazzjoni u wkoll ta’ negozji konċessjonarji.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tar-Regolament [...] Nru 73/2009 [...] huwa validu sa fejn jipprevedi, għas-snin 2009 sa 2012, tnaqqis tal-ammont tal-pagamenti diretti f’perċentwali ogħla minn 5 %?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) tar-Regolament [...] Nru 73/2009 [...] huwa validu?”</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 73/2009 huwiex validu fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi sa fejn, għas-snin 2009 sa 2012, jipprovdi tnaqqis supplimentari tal-pagamenti diretti meta mqabbel mal-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1782/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Primarjament, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jagħmel parti mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="19810505">5 ta’ Mejju 1981</DATE>, Dürbeck, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="112/80" PAGE.ECR="1095" YEAR="1981">112/80, Ġabra p. 1095</REF.DOC.ECR>, punt 48; tal-<DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>, ISD Polska <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-369/09 P" PAGE.ECR="I-2011" YEAR="2011">C-369/09 P, Ġabra p. I-2011</REF.DOC.ECR>, punt 122, kif ukoll tas-<DATE ISO="20120626">26 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni, C-335/09 P, punt 180).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Id-dritt li persuna tinvoka dawn il-prinċipji jestendi għal kull individwu li fih istituzzjoni tal-Unjoni tkun nisslet aspettattivi fondati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19870311">11 ta’ Marzu 1987</DATE>, Van den Bergh en Jurgens u Van Dijk Food Products (Lopik) vs KEE, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="265/85" PAGE.ECR="I-1155" YEAR="1987">265/85, Ġabra p. I-1155</REF.DOC.ECR>, punt 44; ISD Polska <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 123, kif ukoll tat-<DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>, Bell &amp; Ross vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-426/10 P" PAGE.ECR="I-8849" YEAR="2011">C-426/10 P, Ġabra, p. I-8849</REF.DOC.ECR>, punt 56).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Irrispettivament mill-forma li fiha tiġi kkomunikata, informazzjoni preċiża, inkundizzjonata, koerenti u li toriġina minn sorsi awtorizzati u affidabbli tikkostitwixxi garanzija li tista’ toħloq tali tamiet. Għall-kuntrarju, ħadd ma jista’ jinvoka ksur ta’ dan il-prinċipju fin-nuqqas ta’ garanziji preċiżi mogħtija lilu mill-amministrazzjoni (sentenza tas-<DATE ISO="20110317">17 ta’ Marzu 2011</DATE>, AJD Tuna, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-221/09" PAGE.ECR="I-1655" YEAR="2011">C-221/09, Ġabra p. I-1655</REF.DOC.ECR>, punt 72 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Bl-istess mod, meta operatur ekonomiku prudenti u avżat ikun f’pożizzjoni li jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżura tal-Unjoni ta’ natura li taffettwa l-interessi tiegħu, dan ma jistax jinvoka l-benefiċċju tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi meta din il-miżura tiġi adottata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Van den Bergh en Jurgens u Van Dijk Food Products (Lopik) vs KEE, punt 44, kif ukoll AJD Tuna, punt 73).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 jipprovdi li, abbażi tal-modulazzjoni, l-ammonti ta’ pagamenti diretti li għandhom jingħataw għal sena kalendarja partikolari lil bidwi fi Stat Membru partikolari għandhom jitnaqqsu kull sena b’5% f’dak li jikkonċerna s-snin 2009 sa 2012.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Kif kien jindika l-Artikolu 10(2), l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan it-tnaqqis kellhom jiġu ddedikati, abbażi ta’ għajnuna komunitarja supplimentari, għal miżuri li jaqgħu taħt il-programm għall-iżvilupp rurali.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, skont ir-Regolament Nru 73/2009, li ħassar u ssostitwixxa r-Regolament Nru 1782/2003, l-ammonti tal-pagamenti diretti ogħla minn EUR 5000 li għandhom jingħataw lil bidwi għal sena kalendarja partikolari raw tnaqqis supplimentari meta mqabbla mal-perċentwali previsti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1782/2003. Fil-fatt, skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 73/2009, l-ammonti kellhom issa jitnaqqsu b’7 % għas-sena 2009, bi 8 % għas-sena 2010, b’9 % għas-sena 2011 u b’10 % għas-sena 2012.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalkemm l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 kien jinkludi perċentwali ta’ tnaqqis ta’ pagamenti diretti għas-snin 2009 sa 2012 inqas għoljin minn dawk previsti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 73/2009, madankollu l-bdiewa tal-Unjoni ma jistgħux jinvokaw ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 1782/2003 jipprovdi li l-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-regolament kienu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>applikati mingħajr preġudizzju għall-possibilità ta’ reviżjoni f’kull mument fid-dawl ta’ l-iżviluppi tas-suq u s-sitwazzjoni tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>budget<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/><QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-premessa 22 tal-imsemmi regolament kienet tipprovdi li: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>[s]kemi komuni ta’ appoġġ għandhom jiġu adattati skond l-iżviluppi, jekk hu neċessarju fi żmien perjodi qosra<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>[i]l-benefiċjarji għalhekk, ma jistgħux iserħu fuq il-fatt li l-kondizzjonijiet għall-għajnuna mhux ser jiġu mibdula u għandhom ikunu ppreparati għar-reviżjoni possibli ta’ l-iskemi fid-dawl ta’ l-iżviluppi tas-suq.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, operatur ekonomiku prudenti u avżat kien f’pożizzjoni li jipprevedi li l-pagamenti diretti abbażi tal-iskemi ta’ appoġġ tad-dħul setgħu jitnaqqsu wara reviżjoni, fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq u tas-sitwazzjoni tal-baġit.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Regolament Nru 73/2009 stabbilixxa tnaqqis supplimentari tal-pagamenti diretti għar-raġunijiet esposti fil-premessi 9 u 10 ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari minħabba l-fatt li, skont din l-aħħar premessa, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>[il]-perspettiva finanzjarja għall-perijodu 2007 sal-2013 ma tipprevedix il-mezzi finanzjarji għar-rinfurzar tal-politika Komunitarja għall-iżvilupp rurali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>[f]’dawn iċ-ċirkostanzi, huwa xieraq li parti kbira tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa tiġi mobilizzata għal żieda gradwali fit-tnaqqis tal-pagamenti diretti permezz tal-modulazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/></TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment għax-xogħol preparatorju tar-Regolament Nru 1782/2003. Din il-qorti tfakkar li l-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett fil-kuntest tal-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi skemi ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti prodotti, ippreżentati mill-Kummissjoni fil-<DATE ISO="20030121">21 ta’ Jannar 2003</DATE> [COM(2003) 23 finali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>proposta għal regolament<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>], kienet tinkludi Artikolu 10(2), li abbażi tiegħu il-perċentwali indikati fl-Artikolu 10(1) setgħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>jinbidlu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 82(2)<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, minn dan l-Artikolu 82(2) tal-proposta għal regolament jirriżulta li l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implementazzjoni sabiex jiġu emendati l-perċentwali ta’ tnaqqis tal-ammonti ta’ pagamenti diretti kienu ngħataw lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, kif irrilevat il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, in-nuqqas ta’ riproduzzjoni tal-Artikolu 10(2) tal-proposta għal regolament fir-Regolament Nru 1782/2003 jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-Kunsill irriżerva, abbażi tal-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament, id-dritt li huwa stess jemenda l-imsemmija perċentwali, mingħajr ma ddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li twettaq tali emenda.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Konsegwentement, hekk kif ġustament jirrilevaw il-Gvern Elleniku, il-Kunsill u l-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, il-bdiewa tal-Unjoni ma jistgħux jinvokaw aspettattivi leġittimi fir-rigward taż-żamma, għas-snin 2009 sal-2012, perċentwali ta’ tnaqqis tal-pagamenti diretti kif iffissati fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1782/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant ir-risposta għall-ewwel domanda preliminari għandha tkun li l-istħarriġ tagħha ma żvela l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 73/2009 fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 73/2009, li jiddikjara li t-tnaqqis previst fl-Artikolu 7(1) għandu jiżdied b’erba’ punti ta’ perċentwali għall-ammonti ’il fuq minn EUR 300 000, huwiex validu fid-dawl tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, fejn l-eżistenza tad-diskriminazzjoni għandha tiġi evalwata skont, minn naħa, id-daqs tal-impriżi agrikoli kkonċernati u, min-naħa l-oħra, tal-forma ġuridika li taħtha hija eżerċitata l-attività agrikola.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar, preliminarjament, li l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni jifforma parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u fil-qasam tal-agrikoltura huwa espress fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20060323">23 ta’ Marzu 2006</DATE>, Unitymark u North Sea Fishermen’s Organisation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-535/03" PAGE.ECR="I-2689" YEAR="2006">C-535/03, Ġabra p. I-2689</REF.DOC.ECR>, punt 53, kif ukoll tat-<DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>, Karanikolas <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-453/08" PAGE.ECR="I-7895" YEAR="2010">C-453/08, Ġabra p. I-7895</REF.DOC.ECR>, punt 49).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (sentenza tal-<DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Franz Egenberger, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-313/04" PAGE.ECR="I-6331" YEAR="2006">C-313/04, Ġabra p. I-6331</REF.DOC.ECR>, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Sa fejn jikkonċerna l-portata tal-istħarriġ tal-osservanza ta’ dan il-prinċipju, għandu jitfakkar li fil-qasam tal-agrikoltura, il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa li tikkorrispondi għar-responsabbiltajiet politiċi mogħtija lilu taħt l-Artikoli 40 TFUE sa 43 TFUE. Għaldaqstant, l-istħarriġ tal-qorti għandu jkun limitat għal verifika ta’ jekk il-miżura inkwistjoni hijiex ivvizzjata bi żball manifest jew b’abbuż ta’ poter u jekk l-awtorità inkwistjoni marritx manifestament lil hinn mil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza AJD Tuna, iċċitata iktar ’il fuq, punt 80).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għalhekk, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tivverifika, l-ewwel nett, jekk id-differenza fit-trattament bejn il-bdiewa skont id-daqs tal-erja agrikola maħduma, kif previst fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 73/2009, tistax tkun iġġustifikata b’raġunijiet oġġettivi li ma humiex manifestament mhux xierqa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Polonja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 128).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fil-premessa 11 tar-Regolament Nru 73/2009, il-Kunsill iġġustifika t-tnaqqis supplimentari previst fl-imsemmi Artikolu 7(2), billi sostna li għall-finijiet tal-għan tal-appoġġ ta’ dħul, il-benefiċjarji l-kbar ma għandhomx bżonn tal-istess livell ta’ appoġġ u li l-potenzjal tagħhom li jadattaw jippermettilhom li jiffunzjonaw b’mod iktar faċli b’livelli ta’ appoġġ imnaqqsa. Skont din l-istituzzjoni, huwa għalhekk ekwu li bdiewa benefiċjarji ta’ somom ta’ appoġġ għoljin jintalbu jagħtu kontribuzzjoni speċjali għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali intiżi sabiex jindirizzaw sfidi ġodda.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-istħarriġ imwettaq mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kundizzjonijiet imfakkra fil-punti 43 u 44 ta’ din is-sentenza, tali kunsiderazzjonijiet ma jidhrux manifestament mhux xierqa. Fil-fatt, il-Kunsill seta’ jikkunsidra li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-benefiċjarji l-kbar, dawn tal-aħħar jinsabu f’sitwazzjoni differenti minn dawk tal-bdiewa l-oħra, u dan jippermetti li jiġu ttrattati b’mod differenti f’dak li jirrigwarda l-modulazzjoni tal-pagamenti diretti.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-kuntest ta’ dan l-istħarriġ, il-Qorti tal-Ġustizzja ma jidhrilhiex li għandha teżamina fid-dettall l-argumenti tad-deċiżjoni tar-rinviju bbażati, b’mod partikolari, fuq l-ikbar numru ta’ impjegati għal kull ettaru suġġetti għall-assigurazzjoni obbligatorja li huma impjegati regolarment mill-benefiċjarji l-kbar, fuq il-fatt li dawn tal-aħħar normalment jużaw persunal permanenti, kif ukoll fuq il-limiti ta’ ekonomija ta’ skala għall-impriżi agrikoli kbar jew ukoll fuq il-karatterisitiċi speċifiċi tal-istrutturi ta’ impriżi agrikolu fil-Länder tal-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża. Anki jekk jitqies li dawn l-elementi huma eżatti, dawn huma biss elementi fost oħrajn fl-evalwazzjoni globali li l-Kunsill kellu jagħmel fil-kwalita’ tiegħu ta’ leġiżlatur tal-Unjoni, peress li huwa paċifiku li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha stess ta’ dawn l-elementi, għal dawk ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-forma ġuridika li taħtha hija eżerċitata l-attività agrikola, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li l-kooperattivi agrikoli rregolati bid-dritt Ġermaniża jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 73/2009, kuntrarjament għal bdiewa li jorganizzaw ruħhom abbażi ta’ ftehim li huma legalment inqas restrittivi. Barra minn hekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni eżenta lill-GAEC mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 73/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 73/2009 ma jagħmilx distinzjoni skont il-forma ġuridika li taħtha hija eżerċitata l-attività agrikola.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 73/2009, jirrigwarda kull <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ikun x’ikun l-istatus legali mogħti lill-grupp u lill-membri tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Konsegwentement, ladarba bdiewa jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fil-kuntest ta’ tali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, huma għandhom jiġu kkunsidrati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>bidwi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> individwali fis-sens tar-Regolament Nru 73/2009.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, b’mod iktar partikolari, il-GAEC, huwa biżżejjed jiġi kkonstatat li la l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 73/2009 u lanqas ebda dispożizzjoni oħra ta’ dan ir-regolament ma ssemmi tali gruppi rregolati bid-dritt Franċiż. Is-sitwazzjoni ta’ dawn tal-aħħar tissemma biss fid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mdaħħla fil-minuti tal-Kunsill matul l-adozzjoni tar-Regolament Nru 73/2009, iċċitata fil-punt 20 ta’ din is-sentenza. F’din id-dikjarazzjoni il-Kummissjoni fakkret li fl-opinjoni tagħha kull impriżi agrikoli li tifforma parti minn GAEC għandha tiġi kkunsidrata, fil-kuntest ta’ mekkaniżmu ta’ dixxiplina finanzjarja, bħala bidwi individwali b’mod partikolari għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-ammont supplimentari ta’ għajnuna previst f’każ ta’ modulazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, tali dikjarazzjoni ma tistax tintuża għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni sussidjarja meta, bħal f’dan il-każ, il-kontenut tagħha ma ġiex rifless fit-test tad-dispożizzjoni inkwistjoni u għalhekk ma għandha l-ebda piż legali (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19910226">26 ta’ Frar 1991</DATE>, Antonissen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-292/89" PAGE.ECR="I-745" YEAR="1991">C-292/89, Ġabra p. I-745</REF.DOC.ECR>, punt 18, u tad-<DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Leno Merken, C-149/11, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu li jippreċedi, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-istħarriġ tagħha ma żvela ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 73/2009 fid-dawl tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-istħarriġ tal-ewwel domanda ma żvela l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-istħarriġ tat-tieni domanda ma żvela l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 73/2009 fid-dawl tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>