2005D0928 — MT — 31.10.2008 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005

dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn il-169,4 u l-169,8125 MHz fil-Komunità

(notifikata bid-dokument numru C(2005)5503)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/928/KE)

(ĠU L 344, 27.12.2005, p.47)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-13 ta’ Awwissu 2008

  L 220

29

15.8.2008




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005

dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn il-169,4 u l-169,8125 MHz fil-Komunità

(notifikata bid-dokument numru C(2005)5503)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/928/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju) ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/544/EEC tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-meded ta’ frekwenza magħżula għall-introduzzjoni koordinata ta’ sistema pubblika terrestri pan-Ewropea ta’ pejġing bir-radju fil-Komunità (id-Direttiva ERMES) ( 2 ) ġiet revokata fit-27 ta’ Diċembru 2005 bid-Direttiva 2005/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ). Din id-Direttiva obbligat lill-Istati Membri jagħżlu, fil-medda bejn il-169.4 u l-169.8 MHz ta’ l-ispektrum tar-radju, erba’ kanali għas-servizz pubbliku terrestri pan-Ewropew ta’ pejġing bir-radju (minn hawn ’il quddiem “ERMES”) u li jiżguraw li s-servizzi ERMES jokkupaw, malajr kemm jista’ jkun, il-medda kollha ta’ l-ispektrum tar-radju bejn il-169.4 u l-169.8 MHz skond it-talba kummerċjali.

(2)

L-użu tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju bejn il-169.4 u l-169.8 MHz għall-ERMES fil-Komunità naqas b’mod drammatiku jew saħansitra waqaf għal kollox, bir-riżultat li din il-medda ta’ l-ispektrum tar-radju mhix qed tintuża b’mod effiċjenti mill-ERMES u tista’ għalhekk tintuża aħjar sabiex taqdi ħtiġijiet oħra ta’ politika Komunitarja.

(3)

Skond l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju, il-Kummissjoni, fis-7 ta’ Lulju 2003, ħarġet mandat għall-Konferenza Ewropea ta’ l-Amministrazzjonijiet tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni (minn hawn ’il quddiem “CEPT”) biex tiġbor informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet attwali u ġejjiena possibbli tal-medda bejn 169.4 sa 169.8 MHz, tidentifika lista ta’ għażliet alternattivi għall-użu tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju u partikolarment dawk l-użi li mhumiex marbuta biss mal-komunikazzjonijiet elettroniċi tradizzjonali. Is-CEPT intalbet tevalwa, għal kull applikazzjoni possibbli, il-koeżistenza bejn l-applikazzjonijiet varji u l-possibbiltà li jintużaw meded alternattivi ta’ l-ispektrum tar-radju, konformement mal-prinċipji tad-Direttiva ta’ Qafas. Il-medda ta’ l-ispektrum tar-radju, li hija diġà parzjalment armonizzata, hija xierqa għal ċerti applikazzjonijiet marbuta ma’ l-istabbilment u t-tħaddim tas-suq intern f’għadd ta’ oqsma politiċi tal-Komunità, fosthom uħud li jistgħu jgawdu minnhom persuni b’diżabilità jew inkella jgħinu l-kollaborazzjoni ta’ l-oqsma tal-ġustizzja u l-intern fl-Unjoni Ewropea.

(4)

L-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva ta’ Qafas) ( 4 ), tobbliga lill-Istati Membri jġibu ’l quddiem l-interessi taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea billi inter alia jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ gruppi soċjali speċifiċi, partikolarment nies neqsin mis-smigħ u persuni li jkunu jeħtieġu għajnuna urġenti.

(5)

Fuq il-bażi ta’ investigazzjonijiet tekniċi u ġbir ta’ informazzjoni, is-CEPT ikkonfermat illi minkejja l-adozzjoni tad-Direttiva 90/544/KE, l-użu tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju għall-ERMES baqgħet limitata ħafna u fl-Ewropa nbidlet il-ħtieġa għas-sistemi ta’ messaġġi jew pejġing bir-radju minħabba li l-funzjonijiet tagħhom ġew sostitwiti minn teknoloġiji oħra bħas-sistemi ta’ messaġġi qosra (SMS) minn fuq is-sistema GSM.

(6)

L-għażla tal-partijiet tal-medda bejn 169.4 u 169.8 MHz ta’ l-ispektrum tar-radju għall-ERMES għandha għalhekk tiġi mmodifikata fil-Komunità sabiex tiżgura użu aktar effiċjenti ta’ din il-medda ta’ l-ispektrum tar-radju, filwaqt li jiġi ppreservat il-karattru armonizzat tagħha.

(7)

Skond il-mandat li ngħatalha, is-CEPT ipproduċiet pjan ġdid għall-frekwenzi u għat-tqssim tal-kanali li jippermetti li sitt tipi ta’ applikazzjonijiet preferuti jaqsmu l-ispketrum tar-radju mill-169.4 sal-169.8125 MHz, sabiex jintlaħqu bosta ħtiġijiet tal-politika Komunitarja. Dawn il-ħtiġijiet jinkludu l-assistenza bis-saħħa ta’ l-użu ta’ hearing aids għal persuni b’diżabilità marbuta mas-smigħ. Medda armonizzata ta’ l-ispektrum tar-radju fil-Komunità tkun ta’ ġid għal dawn il-persuni għaliex ittejjeb il-kundizzjonijiet ta’ l-ivjaġġar bejn l-Istati Membri u tnaqqas il-prezz tat-tagħmir minħabba l-ekonomiji ta’ skala. L-iżvilupp tas-suq intern għal alarms soċjali, li jippermettu lill-anzjani jew lin-nies b’diżabilità jibagħtu messaġġi ta’ allarm għall-għajnuna, it-traċċar ta’ l-assi jew mezzi ta’ rintraċċar, li jippermettu t-traċċar u l-irkupru ta’ oġġetti misruqa madwar il-Komunità, sistemi tal-qari ta’ l-arloġġ tad-dawl u l-ilma użati mill-kumpanji li jfornu dawn is-servizzi; u sistemi tal-pejġing eżistenti bħal ERMES kif wkoll sistemi privati ta’ komunikazzjoni mobbli bir-radju (PMR) meta użati b’mod temporanju, sabiex jassistu fix-xandir ta’ ġrajjiet temporanji speċjali għal perjodu minn ftit jiem sa ftit xhur.

(8)

Ir-riżultati tal-mandat tas-CEPT, li l-Kummissjoni tqis bħala sodisfaċenti, għandhom isiru applikabbli fil-Komunità u jiġu implimentati mill-Istati Membri. Il-bqija ta’ l-awtorizzazzjonijiet għal ERMES u/jew PMR li mhumiex f’konformità mal-pjan ta’ frekwenza ġdid u t-tqassim tal-kanali għandhom jitħallew jibqgħu mhux affettwati sa l-iskadenza tagħhom jew sakemm applikazzjonijiet ERMES u/jew PMR ikunu jistgħu jiċċaqalqu lejn il-medda ta’ l-ispektrum tar-radju adatta mingħajr piż eċċessiv.

(9)

Meta jiġi permess l-aċċess għall-ispektrum tar-radju, għandha tintuża s-sistema l-inqas oneruża, f’konformità mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/20/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjonijiet) ( 5 ), inkluż in-nuqqas ta’ drittijiet individwali għall-użu.

(10)

Bla ħsara għall-fatt li r-rekwiżiti ta’ l-ispektrum ta’ politika speċifika jistgħu jeħtieġu assenjazzjoni esklussiva tal-frekwenza, huwa ġeneralment xieraq illi jiġu proposti bħala allokazzjonijiet kemm jista’ jkun ġeneriċi sabiex l-użu tagħhom jitmexxa biss permezz tad-definizzjoni ta’ limiti speċifiċ fuq l-użu bħal m’huma ċ-ċiklu tat-tħaddim (duty cycle) jew il-livelli tal-qawwa, u sabiex jiġi żgurat, permezz ta’ standards armonizzati rikonoxxuti taħt id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/5/KE tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tat-terminals tat-telekomunikazzjoni u l-għarfien reċiproku tal-konformità tagħhom ( 6 ), li t-tagħmir li jopera fl-ispektrum allokat tar-radju jimminimizza l-użu ta’ l-ispektrum tar-radju b’tali mod li tiġi evitata intereferenza li tagħmel il-ħsara.

(11)

Il-koordinazzjoni tal-kanali fil-parti ta’ qawwa għolja tal-medda bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz ta’ bejn pajjiżi ġirien se tiġi żgurata bis-saħħa ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali.

(12)

Sabiex jiġi żgurat l-użu efftiv tal-medda bejn 169.4 u 169.8125 MHz anki għaż-żmien fit-tul, l-amministrazzjonijiet għandhom ikomplu bi studji li jistgħu jkabbru l-effiċjenza, l-aktar fl-użu tal-medda ta’ ħarsien (guard band).

(13)

Il-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispektrum tar-Radju.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Is-Suġġett

Is-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni huwa l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju ta’ bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz fil-Komunità.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(a) “hearing aid” tfisser sistema ta’ komunikazzjoni bir-radju li s-soltu tinkludi wieħed jew aktar trażmettituri tar-radju u wieħed jew aktar riċevituri tar-radju li jippermettu li n-nies b’diżabilità marbuta mas-smigħ ikabbru l-kapaċità tagħhom għas-smigħ;

(b) “alarm soċjali” tfisser sistema u netwerk affidabbli ta’ komunikazzjoni bir-radju li jinkludi tagħmir li jista’ jinġarr minn post għall-ieħor u jippermetti lil persuna li tinsab f’diffikultajiet f’żona limitata li ssejjaħ għall-għajnuna bis-saħħa ta’ azzjoni sempliċi;

(c) “sistema ta’ qari ta’ l-arloġġ tad-dawl u ta’ l-ilma” tfisser sistema li tippermetti l-monitoraġġ mill-bogħod, il-kejl u t-trażmissjoni ta’ kmandi tas-sistema bl-użu ta’ mezzi għall-komunikazzjoni bir-radju;

(d) “sistema għar-rintraċċar u għat-traċċar ta’ l-assi” tfisser sistema li tipermetti r-rintraċċar u t-traċċar ta’ l-oġġetti, li twassal għall-irkupru tagħhom, u li ġeneralment tikkonsisti fi trażmettitur tar-radju li jitqiegħed fuq l-oġġett li għandu jitħares u riċevitur, u tista’ wkoll tinkludi alarm;

(e) “sistema ta’ pejġing” tfisser sistema li tippermetti komunikazzjonijiet bir-radju f’direzzjoni waħda biss bejn min jibgħat u min jirċievi, bis-saħħa ta’ base station u l-mowbajl bħala riċevitur;

(f) “komunikazzjonijiet mobbli privati bir-radju (PMR)” tfisser servizzi ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri li jużaw modi simplex, half duplex u possibbilment full duplex fil-livell tat-terminal sabiex jipprovdu komunikazzjonijiet għal grupp definit ta’ utenti.

Artikolu 3

Applikazzjonijiet armonizzati

1.  Il-medda bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz se tkun maqsuma f’parti b’qawwa baxxa u parti b’qawwa għolja. Il-pjan tal-frekwenza u t-tqassim tal-kanali għal din il-medda se jiġu stipolati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.  Il-parti ta’ qawwa baxxa tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz takkomoda dawn l-applikazzjonijiet preferuti:

(a) użu esklussiv għall-hearing aids;

(b) użu esklussiv għall-alarms soċjali;

(c) użu esklussiv għas-sistemi ta’ qari ta’ l-arloġġ tad-dawl u l-ilma;

(d) użu mhux esklussiv għal trażmettituri b’qawwa baxxa għat-traċċar u r-rintraċċar ta’ l-assi.

3.  Il-parti ta’ qawwa għolja tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz se takkomoda dawn l-applikazzjonijiet preferuti:

(a) trażmettituri b’qawwa għolja għat-traċċar u r-rintraċċar ta’ l-assi;

(b) sistemi ta’ pejġing eżistenti jew sistemi ta’ pejġing li qed jiċċaqlqu minn kanali oħra fil-medda ta’ l-ispektrum tar-radju.

4.  Applikazzjonijiet alternattivi għall-medda ta’ l-ispektrum tar-radju ta’ bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz jistgħu jiġu implimentati sakemm ma jillimitawx l-implimentazzjoni armonizzata ta’ l-applikazzjonijiet ippreferuti. Dawn l-applikazzjonijiet alternattivi huma:

(a) hearing aids, għall-parti non-esklussiva u ta’ qawwa baxxa fil-medda ta’ l-ispektrum tar-radju;

(b) ir-rintraċċar, il-pejġing, l-użu temporanju jew il-komunikazzjonijiet privati mobbli bir-radju fuq bażi nazzjonali fil-parti ta’ qawwa għolja tal-medda.

5.  Il-qawwa massima rradjata fil-parti ta’ qawwa baxxa tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz se tkun limitata għall-qawwa effettiva rradjata ta’ 0.5 Watt (e.r.p.): Iċ-ċikli ta’ tħaddim massimi għas-sistemi tal-qari ta’ l-arloġġ tad-dawl u l-ilma u tas-sistema ta’ rintraċċar u traċċar ta’ l-assi fil-parti tal-qawwa l-baxxa tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju bejn l-169.4 u l-169.8125 MHz għandha tkun ta’ < 10 % u < 1 % rispettivament.

6.  L-użu ta’ medda ta’ l-ispektrum tar-radju bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz mis-sistemi ta’ pejġing u l-komunikazzjonijiet mobbli privati bir-radju li huwa awtorizzat fid-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni u li mhuwiex f’konformità ma’ l-Artikolu 3 paragrafi 1 sa 5, jista’ jkompli sakemm l-awtorizzazzjonijiet għal servizzi bħal dawn, li jkunu eżistenti fid-data tan-notifika tad-Deċiżjoni, jibqgħu validi.

Artikolu 4

Implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 3

L-Artikolu 3 se japplika mit-27 ta’ Diċembru 2005.

Artikolu 5

Reviżjoni

L-Istati Memmbri għandhom iżommu l-medda ta’ l-ispektrum tar-radju ta’ bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz taħt skrutinju sabiex jiżguraw l-użu effiċjenti tagħha, u għandhom jirraportaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS



Pjan ta’ frekwenza għall-medda ta’ l-ispektrum tar-radju bejn il-169,4 - 169,8125 MHz

Applikazzjonijiet ta’ qawwa baxxa

“Medda ta’ ħarsien”

Applikazzjonijiet ta’ qawwa għolja

Applikazzjonijiet speċifiċi ta’ qawwa baxxa

Alarms soċjali

Hearing aids

Alarms soċjali

Sistemi ta’ rintraċċar

Pejġing

Pejġing

Pejġing

Sistemi ta’ rintraċċar

Sistemi ta’ rintraċċar

Sistema ta’ pejġing

Sistemi ta’ rintraċċar

Hearing aids

Użu esklussiv

Dawn il-kanali jistgħu jintużaw fuq bażi nazzjonali għall-applikazzjonijiet ta’ qawwa għolja bħall-pejġinġ, ir-rintraċċar, l-użu temporanju jew PMR.

►M1  sa 50 kHz ◄

12,5

►M1  sa 50 kHz ◄

12,5

12,5 (1)

1a

1b

2a

2b

3a

3b

4a

4b+5+6a

6b+7+8a

8b

9a

9b

10a

10b

11a

11b

12a

12b

13a

13b

14a

14b

15a

15b

16a

16b

(1)   Minħabba l-possibbilità ta’ l-użu ta’ kwalunkwe kanal b’qawwa għolja għall-applikazzjoni b’użu temporanju. Madankollu, sabiex jiġu ffaċilitati s-sistemi ta’ koordinazzjoni fuq il-fruntieri, is-sistemi li jużaw il-kanali ta’ 25kHz iridu jirrispettaw ir-raster ta’ kanali mit-tarf t’isfel tal-kanal 9.

Spjega:

L-ewwel filliera: i.e. applikazzjonijiet ta’ qawwa baxxa jew applikazzjonijiet ta’ qawwa għolja

It-tieni filliera: applikazzjonijiet ippreferuti:

— Applikazzjonijiet speċifiċi ta’ qawwa baxxa: ara l-Artikolu 3(2)(c) u (d).

— Alarms soċjali: ara l-Artikolu 3(2)(b)

— Hearing aids: ara l-Artikolu 3(2)(a)

— Sistemi ta’ rintraċċar (parti ta’ qawwa għolja): ara l-Artikolu 3(3)(a).

— Sistema ta’ pejġing: ara l-Artikolu 3(3)(b)

It-tielet filliera: applikazzjonijiet alternattivi: ara l-Artikolu 3(4);

Ir-raba’ u l-ħames filliera: raster tal-kanali (f’kHz) u numru tal-kanal



Tqassim tal-kanali għall-medda bejn il-169,4 - 169,8125 MHz

12,5 kHz

25 kHz

50 kHz

Numru tal-kanal

Frekwenza ċentrali

Numru tal-kanal

Frekwenza ċentrali

Numru tal-kanal

Frekwenza ċentrali

1a

169,406250

1

169,412500

 
 

1b

169,418750

“0”

169,437500

2a

169,431250

2

169,437500

2b

169,443750

3a

169,456250

3

169,462500

3b

169,468750

 
 

4a

169,481250

4

169,487500

4b

169,493750

“1”

169,512500

5a

169,506250

5

169,512500

5b

169,518750

6a

169,531250

6

169,537500

6b

169,543750

“2”

169,562500

7a

169,556250

7

169,562500

7b

169,568750

8a

169,581250

8

169,587500

8b

169,593750

 
 

12,5 kHz “guard band”

9a

169,618750

9

169,62500

9b

169,631250

10a

169,643750

10

169,65000

10b

169,656250

11a

169,668750

11

169,67500

11b

169,681250

12a

169,693750

12

169,70000

12b

169,706250

13a

169,718750

13

169,72500

13b

169,731250

14a

169,743750

14

169,75000

14b

169,756250

15a

169,768750

15

169,77500

15b

169,781250

16a

169,793750

16

169,80000

16b

169,806250



( 1 ) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

( 2 ) ĠU L 310, 9.11.1990, p. 28.

( 3 ) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 38.

( 4 ) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

( 5 ) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.

( 6 ) ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).