|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1837 |
27.7.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1837
tal-24 ta’ Lulju 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar kif ukoll l-azzjonijiet tal-Iran li jdgħajfu l-libertà tan-navigazzjoni fil-Lvant Nofsani
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 (1). |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stipulati fiha jiġġeddu sas-27 ta’ Lulju 2027. |
|
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw erba’ persuni elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 jitħassru minn dak l-Anness. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 10, id-data “27 ta’ Lulju 2026” hija sostitwita bis-“27 ta’ Lulju 2027”; |
|
(2) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar kif ukoll l-azzjonijiet tal-Iran li jdgħajfu l-libertà tan-navigazzjoni fil-Lvant Nofsani (ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1532/oj).
ANNESS
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532, taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”, l-entrati li ġejjin huma mħassra:
|
2. |
Mohammad Shahab KHANIAN |
|
8. |
Gholam Ali RASHID |
|
13. |
Behnam SHAHRIYARI |
|
14. |
Ali SHADMANI. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1837/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)