Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 1(4), (5) u (6) tad-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2003, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, rigward ir-rekwiżiti ta’ żvelar fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 304).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 1(4) sa (6) tad-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2003, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, rigward ir-rekwiżiti ta’ żvelar fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2) Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.