Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2009 – Il‑Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C‑313/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/58/KE – Dritt tal-kumpanniji – Atti u indikazzjonijiet li għandhom jiġu żvelati – Ittri u formoli tal-ordnijiet – Sanzjonijiet – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punti 12)
Suġġett
| Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 1(4), (5) u (6) tad-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2003, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, rigward ir-rekwiżiti ta’ żvelar fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 304). |
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 1(4) sa (6) tad-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2003, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, rigward ir-rekwiżiti ta’ żvelar fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva. |
|
2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |