Official Journal L 155 , 26/06/1993 P. 0009 - 0010
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0144
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0144
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1611/93 ta' l-24 ta' Ġunju 1993 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali, kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 1001/93 [2], u partikolarment l-Artikolu 9, Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura maqgħuda annessa ma' l-imsemmi Regolament, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija għal kollox jew f'parti bbażata fuqha jew li żżidilha kull suddiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, biex tgħodd it-tariffa jew miżura oħra dwar il-kummerċ fl-oġġetti; Billi bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċijiet NM xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet mfissra fil-kolonna 3; Billi huwa xieraq li, bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi ta' verifika doppja u sorveljanza minn qabel u retrospettiva tal-Komunità ta' prodotti tat-tessuti fuq l-importazzjoni ġewwa l-Komunità, l-informazzjoni li torbot fuq it-tariffa fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformaw iżjed ma' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jkunu invokati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3796/90 [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2674/92 [4], mid-detentur matul ċertu perjodu jekk dak id-detentur ikkonkluda kuntratt kif imsemmi fil-punti (a) jew (b) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1715/90 [5] Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma klassifikati fin-Nomenklatura Maqgħuda taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella. L-Artikolu 2 Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi ta' verifika doppja u sorveljanza minn qabel u retrospettiva tal-Komunità ta' prodotti tat-tessuti fuq l-importazzjoni ġewwa l-Komunità, l-informazzjoni li torbot fuq it-tariffa fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformaw iżjed ma' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jkunu nvokati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3796/90 mid-detentur matul perjodu ta' sittin jum mid-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jekk dak id-detentur ikkonkluda kuntratt kif imsemmi fil-punti (a) jew (b) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1715/90. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Ġunju 1993. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 104, tad-29.4.1993, p. 28. [3] ĠU L 365, tat-28.12.1990, p. 17. [4] ĠU L 271, tas-16.9.1992, p. 5. [5] ĠU L 160, tas-26.6.1990, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizzjoni | Kodiċi CN | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Biċċiet ta' tessut tubulari nnitjat jew tessut bil-ganċ, bliċjati, tal-fibri tat-tessut diversi, maqtugħa bla preċiżjoni. Dawn il-biċċiet huma madwar 65 ċm fid-diametru u jvarjaw bejn 2,50 m u 6 m fit-tul. Il-biċċiet, li ftit minnhom huma mitnija u mkemmxa, jitpoġġew f'sorror. | 6002910060029210600293316002939960029900 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, u t-testijet tal-kodiċijiet 6002, 60029100, 600292, 60029210, 600293, 60029331, 60029399 u 60029900 jiddipendi fuq il-komposizzjoni. Il-prodotti tat-tessut in kwistjoni ma jistgħux ikunu kklassifikati bħala ċraret għaliex m'humiex mikulin, maħmuġin, mqattgħin, ta' daqsijiet żgħar jew tajbin biss għall-irkupru ta' fibri, il-manifattura tal-karta jew tal-plastiks, il-manifattura ta' materjali għal-lostru jew għall-użu ta' wipers industrijali. | 2.Ilbies ħafif innitjat (85 % poliamidi, 15 % ħajt elastomeriku), ċineg ta' l-ispalla maħsuba biex jgħattu l-ġisem sar-riġlejn. Il-quddiem tal-libsa huwa ta' tessut innitjat miftugħ u l-libsa hija elastiċizzata madwar is-saqajn u mad-dahar. In-naħa tar-riġlejn tal-libsa, li għandha inforra innitjata tal-qoton, huwa maqful permezz ta' tliet press studs. Il-parti ta' fuq tal-libsa tixbaħ reġġipetto u għandu l-wire għall-irfid. (Ara r-ritratt Nru 525) | 62129000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, u bit-testijet tal-kodiċijiet NM 6212 u 62129000. Ara ukoll in-noti spjegattivi tas-sistema armonizzata dwar l-intestatura 6212. | +++++ TIFF +++++ | --------------------------------------------------