|
7.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li ma taċċettax is-soluzzjoni proposta mill-Awstrija taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 rigward il-kalkolu ta’ kumpens tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT b’riżultat tar-restrizzjoni tad-dritt li titnaqqas il-VAT skont l-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 10428)
(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(2010/8/UE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 10(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar Riżorsi Proprji,
Billi:
|
(1) |
Il-kumpens għall-bażi tar-riżorsi tal-VAT hu bbażat fuq l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89, li jipprovdi li fejn Stat Membru jirrestrinġi jew jeskludi, fuq il-bażi tal-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 fuq is-sistema tal-Kummissjoni dwar it-taxxa tal-valur miżjud (2), id-dritt li titnaqqas l-input VAT, imbagħad il-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT jista’ jiġi ddeterminat daqs li kieku d-dritt tat-tnaqqis ma ġiex restritt. Dan japplika biss fir-rigward tax-xiri ta’ karozzi tal-passiġġieri u l-fjuwil li jintuża għal skop ta’ negozju, u fuq in-nefqa li ssir fir-rigward tal-kiri, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ karozzi bħal dawn. L-Awstrija pproponiet abbozz ta’ soluzzjoni multiparti għal tali kumpens għall-bażi tagħha tar-riżorsi proprji tal-VAT, li tinkludi metodu ta’ sitt sub kategoriji. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89, is-soluzzjoni proposta mill-Awstrija kienet eżaminata fl-intier tagħha mill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji waqt il-laqgħa tiegħu tal-10 ta’ Diċembru 2009. L-eżaminazzjoni żvelat differenza ta’ opinjoni fil-Kumitat rigward waħda mis-subkategoriji tas-soluzzjoni. Is-sub kategorija tikkonċerna l-metodoloġija proposta għall-kalkolu tal-komponenti tal-użu privat tal-kumpens għall-bażi armonizzata tar-riżorsi proprji tal-VAT. L-Abbozz tad-Deċiżjoni li m’aċċettatx dik is-subkategorija tas-soluzzjoni ppreżentata mill-Awstrija ġiet ipreżentata lill-Kumjitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji li ħareġ b’opinjoni pożittiva fl-10 ta’ Diċembru 2009. |
|
(3) |
Meta jiġi kkalkulat l-użu privat, fin-nuqqas ta’ dejta attwali, jistgħu jintużaw metodi alternattivi. Biex jiġi ggarantit li dawn il-metodi jikkontribwixxu għal uniformità fil-kalkolu tal-kumpens huma għandhom ikunu bbażati fuq assunzjonijiet ġeneralment aċċettati. |
|
(4) |
L-Awstrija tirrikjedi persuni taxxabbli li jamministraw dejta attwali dwar l-użu privat tal-karozzi tan-negozju. Madankollu, għal raġunijiet ta’ sempliċità amministrattiva, l-Awstrija pproponiet soluzzjoni għall-kalkolu ta’ użu privat li jinkorpora dejta statistika ġenerali flimkien ma’ regoli ta’ deprezzament imfassla għal skopijiet ta’ taxxi fuq l-introjtu mhux armonizzati korporattivi. Peress li s-soluzzjoni proposta tirriżulta f’fattur ta’ użu privat notevolment aktar baxx mill-proporzjoni użat minn Stati Membri oħra, tkun f’kontradizzjoni għall-uniformità rikjesta fil-kalkolu tal-kumpens. Għalhekk is-soluzzjoni proposta mill-Awstrija dwar il-kalkolu tal-proporzjon tal-użu privat tal-karozzi akkwistati minn ħtiġijiet ta’ negozju għandha tiġi miċħuda. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-soluzzjoni proposta mill-Awstrija dwar il-kalkolu tal-proporzjon tal-użu privat tal-karozzi akkwistati minn ħtiġijiet ta’ negozju qiegħda tiġi miċħuda.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni