<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑565/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CC0565</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:803">EU:C:2012:803</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET WATHELET – KAWŻA C-565/11</P><P>IRIMIE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Wathelet</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-565/11</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Mariana Irimie</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Administraţia Finanţelor Publice Sibiu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Administraţia Fondului pentru Mediu</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Ħlas lura tat-taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-interessi li għandhom jitħallsu mill-imsemmi Stat fuq it-taxxi mħallsa lura</KEYWORD><KEYWORD>Principji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn M. Irimie u l-Administraţia Finanţelor Publice Sibiu (l-Amministrazzjoni tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Sibiu) u l-Administraţia Fondului pentru Mediu (l-Amministrazzjoni tal-Fondi għall-Ambjent), fejn M. Irimie talbet il-ħlas lura ta’ taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-Artikolu 110 TFUE, u l-ħlas tal-interessi legali mid-data tal-ħlas tal-imsemmija taxxa sa dik tal-ħlas lura effettiv tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Meta rreġistrat vettura bil-mutur li kienet ġejja minn Stat Membru ieħor, M. Irimie kellha tħallas taxxa fuq it-tniġġis<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Fiż-żmien li seħħew il-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali, id-Digriet ta’ Urġenza tal-Gvern Nru 50/2008 li jistabbilixxi t-taxxa fuq it-tniġġis tal-vetturi bil-mutur (Ordonanţă de Urgenţă a Guvernului nr. 50/2008 pentru instituirea taxei pe poluare pentru autovehicule), tal-<DATE ISO="20080421">21 ta’ April 2008</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României, Parti I</HT>, Nru 327, tal-<DATE ISO="20080425">25 ta’ April 2008</DATE>), li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, kien jistabbilixxi, fl-Artikolu 3 tiegħu, taxxa fuq it-tniġġis għall-vetturi tal-Kategoriji Ml sa M3 u N1 sa N3.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha Tatu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20110407">7 ta’ April 2011</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-402/09" PAGE.ECR="I-2711" YEAR="2011">C-402/09, Ġabra p. I-2711</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> dwar it-taxxa inkwistjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-Artikolu 110 TFUE kellu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq it-tniġġis li tiġi imposta fuq vetturi bil-mutur meta dawn jiġu rreġistrati għall-ewwel darba f’dan l-Istat Membru, jekk dik il-miżura fiskali tkun stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati li jkollhom l-istess età u li jkunu fl-istess kundizzjoni fir-rigward tal-użu li jkun sar minnhom fis-suq nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Bit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, imressqa fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi jekk leġiżlazzjoni nazzjonali, li tipprevedi l-ħlas ta’ interessi fuq it-taxxa li għandha titħallas lura mill-għada tad-data tat-talba għal ħlas lura u mhux mid-data tal-ħlas tat-taxxa, hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. B’dan il-mod, il-qorti tar-rinviju<?PAGE NO="2"?> qed tistaqsi b’mod partikolari jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali hijiex kompatibbli mal-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, kif ukoll mad-dritt għall-proprjetà, iggarantit mill-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), moqri flimkien mal-Artikolu 6 TUE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku Rumen</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fl-ordinament ġuridiku Rumen, il-proċedura fiskali hija rregolata bid-Digriet tal-Gvern Nru 92 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali (Ordonanţa Guvernului nr. 92 privind Codul de procedură fiscală), tal-<DATE ISO="20031224">24 ta’ Diċembru 2003</DATE>, (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României, Parti I</HT>, Nru 513, tal-<DATE ISO="20070731">31 ta’ Lulju 2007</DATE>), kif emendat u kkompletat sussegwentement (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>OG Nru 92/2003<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Wara talba għal kjarifiki tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>, il-qorti tar-rinviju qalet li skont l-Artikolu 124 tal-OG Nru 92/2003, moqri flimkien mal-Artikolu 70 ta’ dan tal-aħħar, l-interessi fuq is-somom li għandhom jitħallsu lura minn fondi pubbliċi jingħataw mill-għada tad-data tat-talba għal ħlas lura. Hija ppreċiżat li l-ġurisprudenza nazzjonali hija stabbilita u ċara fuq dan il-punt.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju qalet ukoll, wara dik it-talba għal kjarifiki, li wara l-proċedura ġudizzjarja pendenti quddiemha, u anki li kieku din kienet ippreċeduta minn proċedura amministrattiva, ma kienx possibbli li l-persuna taxxabbli tagħti bidu għal proċedura ġudizzjarja oħra sabiex titlob il-bqija tal-interessi, jiġifieri dawk li jirrigwardaw il-perijodu ta’ bejn il-ħlas tat-taxxa illegali u t-talba għal ħlas lura.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u t-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>F’Diċembru 2007, M. Irimie xtrat vettura bil-mutur irreġistrata fil-Ġermanja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Il-vettura ġiet irreġistrata għall-ewwel darba fil-Ġermanja, fit-<DATE ISO="19990323">23 ta’ Marzu 1999</DATE>.</P></NOTE>. Hija resqet quddiem l-awtoritajiet Rumeni għall-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura fir-Rumanija f’Settembru 2008 u ħallset is-somma ta’ RON 6 707 bħala taxxa fuq it-tniġġis.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>B’att tal-<DATE ISO="20090831">31 ta’ Awwissu 2009</DATE>, iċċarat fl-<DATE ISO="20091210">10 ta’ Diċembru 2009</DATE> u fis-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, M. Irimie tat bidu għal proċedura quddiem it-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) kontra l-Administraţia Finanţelor Publice Sibiu u l-Administraţia Fondului pentru Mediu, sabiex dawn jiġu kkundannati, min-naħa l-waħda, iħallsuha lura s-somma li hija kienet ħallset bħala taxxa fuq it-tniġġis u, mill-oħra, iħallsuha l-interessi legali relatati ma’ dik it-taxxa mid-data meta din ġiet imħallsa.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li d-deċiżjoni dwar it-talba għal ħlas lura tas-somma mħallsa bħala taxxa fuq it-tniġġis ma għandhiex tqajjem problemi kbar fid-dawl tas-sentenza Tatu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Il-qorti tar-rinviju tiċċita wkoll il-ġurisprudenza li tikkonferma dik is-sentenza, b’mod partikolari d-digrieti tat-<DATE ISO="20110408">8 ta’ April 2011</DATE>, Obreja u Darmi (C-136/10 u C-178/10, Ijac (C-336/10); Sfichi u Ilaş (C-29/11 u C-30/11); is-sentenza tas-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, Nisipeanu (C-263/10); kif ukoll id-digrieti tat-<DATE ISO="20110713">13 ta’ Lulju 2011</DATE>, Vijulan (C-335/10); Druţu (C-438/10), u Micşa (C-573/10). Din il-qorti ppreċiżat ukoll, wara talba għal kjarifiki tat-<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>, li mis-sentenza Tatu, ċċitata iktar ’il fuq, il-qrati nazzjonali qed jilqgħu r-rikorsi tal-persuni taxxabbli u qed jordnaw il-ħlas lura tat-taxxa u l-għoti tal-interessi mill-għada tad-data tat-talba għal ħlas lura.</P></NOTE>, iċċitata iktar ’il fuq. Madankollu, fir-rigward tat-talba għal ħlas lura tal-interessi legali kollha relatati ma’ dik it-taxxa, ikkalkulati mid-data tal-ħlas tagħha, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li ma huwiex possibbli li din tintlaqa’ minħabba d-dispożizzjonijiet ikkombinati tal-Artikoli 124 u 70 tal-OG Nru 92/2003 li jipprovdu li l-interessi fuq is-somom li għandhom jitħallsu lura minn fondi pubbliċi jingħataw biss mill-għada tad-data tat-talba għal ħlas lura.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju qed tiddubita kemm tali regola hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità tal-kawżi għall-kumpens li l-individwi għandhom id-dritt li jressqu wara ksur tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll mad-dritt għall-proprjetà stabbilit mill-Artikolu 17 tal-Karta, moqri flimkien mal-Artikolu 6 TUE.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunalul Sibiu ddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[Il-prinċipji] ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità tal-azzjonijiet għall-kumpens għal ksur tad-dritt [tal-Unjoni] miġrub [imġarrab] minn individwi minħabba l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni li ma hijiex konformi mad-dritt [tal-Unjoni], [prinċipji li jirriżultaw] mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mid-dritt ta’ proprjetà stabbilit bl-Artikolu 6 [TUE] u bl-Artikolu 17 tal-[Karta], [jistgħu jiġu interpretat fis-sens li jipprekludu] dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jillimitaw l-ammont tal-kumpens li jista’ jinkiseb mill-individwu li d-dritt tiegħu jkun ġie miksur?<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>M. Irimie, ir-Rumanija, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Portugiża u l-Kummissjoni lkoll ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. M. Irimie, ir-Rumanija, ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet orali waqt is-seduta tas-<DATE ISO="20121017">17 ta’ Ottubru 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>M. Irimie tosserva li d-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-ammont tad-dannu (minn <HT TYPE="ITALIC">lucrum cessans</HT>), li l-kumpens kollu għalih huwa dovut lill-individwu li jkun ħallas taxxa li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, billi tagħti l-interessi biss minn meta tkun tressqet it-talba għal ħlas lura u mhux minn meta tkun tħallset it-taxxa illeċita.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Ir-Rumanija tosserva li l-leġiżlazzjoni Rumena tippermetti li jingħata kumpens sħiħ għad-dannu mġarrab mill-persuni taxxabbli li jkunu ġew obbligati jħallsu taxxa li sussegwentement ġiet iddikjarata bħala illegali. Barra minn hekk, skont ir-Rumanija, taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri li jistabbilixxu l-modalitajiet kif jingħataw l-interessi bħala kumpens għad-danni kkawżati lill-individwi bil-ħlas ta’ taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li jiġu osservati l-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità tar-rimedji.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jikkunsidra li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix, fil-prinċipju, dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jillimitaw jew l-ammont tal-kumpens għad-dannu li jista’ jinkiseb mill-individwu li d-dritt tiegħu jkun inkiser, jew l-ammont li għandu jitħallaslu lura minħabba ħlas indebitu. Skont ir-Renju ta’ Spanja, ikun hemm ksur tal-prinċipju ta’ effettività biss jekk il-ħlas tal-interessi jkun ta’ ammont daqshekk ċkejken li dan jillimita konsiderevolment, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>jiżvojta wisq mis-sustanza tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> jew inaqqas għal xejn id-dritt għall-ħlas tal-interessi. Ir-Renju ta’ Spanja jikkunsidra li l-ħlas tal-interessi minn meta titressaq it-talba għal ħlas lura tat-taxxa illegali ma jiżvojtax l-imsemmi dritt mis-sustanza tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża tikkunsidra li għandu jkun l-Istat Membru li jippreċiża l-modalitajiet tal-ammont li għandu tabilħaqq dritt għalih l-individwu minħabba l-ksur tad-dritt tal-Unjoni, peress li dawn il-modalitajiet ma jwasslux għal tnaqqis sostanzjali tal-ammont li l-individwu għandu dritt għalih u ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala ostakolu għall-eżerċizzju ta’ dan l-istess dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li, bħal dan il-każ, tillmita b’mod konsiderevoli d-dritt tal-persuna taxxabbli li tirkupra t-telf li jirrappreżenta n-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-somma miġbura b’mod illegali ma tosservax il-prinċipju ta’ effettività.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Qabel xejn, għandu jitfakkar li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti klassifikazzjoni ġuridika tar-rikors imressaq minn M. Irimie quddiem il-qorti tar-rinviju. Hija r-rikorrenti fil-kawża prinċipali li għandha tispeċifika n-natura u l-bażi tar-rikors tagħha (talba għal ħlas lura jew kawża għall-kumpens għal dannu) taħt il-kontroll tal-qorti tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20010308">8 ta’ Marzu 2001</DATE>, Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/98+C-410/98" PAGE.ECR="I-1727" YEAR="2001">C-397/98 u C-410/98, Ġabra p. I-1727</REF.DOC.ECR>, punt 81); tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Test Claimants in the FII Group Litigation (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/04" PAGE.ECR="I-11753" YEAR="2006">C-446/04, Ġabra p. I-11753</REF.DOC.ECR>, punt 201) kif ukoll tat-<DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-524/04" PAGE.ECR="I-2107" YEAR="2007">C-524/04, Ġabra p. I-2107</REF.DOC.ECR>, punt 109).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Mid-diċitura tad-domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju jista’ jirriżulta li l-azzjoni mressqa minn M. Irimie, quddiem dik il-qorti, tikkonsisti f’kawża għall-kumpens għal dannu kkawżat minn ksur tad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, bla ħsara għal verifika min-naħa tal-qorti tar-rinviju u skont il-proċess prodott quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jidher li r-rikors ippreżentat minn M. Irimie quddiem il-qorti tar-rinviju jirrigwarda l-ħlas lura ta’ taxxa indebitament miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar speċifiku, tal-Artikolu 110 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 110 TFUE huwa direttament applikabbli. Ara s-sentenza tad-<DATE ISO="19820429">29 ta’ April 1982</DATE>, Pabst &amp; Richarz (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="17/81" PAGE.ECR="1331" YEAR="1982">17/81, Ġabra p. 1331</REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, l-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħhom, għandhom jiżguraw irwieħhom li dan jiġi osservat.</P></NOTE>, kif ukoll il-ħlas tal-interessi legali għall-perijodu bejn id-data tal-ħlas tal-imsemmija taxxa u dak tal-ħlas lura effettiv tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza li ilha stabbilita, minkejja n-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-ħlas lura ta’ taxxi nazzjonali li ma jkunux kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, id-dritt li jinkiseb ir-rimbors ta’ dawn it-taxxi jirriżulta minn u jikkomplementa d-drittijiet mogħtija lill-individwi mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kif ġew interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, l-Istat Membru huwa obbligat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Peress li r-rifjut ta’ rimbors ta’ taxxa indebitament imposta huwa limitazzjoni għal dritt suġġettiv li jirriżulta mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li dan għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv. Ir-riperkussjoni diretta tat-taxxa indebita fuq ix-xerrej, inkwantu tikkostitwixxi għall-persuna taxxabbli arrikiment indebitu, hija l-unika eċċezzjoni għad-dritt għar-rimbors ta’ taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni. Ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, Lady &amp; Kid <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-398/09" PAGE.ECR="I-7375" YEAR="2011">C-398/09, Ġabra p. I-7375</REF.DOC.ECR>, punt 20). F’dan ir-rigward, fil-punt 21 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja rrepetiet il-ġurisprudenza tagħha, jiġifieri li anki fl-ipoteżi li jkun stabbilit li l-impożizzjoni tat-taxxa indebita tkun ittrasferita fuq terzi, ir-rimbors tagħha lin-negozjant ma jwassalx neċessarjament għall-arrikkiment indebitu ta’ dan tal-aħħar, peress li l-integrazzjoni tat-total tal-imsemmija taxxa fil-prezzijiet ipprattikati tista’ tikkawżalu dannu marbut mat-tnaqqis tal-volum tal-bejgħ tiegħu.</P></NOTE> jirrimborsa t-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, b’dan id-dritt għal rimbors ikun dritt suġġettiv li jirriżulta mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara s-sentenza tad-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C-591/10, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, huwa l-ordinament ġuridiku nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandu jinnomina, skont il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali, il-qrati kompetenti u jirregola r-regoli proċedurali tal-azzjonijiet ġudizzjarji intiżi sabiex jiġu protetti d-drittijiet li għandhom l-individwi taħt id-dritt tal-Unjoni, sakemm, minn naħa, dawn ir-regoli ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw azzjonijiet simili ta’ natura nazzjonali (prinċipju ta’ ekwivalenza) u, min-naħa l-oħra, sakemm ma jagħmlux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku Komunitarju (prinċipju ta’ effettività)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punt 85) kif ukoll Test Claimants in the FII Group Litigation (punt 203).</P></NOTE>. Barra minn hekk, bil-kontra ta’ dak li jsostnu r-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża fil-punti 16 u 17 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jekk il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri jħalli lill-ordinament ġuridiku nazzjonali ta’ kull Stat Membru l-kompetenza ħalli jiddetermina r-regoli proċedurali intiżi sabiex jiġu protetti d-drittijiet li għandhom l-individwi taħt id-dritt tal-Unjoni, dan ma jistax ikollu bħala konsegwenza li l-kontenut ta’ dawn id-drittijiet jiġi ristrett jew ippreġudikat.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Filwaqt li l-prinċipju tar-rimbors ta’ taxxi nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni huwa stabbilit, l-obbligu ta’ Stat Membru, li jkun ġabar taxxa bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, li jħallas l-interessi fuq is-somma prinċipali li għandha titħallas lura qajjem xi mistoqsijiet.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Huwa b’hekk li, fis-sentenza Ansaldo Energia <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19980915">15 ta’ Settembru 1998</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-279/96+C-280/96+C-281/96" PAGE.ECR="I-5025" YEAR="1998">C-279/96 sa C-281/96, Ġabra p. I-5025</REF.DOC.ECR>, punt 20). Ara wkoll is-sentenza tas-<DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, N (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-470/04" PAGE.ECR="I-7409" YEAR="2006">C-470/04, Ġabra p. I-7409</REF.DOC.ECR>, punt 61).</P></NOTE>, il-ħlas tal-interessi seta’ jiġi kkunsidrat bħala kwistjoni aċċessorja għar-rimbors ta’ taxxi inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u li kellhom ikunu l-awtoritajiet nazzjonali li jirregolaw dik il-kwistjoni, billi japplikaw ir-regoli nazzjonali tagħhom dwar ir-rata tal-interessi u dwar id-data li minnha għandhom jiġu kkalkulati l-interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Dan il-kunċett jista’ jinftiehem bħala li essenzjalment iħalli għad-dritt nazzjonali l-kwistjoni mhux biss tal-metodi kif jiġu kkalkulati l-interessi fuq it-taxxi li għandhom jiġu rimborsati, imma anki l-kwistjoni tal-istess dritt tal-persuna taxxabbli li tieħu dawn l-interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Minkejja li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> tagħha, iċċitata iktar ’il fuq, irrepetiet fil-punt 86 li l-ħlas <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>eventwali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Għandu jiġi nnotat li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>eventwali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> ma tidhirx fil-verżjoni bl-Ingliż tas-sentenza f’din il-kawża, li l-lingwa tal-kawża tagħha kienet l-Ingliż.</P></NOTE> tal-interessi fuq it-taxxi indebitament miġbura kienet kwistjoni aċċessorja, madankollu, fir-rigward ta’ dak il-każ, hija kkonstatat li t-talba għall-ħlas ta’ interessi li kienu jkopru t-telf tal-użu tal-ammonti mħallsa bi ksur tad-dritt Komunitarju ma kinitx aċċessorja imma kienet tikkostitwixxi s-suġġett stess tal-ilmenti tar-rikorrenti fil-kawżi prinċipali. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, il-ksur tad-dritt Komunitarju inkwistjoni ma kienx jirriżulta mill-ħlas tat-taxxa nfisha iżda mill-fatt li din tħallset qabel il-waqt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-ksur tad-dritt Komunitarju ma rriżultax mill-fatt li taxxa ġiet imposta fir-Renju Unit meta sar ħlas ta’ dividendi minn sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha, iżda mill-fatt li s-sussidjarji residenti fir-Renju Unit ta’ kumpanniji parent li kellhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor ġew obbligati jħallsu din it-taxxa bil-quddiem filwaqt li s-sussidjarji residenti ta’ kumpanniji parent residenti kellhom il-possibbiltà li jevitaw dan l-obbligu (ara l-punt 83 tal-imsemmija sentenza).</P></NOTE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-għoti tal-interessi kien jirrappreżenta r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>rifużjoni [rimbors]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> ta’ dak li tħallas indebitament u deher indispensabbli sabiex jiġu osservati r-regoli tat-Trattat. Konsegwentement, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali kellhom dritt, b’mod partikolari, għall-ħlas lura tal-interessi fuq is-somom imħallsa matul il-perjodu bejn il-ħlas antiċipat tat-taxxa u d-data meta din kellha titħallas.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Ċertament, wieħed jista’ jikkonċepixxi li s-sentenza Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, tiġi limitata għall-fatti speċifiċi ta’ dawk il-kawżi u b’hekk għall-ħlas antiċipat ta’ taxxa. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, fis-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara wkoll, is-sentenza Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, (punt 112).</P></NOTE> b’mod iktar ġenerali fir-rigward tal-ħlas ta’ taxxi diskriminatorji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>F’dan il-każ, ma kienx involut ħlas antiċipat ta’ taxxa imma inkompatibbiltà tat-taxxa mat-Trattat.</P></NOTE>, li peress li Stat Membru ġabar taxxi bi ksur tar-regoli tad-dritt Komunitarju, l-individwi kellhom dritt għal rimbors mhux biss tat-taxxa indebitament miġbura imma anki tal-ammonti mħallsa lil dak l-Istat jew li nżammu minnu b’rabta diretta ma’ dik it-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fis-sentenza reċenti tagħha Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja, abbażi tal-ġurisprudenza tagħha Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq kif ukoll fuq il-ġurisprudenza tagħha Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, iddeċidiet li l-Istati Membri kienu obbligati jħallsu lura, bl-interessi, l-ammonti ta’ taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenza Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq (punti 25 u 26).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li, jekk huwa l-ordinament ġuridiku nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandu jipprovdi għall-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jitħallsu tali interessi, fejn semmiet ir-rata u l-metodu kif jiġu kkalkulati dawn l-interessi, ir-regoli nazzjonali ma jistgħux iċaħħdu lill-persuna taxxabbli minn kumpens xieraq minħabba t-telf ikkawżat mill-ħlas indebitu tat-taxxa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Għandu jiġi nnotat li mill-punt 8 tas-sentenza Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, jirriżulta li d-data li minnha kellhom jiġu kkalkulati l-interessi, skont id-dritt Ingliż applikabbli f’dan il-każ, kienet id-data meta l-awtoritajiet fiskali Brittaniċi bbenefikaw mill-ħlas żejjed tal-VAT u li d-data li fiha dak il-kalkolu kellu jintemm kienet id-data meta l-imsemmija awtoritajiet kienu awtorizzaw ir-rimbors tal-ammont li fuqu kienu dovuti l-interessi. Nikkunsidra li l-fatt li fil-punt 27 tal-imsemmija sentenza, ma tissemmiex id-data li minnha għandhom jibdew jiġu kkalkulati l-interessi fost il-kundizzjonijiet li għandu jipprovdi għalihom l-ordinament ġuridiku nazzjonali ta’ kull Stat Membru huwa ħjiel partikolarment sinjifikattiv. Fil-fehma tiegħi, din hija approvazzjoni taċita min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-perijodu li għalih kienu dovuti l-interessi skont id-dritt Ingliż u l-istabbiliment tad-dritt suġġettiv fuq livell ta’ interessi li jirrappreżenta kumpens xieraq għat-telf ikkawżat mill-ħlas indebitu tat-taxxa.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Id-dritt għal interessi li jirrappreżentaw kumpens xieraq minħabba t-telf ikkawżat mill-ħlas indebitu tat-taxxa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni qiegħed, fil-fehma tiegħi, sussegwentement għas-sentenza Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, fuq l-istess livell<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Fil-punt 30 tal-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża li tat lok għas-sentenza Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, l-Avukat Ġenerali Trstenjak afferma li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>il-persuna taxxabbli tgawdi [...] minn dritt għall-irkupru tat-taxxi kif minn dritt għall-ħlas tal-interessi. Dawn id-drittijiet tal-persuna taxxabbli huma bbażati fuq id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE li jipprojbixxu t-taxxi imposti inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></NOTE> tad-dritt għar-rimbors ta’ din it-taxxa u, konsegwentement, jikkostitwixxi dritt suġġettiv li jirriżulta mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-punt 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, ma għamlet l-ebda riferiment għan-natura aċċessorja tal-kwistjoni tal-interessi.</P></NOTE>. Dan id-dritt suġġettiv jimplika bilfors, fil-fehma tiegħi, il-ħlas tal-interessi mid-data meta tħallset dik it-taxxa. Jidher ċar li huwa minn dik id-data, u mhux minn kwalunkwe data oħra sussegwenti, li l-persuna taxxabbli jġarrab telf ikkostitwit min-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-somom ta’ flus inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Mill-bqija, huwa magħruf li l-persuni taxxabbli li ma jħallsux it-taxxi huma fil-prinċipju, u ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, obbligati jħallsu lit-Teżor tal-Istati Membri t-taxxi mhux imħallsa, l-interessi fuq dawn it-taxxi mid-data ta’ skadenza tagħhom kif ukoll penalitajiet moratorji u/jew multi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Il-penalitajiet moratorji u l-multi fil-qasam fiskali huma għodod ta’ koerċizjoni użati mill-Istati Membri fl-interess pubbliku sabiex jiżguraw irwieħhom mill-ħlas (f’waqtu) tat-taxxi dovuti mill-persuni taxxabbli.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>B’mod għalkollox sussidjarju, fil-każ li t-talba ta’ M. Irimie fil-kawża prinċipali tammonta għal kawża għall-kumpens għal dannu kkawżat mill-ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-Istat Membru, il-kwistjoni tkun jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, il-ksur tal-Artikolu 110 TFUE minn Stat Membru jagħtix lok biex il-persuni taxxabbli jkollhom dritt għall-ħlas ta’ danni daqs, mhux biss, it-taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni imma wkoll tal-interessi legali li ddekorrew fuq dik it-taxxa mid-data meta tħallset.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-prinċipju tar-responsabbiltà tal-Istat għad-danni kkawżati lil individwi permezz ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lill-istess Stat huwa inerenti fis-sistema tat-Trattat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="19911119">19 ta’ Novembru 1991</DATE>, Francovich <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-6/90+C-9/90" PAGE.ECR="I-5357" YEAR="1991">C-6/90 u C-9/90, Ġabra p. I-5357</REF.DOC.ECR>, punt 35) kif ukoll tat-<DATE ISO="19961008">8 ta’ Ottubru 1996</DATE>, Dillenkofer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-178/94+C-179/94+C-188/94+C-190/94" PAGE.ECR="I-4845" YEAR="1996">C-178/94, C-179/94 u C-188/94 u C-190/94, Ġabra p. I-4845</REF.DOC.ECR>, punt 20).</P></NOTE>. Mis-sentenza tal-<DATE ISO="19960305">5 ta’ Marzu 1996</DATE>, Brasserie du pêcheur u Factortame<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>(<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-46/93+C-48/93" PAGE.ECR="I-1029" YEAR="1996">C-46/93 u C-48/93, Ġabra p. I-1029</REF.DOC.ECR>, punt 82).</P></NOTE>, jirriżulta li l-kumpens għad-danni kkawżati lil individwi pemezz ta’ ksur tad-dritt Komunitarju għandu jkun adegwat għad-dannu mġarrab, u kapaċi li jiżgura protezzjoni effettiva tad-drittijiet tagħhom. B’mod iktar speċifiku, fir-rigward tad-dannu subit, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, ddeċidiet li kumpens sħiħ għad-dannu mġarrab ma setax ma jikkunsidrax ċerti elementi, fosthom iż-żmien li jkun għadda, li jistgħu jnaqqsu l-valur tal-kumpens u li l-għoti ta’ interessi huwa komponent indispensabbli tal-kumpens<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara l-punt 94.</P></NOTE>. Barra minn hekk, fis-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="20060713">13 ta’ Lulju 2006</DATE>, Manfredi <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>(<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-295/04+C-296/04+C-297/04+C-298/04" PAGE.ECR="I-6619" YEAR="2006">C-295/04 sa C-298/04, Ġabra p. I-6619</REF.DOC.ECR>, punt 100).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li mill-prinċipju ta’ effettività u mid-dritt tal-individwu li jitlob kumpens għad-dannu kkawżat minn kuntratt jew minn aġir li jista’ joħloq restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni jirriżulta li l-persuni li jkunu ġarrbu dannu għandhom ikunu jistgħu jitolbu kumpens mhux biss għad-dannu reali (<HT TYPE="ITALIC">damnum emergens</HT>) iżda wkoll għat-telf ta’ qligħ (<HT TYPE="ITALIC">lucrum cessans</HT>), kif ukoll il-ħlas tal-interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawk esposti fil-kawża prinċipali, l-għoti tal-interessi mid-data tal-ħlas tat-taxxa inkwistjoni naħseb li huwa indispensabbli għal kumpens xieraq għad-dannu kkawżat mill-ksur tal-Artikolu 110 TFUE, għaliex huwa minn dik id-data li l-persuna taxxabbli ġarrbet telf ikkostitwit min-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-somom ta’ flus inkwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-analiżi fil-punti 22 sa 33 ta’ dawn il-konklużjonijiet, nikkunsidra li ma hemmx għalfejn tiġi eżaminata l-kompatibbiltà tal-limitazzjoni fid-dritt Rumen tal-ammont tad-dannu li tista’ tikseb M. Irimie mal-prinċipji ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, mad-dritt għall-proprjetà stabbilit mill-Artikolu 6 TUE jew mal-Artikolu 17 tal-Karta.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tagħti r-risposta li ġejja lid-domanda preliminari magħmula mit-Tribunalul Sibiu:</TXT><P>Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li f’każ ta’ ġbir minn Stat Membru ta’ taxxa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ mal-Artikolu 110 TFUE, dak l-Istat huwa obbligat iħallas lura l-ammont ta’ dik it-taxxa u jħallas l-interessi fuq l-ammont tat-taxxa mid-data meta din tħallset mill-persuna taxxabbli.</P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>