|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2396 |
25.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2396
tal-24 ta’ Novembru 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/1890 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1890 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-11 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2019/1890. |
|
(2) |
Fl-24 ta’ Novembru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2395 (2), li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894 (3) li testendi l-miżuri restrittivi fiha sat-30 ta’ Novembru 2026, b’lista vojta. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1890 jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1890 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LØKKE RASMUSSEN
(1) ĠU L 291, 12.11.2019, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1890/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2395 tal-24 ta’ Novembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (ĠU L, 2025/2395, 25.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2395/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (ĠU L 291, 12.11.2019, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1894/oj).
ANNESS
“ANNESS I
LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2”.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2396/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)