13.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/69


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9755 — MAIF 2/PSP/AirTrunk)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 83/12)

1.   

Fil-5 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Macquarie Asia Infrastructure Investments 2 Pte Ltd (“MAIF2”, Singapor) ikkontrollata mill-Macquarie Group Limited (“Macquarie Group”, l-Awstralja),

—

Public Sector Pension Investment Board (“PSP”, il-Kanada)

—

AirTrunk Cayman Holding Trust (“AirTrunk”, il-Gżejjer Cayman)

MAIF2 u PSP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ AirTrunk kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

MAIF2: investimenti fl-infrastruttura u f’negozji marbuta mal-infrastruttura fl-Asja. Hija tappartjeni għall-Macquarie Group, fornitur dinji ta’ servizzi bankarji, finanzjarji, ta’ investiment u ta’ ġestjoni ta’ fondi,

—

PSP: ġestjoni ta’ investimenti fil-pensjonijiet ta’ diversi pjanijiet tal-pensjoni Kanadiżi bl-amministrazzjoni ta’ portafoll dinji diversifikat li jinkludi stocks, bonds u titoli oġra bi dħul fiss u investimenti fl-ekwità privata, fil-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, ir-riżorsi naturali u l-investimenti fil-kreditu,

—

AirTrunk: speċjalista fiċ-ċentri tad-data li toħloq pjattaforma għall-cloud, għall-kontenut u intrapriżi kbar klijenti fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku. Bħalissa hija tħaddem żewġ campuses ta’ ċentri tad-data fl-Awstralja, f’Sydney u f’Melbourne u qed tiżviluppa żewġ campuses ta’ ċentri tad-data oħra f’Singapor u Ħong Kong.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9755 — MAIF 2/PSP/AirTrunk

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.