<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0700725501.case.xml"><NO.CASE>C-215/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0215</NO.CELEX><NO.SEQ>0032.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-7257</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-7275</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20110728">28.7.11</DATE> — KAWŻA C-215/10</LEFT><RIGHT>PACIFIC WORLD U FDD INTERNATIONAL</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-215/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20100504">4 ta’ Mejju 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Pacific World Limited,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">FDD International Limited</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn D. Šváby, President ta’ Awla, E. Juhász u G. Arestis (Relatur), Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-7258"?><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20110407">7 ta’ April 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Pacific World Limited u FDD International Limited, minn V. Sloane, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn L. Seeboruth, bħala aġent, assistit minn M. Angiolini, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Bouyon u R. Lyal, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda, minn naħa waħda, il-validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1417/2007, tat-<DATE ISO="20071128">28 ta’ Novembru 2007</DATE>, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2007">ĠU L 316, p. 4</REF.DOC.OJ>), u, min-naħa l-oħra, l-interpretazzjoni tas-subintestaturi tariffarji <FT TYPE="TARIC">39269097</FT>, <FT TYPE="TARIC">33043000</FT><?PAGE NO="I-7259"?> u <FT TYPE="TARIC">82142000</FT> tan-Nomenklatura Magħquda li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-<DATE ISO="20061017">17 ta’ Ottubru 2006</DATE>, (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="301" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 301, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Pacific World Limited (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Pacific World<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u FDD International Limited (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>FDD<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) kontra l-Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Commissioners<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ settijiet tad-dwiefer foloz.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ġeneralitajiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>In-NM hija bbażata fuq is-sistema armonizzata dinjija għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni ta’ merkanzija (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>SA<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), imfassla mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, imwaqqfa mill-Konvenzjoni Internazzjonali konkluża fi Brussell fl-<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE> u approvata, f’isem il-Komunità, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas-<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE>, dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 28, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Konvenzjoni dwar is-SA<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7260"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-ewwel parti tan-NM tinkludi ġabra ta’ dispożizzjonijiet preliminari. F’din il-parti, taħt it-Titolu I li jirrigwarda r-regoli ġenerali, it-Taqsima A, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>regoli ġenerali tan-NM<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għanda tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-titoli tat-taqsimiet, kapitoli u subkapitoli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ l-intestaturi u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitolu relattiv u, sakemm dawn l-intestaturi jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>[...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Kwalunkwe referenza f’titlu għal materjal jew sustanza għandha titqies li tinkludi referenza għal taħlit jew kombinazzjonijiet ta’ dak il-materjal jew is-sustanza b’materjali jew sustanzi oħra. Kwalunkwe referenza għal oġġetti ta’ ċertu materjal jew sustanza għandha titqies li tinkludi referenza għal oġġetti li jikkonsistu totalment jew parzjalment minn materjal jew sustanza bħal din. Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti magħmulin minn iżjed minn materjal jew sustanza waħda għandha ssir skont il-prinċipji ta’ regola 3.</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-7261"?><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Meta permezz ta’ l-applikazzjoni tar-regola 2(b) jew kwalunkwe raġuni oħra, l-oġġetti jkunu klassifikati <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> taħt intestatura waħda jew iżjed, il-klassifikazzjoni għandha ssir kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-intestatura li tagħti l-iżjed deskrizzjoni speċifika għandha tkun preferuta għal intestaturi li jagħtu deskrizzjoni iżjed ġenerali. Madanakollu, meta jkun hemm żewġ intestaturi jew iżjed li kull waħda minnhom tirreferi għal parti waħda mill-materjali jew mis-sustanzi li qegħdin f’oġġetti mħalltin jew komposti jew għal parti biss mill-oġġetti f’sett imtella’ għal bejgħ bl-imnut, dawk l-intestaturi għandhom jitqiesu ugwalment speċifiċi fir-rigward ta’ dawk l-oġġetti, ukoll jekk waħda minnhom tagħti deskrizzjoni iżjed kompluta jew preċiża ta’ l-oġġetti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>taħlitiet, oġġetti komposti li jikkonsistu minn materjali differenti jew magħmulin minn komponenti differenti, u oġġetti mtellgħin għal bejgħ bl-imnut, li ma jistgħux ikunu klassifikati b’referenza għal 3(a), għandhom ikunu klassifikati daqs li kieku kienu magħmulin mill-materjal jew mill-komponent li jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom, sakemm dan il-kriterju jkun applikabbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>meta oġġetti ma jistgħux ikunu klassifikati b’referenza għal 3(a) jew (b), huma għandhom ikunu klassifikati taħt l-intestatura li tiġi l-aħħar f’ordni numerika fost dawk li ugwalment għandha tingħatalhom konsiderazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Għall-finijiet legali, il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fis-subintestaturi ta’ intestatura għandha tiġi deċiża skond it-termini ta’ dawk is-subintestaturi u kwalunkwe noti ta’ subintestaturi relatati u, mutatis mutandis skond ir-regoli ta’ hawn fuq, skond il-kundizzjoni li subintestaturi fl-istess livell biss huma komparabbli. Għall-finijiet ta’ din ir-regola, in-noti tat-taqsimiet u tal-kapitoli relattivi japplikaw ukoll, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7262"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>It-tieni parti tan-NM tinkludi klassifikazzjoni ta’ oġġetti f’taqsimiet, kapitoli, intestaturi u subintestaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>It-Taqsima VI, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Prodotti tal-industrija kimika jew dawk relatati magħha<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fiha l-Kapitolu 33, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Żjut essenzjali u reżinojdi; preparazzjonijiet ta’ fwejjaħ, kosmetiċi jew tat-twaletta<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Il-Kapitolu 33 fih l-intestatura 3304 li tipprovdi hekk: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Preparazzjonijiet tas-sbuħija jew tal-mejkapp u preparazzjonijiet għall-kura tal-ġilda (ħlief medikamenti), inklużi preparazzjonijiet għall-ilqugħ jew għas-smurija mix-xemx; preparazzjonijiet għat-trattament ta’ l-idejn [għall-manikjur] u għat-trattament tas-saqajn [għall-pedikjur]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>It-Taqsima VI fiha wkoll il-Kapitolu 35, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Sustanzi albuminojdali, lamti modifikati, kolol, enzimi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Il-Kapitolu 35 fih b’mod partikolari s-subintestatura <FT TYPE="TARIC">35061000</FT> intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Prodotti tajbin għal użu bħal kolol jew sustanzi li jwaħħlu, ippreżentati għal bejgħ bl-imnut bħala kolol jew sustanzi li jwaħħlu, li ma jaqbżux il-piż ta’ 1 kg<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>It-Taqsima VII hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Plastik u oġġetti tiegħu; gomma u oġġetti tagħha<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Din it-taqsima fiha l-Kapitolu 39, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Plastik u oġġetti tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. L-aħħar intestatura tal-Kapitolu 39 hija l-intestatura 3926, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Oġġetti oħrajn tal-plastiks u oġġetti ta’ materjali oħrajn ta’ l-intestaturi 3901 sa 3914<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, li fiha s-subintestatura <FT TYPE="TARIC">392690</FT>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, li min-naħa tagħha, tinkludi s-subintestatura <FT TYPE="TARIC">39269097</FT>, hija wkoll intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>It-Taqsima XV, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Metalli ta’ valur baxx u oġġetti ta’ metalli ta’ valur baxx<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fiha l-Kapitolu 82 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Għodod, tagħmir, pożati, mgħaref u frieket, ta’ mettall ta’ valur baxx; bċejjeċ tagħhom ta’ metall ta’ valur baxx<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Il-Kapitolu 82 fih l-intestatura 8214,<?PAGE NO="I-7263"?> intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Oġġetti oħrajn ta’ pożati (per eżempju, qattiegħa tax-xagħar, skieken b’xafra wiesgħa tal-biċċiera jew tal-kċina, mannari u skieken ta’ l-ikkapuljat, taljakarti); settijiet u strumenti ta’ manikjur jew pedikjur (inklużi limi tad-dwiefer)<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Din l-instestatura, min-naħa tagħha, tinkludi s-subintestatura <FT TYPE="TARIC">82142000</FT>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Settijiet u strumenti ta’ manikjur jew ta’ pedikjur (inklużi limi tad-dwiefer)<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1417/2007</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-anness tar-Regolament Nru 1417/2007 fih il-klassifikazzjoni ta’ tliet tipi ta’ oġġetti.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-ewwel tip ta’ oġġett imsemmi f’dan ir-regolament huwa sett għad-dekorazzjoni tad-dwiefer, ippreparat għal bejgħ bl-imnut, li fih dwiefer foloz tal-plastik iffurmat u f’diversi qisien, stoċċ żgħir tal-kolla, lima għad-dwiefer, lapes tal-manikjur u stikers għad-dekorazzjoni tad-dwiefer. Dan l-oġġett huwa kklassifikat taħt il-Kodiċi NM <FT TYPE="CN">392697</FT>, skont il-punti 1, 3(b) u 6 tar-regoli ġenerali tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-anness ta’ dan ir-regolament huwa wkoll speċifikat li s-sett inkwistjoni, magħmul minn diversi oġġetti, għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura <FT TYPE="TARIC">39269097</FT> skont l-oġġett li jagħtih il-karattru essenzjali tiegħu, jiġifieri d-dwiefer foloz tal-plastik. Dan l-anness jirreferi għan-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 33.04 ta’ din tal-aħħar, punt B, u jistipula li tali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>sett ma jikkonsistix fi prodotti ta’ manikjur skond is-subintestatura <FT TYPE="TARIC">33043000</FT> għax dan fih iż-żieda ta’ dwiefer foloz li jeħlu fuq id-dwiefer naturali u ma jinkludix preparazzjonijiet tal-manikjur li sempliċement huma intiżi biex jikkuraw u jsebbħu l-idejn u d-dwiefer naturali [...]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7264"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>It-tieni klassifikazzjoni magħmula minn dan ir-regolament tirrigwarda dwiefer foloz ta’ plastik iffurmat tal-istess qis, ippakkjati fi kwantitajiet, u ddisinjati biex jitwaħħlu mad-difer naturali billi tintuża soluzzjoni akrilika li twaħħal. Skont dan l-anness, dawn id-dwiefer foloz għandhom jiġu kklassifikati bħala oġġetti oħrajn tal-plastik fis-subintestatura <FT TYPE="TARIC">39269097</FT>, skont il-materjal kostitwenti tagħhom u skont il-punti 1 u 6 tar-regoli ġenerali tan-NM. Huwa speċifikat ukoll li l-imsemmija dwiefer foloz ma humiex ikkunsidrati bħala prodotti ta’ manikjur tas-subintestatura <FT TYPE="TARIC">33043000</FT> għall-istess raġunijiet bħal dawk spjegati fir-rigward tal-ewwel tip ta’ oġġetti.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>It-tielet tip ta’ prodotti msemmi f’dan l-anness jikkonsisti f’soluzzjoni li tgħaqqad intenzjonata biex twaħħal dwiefer foloz tal-plastik iffurmat mad-difer naturali u ppakkjata fi stoċċijiet żgħar, ta’ piż nett ta’ mhux aktar minn 1 kg, b’żennuna sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni. L-istess anness isemmi li dan il-prodott huwa kklassifikat taħt il-Kodiċi NM <FT TYPE="CN">35061000</FT>, skont il-punti 1 u 6 tar-regoli ġenerali tan-NM, u jispeċifika li ma huwiex ikkunsidrat li jikkostitwixxi preparazzjoni għal manikjur jew għal pedikjur tal-intestatura 3304.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-Noti ta’ Spjega tas-SA</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana tapprova, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar is-SA, in-noti ta’ spjega u l-opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni adottati mill-Kumitat tas-SA. Skont l-Artikolu 7(1) tal-Konvenzjoni dwar is-SA, ix-xogħol ta’ dan il-kumitat huwa, b’mod partikolari, li jipproponi emendi għall-imsemmija konvenzjoni u jirrediġi noti ta’ spjega, opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni kif ukoll opinjonijiet oħra għall-interpretazzjoni tas-SA.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7265"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega VIII dwar il-punt 3(b) tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tas-SA, tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Il-fattur li jiddetermina n-natura essenzjali jvarja skont it-tip ta’ prodott. Dan jista’ jiġi ddeterminat, pereżempju, min-natura tal-materjal li jkun magħmul minnu jew mill-komponenti tiegħu, mill-volum, mill-kwalità, jew mill-piż tiegħu jew mill-importanza li għandu wieħed mill-materjali li jkun magħmul minnu għall-użu tal-prodott<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. [traduzzjoni mhux ufficiali]</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 33.04 tagħha, taħt il-punt B, tindika dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>B. —</NO.P><TXT>Preparazzjonijiet għall-manikjur u għall-pedikjur</TXT></NP></TI></TITLE><P>Dan il-grupp jinkludi t-terra u żebgħa ta’ dwiefer, is-sustanzi biex titneħħa ż-żebgħa ta’ dwiefer, il-preparazzjonijiet biex titneħħa l-ġilda madwar id-dwiefer u l-preparazzjonijiet l-oħra għall-manikjur u għall-pedikjur.</P><P>Huma esklużi minn din l-intestatura:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-preparazzjonijiet mediċinali intiżi sabiex jittrattaw ċertu mard tal-ġilda, bħal pereżempju pomata għat-trattatament tal-ekżema (nri 30.03 jew 30.04).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Id-deodoranti għas-saqajn kif ukoll il-preparazzjonijiet intiżi għat-trattament tad-dwiefer tal-annimali (nru 33.07).<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7266"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-kliem tal-punt 2 tan-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 82.14 tagħha huwa s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>L-istrumenti u s-settijiet ta’ strumenti ta’ manikjur u ta’ pedikjur (inkluż il-limi tad-dwiefer). Fost dawn l-istrumenti, jistgħu jissemmew il-limi tad-dwiefer (dritti jew li jistgħu jintwew), żgorbji għad-dwiefer, xkupilja tad-dwiefer, imqass tal-kallijiet, żgorbji biex jitneħħew il-kallijiet, spatuli ppuntati biex tinqata’ u titneħħa l-ġilda fuq id-dwiefer, pinzetta tad-dwiefer u mqass tad-dwiefer.</P><P>Is-settijiet ta’ strumenti tal-manikjur u tal-pedikjur huma ppreżentati f’kaxxi, f’kaxxetta, f’boroż tal-kosmetiċi, eċċ, u jistgħu jinkludu mqassijiet jew oġġetti oħra bħal fajls tad-dwiefer u pinzetti li, meħuda waħidhom, isegwu l-klassifikazzjoni tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Pacific World u FDD huma stabbiliti fir-Renju Unit u jimpurtaw fl-Unjoni Ewropea settijiet (imsejħa wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>kits<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>) ta’ dwiefer foloz. Dawn ġeneralment ikun fihom sett ta’ dwiefer foloz tal-plastik, ta’ qisien differenti, intiżi sabiex jitwaħħlu mad-dwiefer naturali tal-id jew tas-sieq, kolla prodotta b’mod speċjali sabiex twaħħal id-dwiefer foloz fuq id-dwiefer naturali, u aċċessorji oħra bħal lapes tal-manikjur u strument ta’ applikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>FDD u Pacific World, matul is-snin 2005 u 2006 rispettivament, kisbu informazzjoni tariffarja li torbot, maħruġa mill-Commissioners, li kienet tikklassifika d-dwiefer foloz u l-prodotti għad-dwiefer foloz taħt is-subintestatura <FT TYPE="TARIC">33043000</FT> tan-NM, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>preparazzjonijiet għat-trattament ta’ l-idejn [għall-manikjur] u għat-trattament tas-saqajn [għall-pedikjur]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7267"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Din l-informazzjoni tariffarja kienet ibbażata fuq deċiżjoni mogħtija matul is-sena 2005 mill-VAT and Duties Tribunal, li sar il-First-tier Tribunal (Tax Chamber), li kkunsidra li dwiefer foloz u kolla għal dawn tal-aħħar kienu jaqgħu taħt is-subintestatura <FT TYPE="TARIC">33043000</FT> tan-NM u mhux taħt is-subintestatura <FT TYPE="TARIC">39269090</FT> tan-NM bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>oġġetti oħrajn tal-plastik<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, fl-<DATE ISO="20071204">4 ta’ Diċembru 2007</DATE>, fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, ġie ppubblikat ir-Regolament Nru 1417/2007 li jikklassifika d-dwiefer foloz u s-settijiet ta’ dwiefer foloz taħt is-subintestatura <FT TYPE="TARIC">39269097</FT> tan-NM bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>oġġetti oħrajn tal-plastik<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u jikklassifika l-kolla għad-dwiefer foloz, peress li tinbiegħ separatament, taħt is-subintestatura <FT TYPE="TARIC">35061000</FT>, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>prodotti tajbin għal użu bħala kolol jew sostanzi li jwaħħlu, ippreżentati għal bejgħ bl-imnut bħala kolol jew sostanzi li jwaħħlu, li ma jaqbżux il-piż ta’ 1 kg<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan ir-regolament, il-Commissioners innotifikaw lil Pacific World u lil FDD bid-deċiżjonijiet ġodda li l-informazzjoni tariffarja li torbot imsemmija hawn fuq ma kinitx għadha valida.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Iż-żewġ kumpanniji kkonċernati attakkaw dawn id-deċiżjonijiet il-ġodda quddiem il-VAT and Duties Tribunal, minħabba li l-klassifikazzjoni korretta tal-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienet dik li tirriżulta mill-informazzjoni tariffarja li torbot mogħtija preċedentement mill-Commissioners u li, konsegwentement, ir-Regolament Nru 1417/2007 kien invalidu inkwantu jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ tali oġġetti.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-First-tier Tribunal (Tax Chamber) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>1)</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni [Nru 1417/2007] huwa validu sa fejn jikklassifika taħt il-kodiċi NM <FT TYPE="CN">39269097</FT> [preċedentement <FT TYPE="CN">39269090</FT>] id-dwiefer foloz u għaldaqstant, is-settijiet tad-dwiefer foloz deskritti fl-[Anness] tal-imsemmi regolament?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-7268"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, in-[NM] għandha tiġi interpretata fis-sens li teħtieġ li, is-settijiet tad-dwiefer foloz inkwistjoni jiġu kklassifikati, bħala [<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>preparazzjonijiet għall-manikjur jew il-pedikjur<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="2019" ID="QE0034"/>] taħt is-subintestatura tariffarja <FT TYPE="TARIC">33043000</FT>, jew, bħala [<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>settijiet u strumenti tal-manikjur u tal-pedikjur (inklużi l-limi tad-dwiefer)<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="2019" ID="QE0035"/>], taħt is-subintestatura tariffarja <FT TYPE="TARIC">82142000</FT>?<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-validità tar-Regolament Nru 1417/2007 inkwantu jikklassifika dwiefer foloz tal-plastik iffurmat, u għalhekk, settijiet ta’ tali dwiefer foloz taħt is-subintestatura <FT TYPE="TARIC">39269097</FT> tan-NM, bħala oġġetti oħrajn tal-plastik, kif ukoll dwar l-eventwali klassifikazzjoni ta’ dawn is-settijiet fis-subintestaturi <FT TYPE="TARIC">33043000</FT> jew <FT TYPE="TARIC">82142000</FT>, li jirrigwardaw rispettivament il-preparazzjonijiet għall-manikjur jew għall-pedikjur u settijiet u strumenti ta’ manikjur jew ta’ pedikjur.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Mit-talba għad-deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-kawża prinċipali tirrigwarda biss il-klassifikazzjoni tas-settijiet ta’ dwiefer foloz mibjugħa bl-imnut u importati mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-isħarriġ, il-kriterju deċisiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-prodotti għandu jiġi identifikat, b’mod ġenerali, mill-karatteristiċi u mill-proprjetajiet oġġettivi tal-prodotti, kif iddefiniti mill-kliem tal-intestatura tan-NM u min-noti tat-taqsima jew tal-kapitolu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Olicom, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-142/06" PAGE.ECR="I-6675" YEAR="2007">C-142/06, Ġabra p. I-6675</REF.DOC.ECR>, punt 16, kif ukoll tal-<DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Kip Europe <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-362/07+C-363/07" PAGE.ECR="I-9489" YEAR="2008">C-362/07 u C-363/07, Ġabra p. I-9489</REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7269"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li n-noti ta’ spjega tas-SA jikkostitwixxu mezzi importanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tat-tariffa doganali komuni u jagħtu, bħala tali, elementi validi għall-interpretazzjoni tagħha (ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="19940519">19 ta’ Mejju 1994</DATE>, Siemens Nixdorf, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-11/93" PAGE.ECR="I-1945" YEAR="1994">C-11/93, Ġabra p. I-1945</REF.DOC.ECR>, punt 12; tat-<DATE ISO="19971218">18 ta’ Diċembru 1997</DATE>, Techex, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-382/95" PAGE.ECR="I-7363" YEAR="1997">C-382/95, Ġabra p. I-7363</REF.DOC.ECR>, punt 12; tas-<DATE ISO="20060427">27 ta’ April 2006</DATE>, Kawasaki Motors Europe, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-15/05" PAGE.ECR="I-3657" YEAR="2006">C-15/05, Ġabra p. I-3657</REF.DOC.ECR>, punt 36, u tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, Roeckl Sporthandschuhe, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-123/09" PAGE.ECR="I-4065" YEAR="2010">C-123/09, Ġabra p. I-4065</REF.DOC.ECR>), punt 29).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-oġġett karatteristiku ta’ settijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’din il-kawża, għandu jiġi kkonstatat li s-settijiet ta’ dwiefer foloz bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, magħmula minn diversi oġġetti, b’mod partikolari minn dwiefer foloz ta’ diversi qisien, kolla, lapes tal-manikjur u strument ta’ applikazzjoni, ma humiex imsemmija speċifikatament la fl-intestaturi tan-NM u lanqas fin-noti ta’ taqsima jew ta’ kapitolu ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġu applikati r-regoli enerali tan-NM rilevanti kollha sabiex issir il-klassifikazzjoni tal-imsemmija settijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat illi tali settijiet ta’ dwiefer foloz tal-plastik iffurmat jaqgħu taħt il-punt 3 ta’ dawn ir-regoli, peress li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>jidhru li għandhom jiġu kklassifikati taħt żewġ jew iktar intestaturi<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Fil-fatt, huma jistgħu jikkorrispondu kemm mal-kliem tal-intestatura 3304, li ssemmi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>preparazzjonijiet tas-sbuħija jew tal-mejkapp u preparazzjonijiet għall-kura tal-ġilda (ħlief medikamenti), inklużi preparazzjonijiet għat-trattament ta’ l-idejn [għall-manikjur] u għat-trattament tas-saqajn [għall-pedikjur]<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> kif ukoll ma’ dawk tal-intestatura 3926, dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>oġġetti oħrajn tal-plastik [...]<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Il-punt 3(b) tar-regoli ġenerali tan-NM japplika jekk il-klassifikazzjoni<?PAGE NO="I-7270"?> tal-oġġetti ma tistax issir b’riferiment għall-punt 3(a) tan-NM. Dan huwa l-każ f’din il-kawża, peress li l-ebda intestatura, la ġenerali u lanqas partikolari, tan-NM ma ssemmi sett ta’ dwiefer foloz bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-punt 3(b) tar-regoli ġenerali tan-NM jistipula li l-oġġetti ppreżentati f’settijiet ippreparati għal bejgħ bl-imnut, li ma jistgħux ikunu kklassifikati bl-applikazzjoni tal-punt 3(a) tal-imsemmija regoli ġenerali, huma kklassifikati skont il-komponent li jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom, sakemm dan il-kriterju jkun applikabbli (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Kip Europe <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 49, u Roeckl Sporthandschuhe, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, in-nota ta’ spjega tas-SA dwar il-punt 3(b) tar-regoli ġenerali tan-NM tispjega li l-fattur li jiddetermina l-karattru essenzjali tal-oġġetti jista’, skont it-tip ta’ oġġetti, jirriżulta pereżempju min-natura tal-materjal li jkunu magħmula minnu jew mill-komponenti tagħhom, mill-volum tagħhom, mill-kwantità tagħhom, mill-piż tagħhom jew mill-valur jew l-importanza ta’ wieħed mill-materjali li jkunu magħmula minnhom fid-dawl tal-użu tal-oġġetti. Għandu jiġi kkonstatat, bħal ma għamlu dawk li ppreżentaw is-sottomissjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li d-dwiefer foloz jiddominaw is-settijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali fil-volum u fil-kwantità u li l-prodotti l-oħra, jiġifieri l-kolla għad-dwiefer, il-lapes tal-manikjur u l-istrument ta’ applikazzjoni, huma prodotti aċċessorji li sempliċement jikkontribwixxu sabiex jintuża l-oġġett. Għaldaqstant, huma d-dwiefer foloz li jagħtu l-karattru essenzjali lill-imsemmija settijiet.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-klassifikazzjoni ta’ dwiefer foloz tal-plastik iffurmat</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-klassifikazzjoni fin-NM tad-dwiefer foloz bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-Regolament Nru 1417/2007 jirreferi għas-subintestatura <FT TYPE="TARIC">39269097</FT>, li tikkorrispondi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>oġġetti oħrajn tal-plastik<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Ir-rikorrenti<?PAGE NO="I-7271"?> fil-kawża prinċipali jikkritikaw din il-klassifikazzjoni u jsostnu, prinċiparjament, li l-oġġetti kkonċernati għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 3304 bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>preparazzjonijiet għall-manikjur u għall-pedikjur<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, peress li, minn naħa waħda, fid-dawl tal-proċess tal-fabbrikazzjoni tagħhom, huma jirriżultaw minn reazzjoni ta’ polimerizzazzjoni li matulha jitħalltu diversi komponenti u, min-naħa l-oħra, l-uniku funzjoni tagħhom hija li jsebbħu l-idejn u s-saqajn.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalhekk, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, il-klassifikazzjoni għandha ssir skont il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tal-prodott. F’dan is-sens, id-dwiefer foloz huma, oġġettivament, oġġett tal-plastik, maqtugħ sabiex jadatta ruħu fuq difer naturali u jibdel il-forma ta’ dan tal-aħħar. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni ta’ tali oġġetti taħt is-subintestatura <FT TYPE="TARIC">39269097</FT>, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>oġġetti oħrajn tal-plastik<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, jidher, bħala regola, iġġustifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-Regolament Nru 1417/2007, il-Kummissjoni, filwaqt li tirreferi għan-nota ta’ spjega tas-SA dwar il-punt B tal-intestatura 33.04 tiegħu, tispeċifika li d-dwiefer foloz ma humiex ikkunsidrati bħala preparazzjonijiet għall-manikjur tas-subintestatura <FT TYPE="TARIC">33043000</FT> għaliex huma intiżi sabiex jitwaħħlu mad-dwiefer naturali u ma jikkostitwixxux preparazzjonijiet għal manikjur intiżi biss għall-kura u għas-sbuħija tal-idejn u tad-dwiefer naturali. Il-Gvern tar-Renju Unit isostni din il-pożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-kliem tal-intestatura 3304 isemmi, min-naħa tiegħu, preperazzjonijiet għall-kura tal-ġilda, inklużi preparazzjonijiet għall-manikjur u għall-pedikjur. Il-punt B tan-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 33.04 tiegħu jindika, bħala eżempji ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>preparazzjonijiet għall-manikjur u għall-pedikjur<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>it-terra u żebgħa ta’ dwiefer, is-sustanzi biex titneħħa ż-żebgħa ta’ dwiefer, il-preparazzjonijiet biex titneħħa l-ġilda madwar id-dwiefer u l-preparazzjonijiet l-oħra għall-manikjur u għall-pedikjur<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7272"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>B’hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>preparazzjonijiet għall-manikjur u għall-pedikjur<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> imsemmija hawn fuq jikkonsistu f’sustanzi, li jistgħu jkunu f’diversi forom, bħal terra, likwidi jew pomati, u li huma użati għall-manikjur u għall-pedikjur, jiġifieri għal kuri ta’ sbuħija intiżi sabiex isebbħu l-idejn u s-saqajn, u b’mod partikolari d-dwiefer.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li jekk inhu veru li t-tariffa doganali komuni tinkludi, f’ċertu sens, riferimenti għal proċessi ta’ manifattura jew għad-destinazzjoni tal-oġġetti, ġeneralment huwa ppreferut illi jintużaw, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-kontrolli, kriterji ta’ klassifikazzjoni bbażati fuq il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tal-prodotti, li jistgħu jiġu vverifikati fil-mument tal-iżdoganar (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19761216">16 ta’ Diċembru 1976</DATE>, Industriemetall LUMA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="38/76" PAGE.ECR="2027" YEAR="1976">38/76, Ġabra p. 2027</REF.DOC.ECR>, punt 7, u tal-<DATE ISO="19890525">25 ta’ Mejju 1989</DATE>, Weber, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="40/88" PAGE.ECR="1395" YEAR="1989">40/88, Ġabra p. 1395</REF.DOC.ECR>, punt 14).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-proċessi ta’ manifattura ta’ prodott ma humiex determinanti ħlief meta intestatura tariffarja tipprovdi dan espliċitament (ara s-sentenza Weber, iċċitata iktar ’il fuq, punt 15).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’din il-kawża, fin-nuqqas ta’ intestatura tariffarja u ta’ noti ta’ taqsima jew ta’ kapitolu dwar dwiefer foloz, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprovdu li l-proċess ta’ manifattura jikkostitwixxi kriterju, tali kriterju ma għandux effett fuq il-klassifikazzjoni ta’ dawn tal-aħħar fin-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-argument ta’ Pacific World u ta’ FDD li difer falz huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>sempliċi soluzzjoni li tieħu post iż-żebgħa għad-dwiefer<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> ma għandux jintlaqa’. Fil-fatt, difer falz, bid-differenza ta’ żebgħa tad-dwiefer, huwa oġġett solidu tal-plastik, imwaħħal fuq id-difer naturali u li jippermetti li tinbidillu l-forma, b’mod partikolari billi jitwal id-difer naturali. Wara kollox, l-applikazzjoni ta’ dwiefer foloz bl-ebda mod ma tikkostitwixxi trattament tad-dwiefer, tal-idejn jew tas-saqajn.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7273"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, tali prodott ma huwiex preparazzjoni għall-manikjur jew għall-pedikjur tas-subintestatura <FT TYPE="TARIC">33043000</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-klassifikazzjoni taħt is-subintestatura <FT TYPE="TARIC">82142000</FT>, irrakkomandata minn Pacific World u minn FDD b’mod sussidjarju, għandu jiġi enfasizzat li difer falz, oġġett li jagħti l-karattru essenzjali lis-settijiet inkwistjoni, ma għandux jiġi kkunsidrat bħala strument fis-sens tal-intestatura 8214.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li l-Kapitolu 82, li fih din l-intestatura, jifforma parti mit-Taqsima XV li hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>Metalli ta’ valur baxx u oġġetti ta’ metalli ta’ valur baxx<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>. Madankollu, id-dwiefer foloz huma manifatturati mill-plastik.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>L-argument tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali li mill-verżjoni Ingliża tan-NM jirriżulta li l-kliem tas-subintestatura <FT TYPE="TARIC">82142000</FT> ma jsemmix espressament is-settijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>strumenti<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> għall-manikjur jew għall-pedikjur, ma għandux jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, minn naħa, il-kliem użat f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni legali tal-Unjoni ma jistax iservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jew jingħata, f’dan ir-rigward, prijorità fil-konfront tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Min-naħa l-oħra, il-verżjonijiet lingwistiċi differenti ta’ test tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati b’mod uniformi u, għalhekk, f’każ ta’ diverġenzi bejn dawn il-verżjonijiet, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata abbażi tal-istruttura ġenerali u tal-għan tal-leġiżlazzjoni li minnha tifforma parti (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, Kurt und Thomas Etling <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-230/09+C-231/09" PAGE.ECR="I-3097" YEAR="2011">C-230/09 u C-231/09, Ġabra p. I-3097</REF.DOC.ECR>, punt 60 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jsir riferiment għall-punt 2 tan-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 82.14 tagħha, li jsemmi preċiżament strumenti li jistgħu jiġi ppreżentati bħala settijiet għall-manikjur jew għall-pedikjur, bħal lima tad-dwiefer, imqass tad-dwiefer jew xkupilja tad-dwiefer.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7274"?><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-preċiżazzjonijiet, settijiet ta’ dwiefer foloz bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, kif ġie indikat fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, huma magħmula b’mod partikolari minn dwiefer foloz ta’ qisien differenti u kolla, ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala settijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>strumenti<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> għall-manikjur u għall-pedikjur fis-sens tas-subintestatura <FT TYPE="TARIC">82142000</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Għandu jiġi konkluż li difer falz ma jistax jiġi kklassifikat la fis-subintestatura <FT TYPE="TARIC">33043000</FT> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>preparazzjonijiet għall-manikjur jew għall-pedikjur<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> u lanqas fis-subintestatura <FT TYPE="TARIC">82142000</FT> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>settijiet u strumenti ta’ manikjur jew pedikjur<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, iżda jaqa’, fid-dawl tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tiegħu, taħt is-subintestatura <FT TYPE="TARIC">39269097</FT> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>Oġġetti oħrajn tal-plastik<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Għaldaqstant, bl-applikazzjoni tal-punt 3(b) tar-regoli ġenerali tan-NM, settijiet ta’ dwiefer foloz bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura <FT TYPE="TARIC">39269097</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, ir-risposta għad-domani magħmula għandha tkun li r-Regolament Nru 1417/2007 huwa validu inkwantu jikklassfika d-dwiefer foloz u, għalhekk, is-settijiet ta’ dwiefer foloz deskritti fl-Anness taħt is-subintestatura <FT TYPE="TARIC">39269097</FT> tan-NM.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7275"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1417/2007, tat-<DATE ISO="20071128">28 ta’ Novembru 2007</DATE>, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda, huwa validu inkwantu jikklassifika d-dwiefer foloz u, għaldaqstant, is-settijiet ta’ dwiefer foloz deskritti fl-Anness, fis-subintestatura <FT TYPE="TARIC">39269097</FT> tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-<DATE ISO="20061017">17 ta’ Ottubru 2006</DATE>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>