01994L0004 — MT — 01.01.2007 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 94/4/KE tal-14 ta' Frar, 1994 (ĠU L 060 3.3.1994, p. 14) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 365 |
52 |
31.12.1994 |
||
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/94/KE ta' l-14 ta' Diċembru, 1998 |
L 358 |
105 |
31.12.1998 |
|
|
L 347 |
1 |
11.12.2006 |
||
|
NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1). |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 94/4/KE
tal-14 ta' Frar, 1994
li temenda d-Direttivi 69/169/KEE u 77/388/KEE u li żżid il-livell ta' allowances lil vjaġġaturi minn pajjiżi terżi u l-limiti fuq xiri ħieles mit-taxxi fil-każ ta' vjaġġi ġewwa l-Komunità
Artikolu 1
Direttiva 69/169/KEE hi b'dan emendata kif ġej:
1. fl-Artikolu 1(1), l-“45 ECU” għandha tiġi sostitwita b' “175 ECU”;
2. fl-Artikolu 1(2), “t-23 ECU” għandha tiġi sostitwita bi “90 ECU”;
3. l-Artikolu 7b għandu tiġi sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 7b
1. B'deroga mill-Artikolu 1(1), Spanja hija hawnhekk awtorizzata li tapplika, sal-31 ta' Diċembru, 2000, l-allowance ta' 600 ECU għall-importazzjonijiet ta' l-oġġetti n-kwistjoni minn vjaġġauturi ġejjin mill-Gżejjer Canary, Ceuta u Melilla li jidħlu fit-territorju ta' Spanja kif imfisser fl-Artikolu 3(2) u (3) tad-Direttiva 77/388/KEE.
2. B'deroga mill-Artikolu 1(2), Spanja għandu jkollha l-għażla li tnaqqas dik l-allowance għal 150 ECU għal vjaġġaturi li jkollhom inqas minn 15-il sena.”
▼M3 —————
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa' mhux aktar tard mill-1 ta' April, 1994. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożiżżjonijiet, dawn għandhom ikollhom fihom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tagħhom. Il-metodi kif issir tali riferenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. Permezz tad-deroga mill-paragrafu 1, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika ta' l-Awstrija għandhom jiġu awtorizzati li jġibu fis-seħħ il-miżuri neċessarji biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar, 2003 għall-oġġetti importati minn vjaġġaturi li jidħlu fit-territorju tal-Ġermanja jew ta' l-Awstrija mill-fruntiera fuq l-art li tgħaqqad il-Ġermanja jew l-Awstrija mal-pajjiżi barra mill-Istati Membri u membri ta' l-EFTA jew, fejn applikabbli, permezz tan-navigazzjoni mal-kosta mill-pajjiżi msemmija.'
Madankollu, dawk l-Istati Membri għandhom japplikaw konċessjoni ta' mhux inqas minn ECU 100 mill-1 ta' Jannar, 1999 għall-importazzjoni mill-vjaġġaturi msemmija fis-sub-paragrafu preċedenti. Huma għandhom flimkien iżidu dak l-ammont ftit ftit, bil-ħsieb li japplikaw il-limitu fis-seħħ fil-Komunità għall-importazzjonijiet imsemmija mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar, 2003.'
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.