Official Journal L 302 , 26/11/1996 P. 0022 - 0026
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 1996 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali sabiex jiġu approvati l-istabbilimenti lokati fis-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (96/658/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u l-marketing tal-laħam frisk [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/23/KE [2], u b’mod partikolari it-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 13 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta’ Frar 1971 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam frisk tat-tjur [3], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja ta’ l-1904, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 20 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti mil-laħam [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/68/KE [5], u b’mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 17, Billi teżisti tradizzjoni twila fil-Komunità ta’ swieq tal-bejgħ bl-ingrossa għal-laħam u l-prodotti mil-laħam; Billi l-istabbilimenti lokati fis-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa li għalihom japplikaw id-Direttivi 64/433/KEE, 17/118/KEE u 77/99/KEE, għandhom karatteristiċi tekniċi speċjali; dawn l-istabblimenti qegħdin jużaw ċerti kmamar flimkien, per eżempju il-kmamar għat-tqattigħ tal-laħam; Billi huwa meħtieġ li jitqiesu dawn iċ-ċirkostanzi sabiex jiġu ffissati l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ dawn l-istabbilimenti lokati fis-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa; Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L- Artikolu 1 Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ l-istabbilimenti skond id-Direttivi tal-Kunsill 64/433/KEE, 71/118/KEE u 77/99/KEE lokati fis-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa. L- Artikolu 2 Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-espressjoni "suq tal-bejgħ bl-ingrossa" ifisser: suq li jkun fih numru ta’ stabbilimenrti differenti li jistgħu jaqsmu faċilitajiet komuni bejniethom, inklużi ż-żoni li fihom il-laħam frisk jew il-laħam frisk tat-tjur jitqattgħu, jinħażnu, jiġu esibiti jew jitqiegħdu fis-suq jew jiġu prodotti, maħżuna, jiġu esibiti u mqiegħda fis-suq prodotti mil-laħam. Suq tal-bejgħ bl-ingrossa jista’ jkun miżjud ma’ stabbilimenti approvati oħra. L- Artikolu 3 1. Stabbiliment lokat f’suq tal-bejgħ bl-ingrossa ma jistax jiddaħħal fil-lista ta’ l-istabbilimenti approvati pprovduta fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 64/433/KEE għajr jekk iħares il-kondizzjonijiet ta’ l-Anness I. 2. Stabbiliment lokat f’suq tal-bejgħ bl-ingrossa ma jistax jiddaħħal fil-lista ta’ l-istabbilimenti approvati pprovduta fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 71/118/KEE għajr jekk iħares il-kondizzjonijiet ta’ l-Anness II. 3. Stabbiliment lokat f’suq tal-bejgħ bl-ingrossa ma jistax jiddaħħal fil-lista ta’ l-istabbilimenti approvati pprovduta fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 77/99/KEE għajr jekk iħares il-kondizzjonijiet ta’ l-Anness III. L- Artikolu 4 1. L-istabbilimenti jew l-għaqdiet ta’ stabbilimenti li joperaw f’suq tal-bejgħ bl-ingrossa jistgħu jirċievu numru ta’ l-approvazzjoni veterinarja. 2. In-numru ta’ l-approvazzjoni veterinarja msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi sospiż jew irtirat temporanjament mill-awtorità kompetenti nazzjonali jekk stabbiliment jew għaqda ta’ stabbilimenti ma jwettqux iktar il-kondizzjonijiet iddikjarati fir-regoli Komunitarji. Din is-sospensjoni jew dan l-irtirar mhux bilfors jaffettwaw l-approvazzjoni ta’ stabbilimenti oħra fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa. L- Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 1997. L- Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-13 ta’ Novembru 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 121, tal-1.7.1964, p. 2012/64. [2] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 7. [3] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23. [4] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85. [5] ĠU L 332, tal-5.12.1995, p. 10. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ l-istabbilimenti riferiti fid-Direttiva 64/43/KEE lokati fis-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa 1. L-istabbilimenti jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ l-istabbilmenti stabbiliti fil-Kapitolu I u l-Kapitolu III ta’ l-Anness I mad-Direttiva 64/433/KEE. Madankollu, iż-żoni, it-tagħmir u l-faċilitajiet riferiti fil-punti 1, 2(b), 4(ċ) u (e) u 5 sa 13 tal-Kapitolu I u l-punti 15(a) sa (d) tal-Kapitolu III jistgħu jintużaw konġuntement. Mal-kamra riferita fil-punt 9 tal-Kapitolu I għas-servizz veterinarju, jistgħu jiġu miżjuda kmamar oħra, meta meħtieġ; il-kamra jew il-kmamar jistgħu jkunu lokati f’parti oħra tas-suq tal-bejgħ bl-ingrossa. 2. Iż-żoni tal-friża tal-ħażna: Jekk teżisti żona tal-friża tal-ħażna b’żieda ma’ dawk imsemmija fil-punt 15(a) tal-Kapitolu III ta’ l-Anness I mad-Direttiva 64/433/KEE, iż-żoni jridu jwettqu l-kondizzjonijiet speċjali għall-approvazzjoni ta’ l-imħażen tal-friża stabbiliti fil-Kapitolu IV ta’ l-Anness I mad-Direttiva 64/433/KEE. 3. Il-magazzinaġġ: Il-karkassi, in-nofs-karkassi, ir-robbi u qatgħat oħra kif ukoll il-ġewwieni li jiġu esibiti għall-għażla jew għall-bejgħ għandhom jinżammu mkessħa hekk illi jiġi żgurat illi t-temperatura interna tinżamm kif stabbilit fil-punt 66 tal-Kapitolu XIV ta’ l-Anness I mad-Direttiva 64/433/KEE. Jekk meħtieġ, għandhom jiġu pprovduti kmamar tal-friża sabiex jiġu spezzjonati l-oġġetti jew kaxex kiesħa għall-wiri ta’ l-oġġetti. 4. Iridu jiġu rrispettati l-kondizzjonijiet ta’ l-iġjene stabbiliti fil-Kapitolu V u b’mod partikolari dawk tal-punt 19, il-Kapitolu VII, il-punt 38, il-Kapitoli IX, XII u XV ta’ l-Anness mad-Direttiva 64/433/KEE. Iridu jittieħdu l-miżuri prattikabbli kollha sabiex jiġi żgurat illi l-persuni li jkollhom aċċess għaż-żoni fejn il-laħam jiġi mqandel jew esibit jikkonformaw mal-ħtiġiet rigward l-iġjene fil-punti 18(a) u 24 fil-Kapitolu V ta’ l-Anness I mad-Direttiva 5/433/KEE. 5. Iridu jiġu rrispettati l-miżuri tas-sorveljanza kif ipprovduti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/433/KEE u l-Kapitoli XI u XI ta’ l-Anness ta’ magħha. Meta l-istabbilimenti jingħaqdu, l-operaturi jew is-sidien, jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom ikunu lijabbli konġuntement li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni u jwettqu l-ħtiġiet ta’ l-iġjene. Għal dan il-għan għandhom jinnominaw persuna li tkun responsabbli mis-sorveljanza regolari ta’ l-iġjene ġenerali rigward il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni fl-istabbilimenti magħquda skond l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 64/433/KEE. L-isem tal-persuna għandu jingħata lill-awtoritajiet kompetenti. Dan il-ftehim ma’ l-istabbilimenti magħquda għandu jkun parti essenzjali ta’ l-approvazzjoni. 6. Iridu jiġu rrispettati l-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 3(1)(A) (f) tad-Direttiva 64/433/KEE. -------------------------------------------------- L-ANNESS II Il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ l-istabbilimenti riferiti fid-Direttiva 71/118/KEE lokati fis-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa 1. L-istabbilimenti jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ l-istabbilmenti stabbiliti fil-Kapitolu I u l-Kapitolu III ta’ l-Anness I mad-Direttiva 71/118/KEE. Madankollu, iż-żoni, it-tagħmir u l-faċilitajiet riferiti fil-punti 1, 2(b), 4(ċ) u (e) u 5 sa 13 tal-Kapitolu I u l-punti 15(a) sa (d) tal-Kapitolu III jistgħu jintużaw konġuntement. Mal-kamra riferita fil-punt 9 tal-Kapitolu I għas-servizz veterinarju, jistgħu jiġu miżjuda kmamar oħra, meta meħtieġ; il-kamra jew il-kmamar jistgu jkunu lokati f’parti oħra tas-suq tal-bejgħ bl-ingrossa. 2. Iż-żoni ffriżati tal-ħażna: Jekk teżisti żona tal-friża tal-ħażna b’żieda ma’ dawk imsemmija fil-punt 15(a) tal-Kapitolu III ta’ l-Anness I mad-Direttiva 71/118/KEE, iż-żoni jridu jwettqu l-kondizzjonijiet speċjali għall-approvazzjoni ta’ l-imħażen tal-friża stabbiliti fil-Kapitolu IV ta’ l-Anness I mad-Direttiva 71/118/KEE. 3. Il-magazzinaġġ: Il-qatgħat tal-karkassi kif ukoll il-ġewwieni li jiġu esibiti għall-għażla jew għall-bejgħ għandhom jinżammu mkessħa hekk li jiġi żgurat illi t-temperatura interna tinżamm kif stabbilit fil-punt 69 tal-Kapitolu XIII ta’ l-Anness I mad-Direttiva 71/118/KEE. Jekk meħtieġ, għandhom jiġu pprovduti kmamar tal-friża sabiex jiġu spezzjonati l-oġġetti jew kaxex kiesħa għall-wiri ta’ l-oġġetti. 4. Iridu jiġu rrispettti l-kondizzjonijiet ta’ l-iġjene stabbiliti fil-Kapitolu V u b’mod partikolari dawk tal-punt 19, il-Kapitolu VII, il-punt 38, il-Kapitoli IX, XII u XV ta’ l-Anness mad-Direttiva 71/118/KEE. Iridu jittieħdu l-miżuri prattikabbli kollha sabiex jiġi żgurat illi l-persuni li jkollhom aċċess għaż-żoni fejn il-laħam jiġi mqandel jew esibit jikkonformaw mal-ħtiġiet rigward l-iġjene fil-punti 18 (a) u 24 fil-Kapitolu V ta’ l-Anness I mad-Direttiva 71/118/KEE. 5. Iridu jiġu rrispettati l-miżuri tas-sorveljanza pprovduti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 71/118/KEE u l-Kapitoli XI u XI ta’ l-Anness ta’ magħha. Meta l-istabbilimenti jingħaqdu, l-operaturi jew is-sidien, jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom ikunu lijabbli konġuntement li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni u jwettqu l-ħtiġiet ta’ l-iġjene. Għal dan il-għan għandhom jinnominaw persuna li tkun responsabbli mis-sorveljanza regolari ta’ l-iġjene ġenerali rigward il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni fl-istabbilimenti magħquda skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 71/118/KEE. L-isem tal-persuna għandu jingħata lill-awtoritajiet kompetenti. Dan il-ftehim ma’ l-istabbilimenti magħquda għandu jkun parti essenzjali ta’ l-approvazzjoni. 6. Iridu jiġu rrispettati l-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 3(1)(A)(i) tad-Direttiva 71/118/KEE. -------------------------------------------------- L-ANNESS III Il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ l-istabbilimenti riferiti fid-Direttiva 77/99/KEE lokati fis-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa 1. L-istabbilimenti jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ l-istabbilmenti stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ l-Anness A mad-Direttiva 77/99/KEE. Madankollu, iż-żoni, it-tagħmir u l-faċilitajiet riferiti fil-punti 1, 3, 4 u 8 sa 15 ta’ dan il-Kapitolu jistgħu jintużaw konġuntement. Mal-kamra riferita fil-punt 12 tal-Kapitolu I għas-servizz veterinarju, jistgħu jiġu miżjuda kmamar oħra, meta meħtieġ; il-kamra jew il-kmamar jistgħu jkunu lokati f’parti oħra tas-suq tal-bejgħ bl-ingrossa. 2. Jiddependi mill-prodott u l-attivitajiet tax-xogħol l-istabbilimenti jridu jwettqu d-dispożizzjonijiet relevanti stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ l-Anness B. 3. Il-magazzinaġġ: Il-prodotti mil-laħam iridu jiġu maħżuna u ttrasportati skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu VII ta’ l-Anness B. Jekk meħtieġ, għandhom jiġu pprovduti kmamar tal-friża sabiex jiġu spezzjonati l-oġġetti jew kaxex kiesħa għall-wiri ta’ l-oġġetti. 4. Iridu jiġu rrispettati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ l-Anness A u l-Kapitoli II, III, IV u V ta’ l-Anness B mad-Dirttiva 77/99/KEE. Iridu jittieħdu l-miżuri kollha prattikabbli sabiex jiġi żgurat illi l-persuni li jkollhom aċċess għaż-żoni fejn il-laħam jiġi mqandel jew esibit jikkonformaw mal-ħtiġiet rigward l-iġjene fil-Kapitolu II ta’ l-Anness A u ta’ l-Anness B mad-Direttiva 77/99/KEE. 5. Iridu jiġu rrispettati l-miżuri tas-sorveljanza kif ipprovduti fl-Artikolu 8(2), (3) tad-Direttiva 77/99/KEE u l-Kapitoli IV u VI ta’ l-Anness B ta’ magħha. Meta l-istabbilimenti jingħaqdu, l-operaturi jew is-sidien, jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom ikunu lijabbli konġuntement li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni u jwettqu l-ħtiġiet ta’ l-iġjene. Għal dan il-għan għandhom jinnominaw persuna li tkun responsabbli mis-sorveljanza regolari ta’ l-iġjene ġenerali rigward il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni fl-istabbilimenti magħquda skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 77/99/KEE. L-isem tal-persuna għandu jingħata lill-awtoritajiet kompetenti. Dan il-ftehim ma’ l-istabbilimenti magħquda għandu jkun parti essenzjali ta’ l-approvazzjoni. 6. Iridu jiġu rrispettati l-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 3(9)(A) (i) tad-Direttiva 77/99/KEE. --------------------------------------------------