Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta jew jinnotifika, fit‑terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, tal-1 ta’ Awwissu 2006, li tistabbilixxi miżuri implementattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ “persuni esposti politikament” u l‑kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 214, p.29).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, tal-1 ta’ Awwissu 2006, li tistabbilixxi miżuri implementattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ “persuni esposti politikament” u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad‑diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna, ir-Renju tal‑Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2) Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.