|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 349/107 |
It-Tlieta 9 ta’ Marzu 2010
Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Kooperazzjoni għall-Ħarsien mit-Tniġġis tax-Xtut u l-Ibħra fil-Grigal tal-Atlantiku ***
P7_TA(2010)0045
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Kooperazzjoni għall-Ħarsien mit-Tniġġis tax-Xtut u l-Ibħra fil-Grigal tal-Atlantiku (COM(2009)0436 – C7-0163/2009 – 2009/0120(NLE))
2010/C 349 E/25
(Proċedura ta' approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0436),
wara li kkunsidra l-Artikoli 175(1) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, kif ukoll l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0163/2009),
wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet interistituzzjonali li jinsabu għadejjin” (COM(2009)0665),
wara li kkunsidra l-Artikoli 196(2) u 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0009/2010),
|
1. |
Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni. |