6.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 400/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9044 — CVC/Recordati)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 400/09)

1.   

Fis-26 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”) (il-Lussemburgu), kif ukoll

—

Recordati S.p.A (“Recordati”) (l-Italja).

CVC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani ta’ Recordati kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   CVC: ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment u pjattaformi. Il-kumpaniji tal-portafoll ikkontrollata minn CVC notevolment jinkludu kumpaniji attivi fis-settur farmaċewtiku: Alvogen, DOC Generici, u Theramex;

—   Recordati: l-iżvilupp u l-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9044 — CVC/Recordati

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).