2003R0964 — MT — 26.08.2004 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 964/2003

tat-2 ta’ Ġunju 2003

Jimponi dazji definittivi ta’ kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tubi jew pajpijiet aċċessorji, tal-ħadid u l-azzar, li joriġinaw mir-Repubbliċi tal-Popli taċ-Ċina u t-Tajlandja, u dawk ikkunsinnati mit-Tajwan, sewwa jekk le ddikjarati bħala oriġinarji mit-Tajwan.

(ĠU L 139, 6.6.2003, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2212/2003 tas-17 ta’ Diċembru 2003

  L 332

3

19.12.2003

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1496/2004 tat-18 ta' Awissu 2004

  L 275

1

25.8.2004




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 964/2003

tat-2 ta’ Ġunju 2003

Jimponi dazji definittivi ta’ kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tubi jew pajpijiet aċċessorji, tal-ħadid u l-azzar, li joriġinaw mir-Repubbliċi tal-Popli taċ-Ċina u t-Tajlandja, u dawk ikkunsinnati mit-Tajwan, sewwa jekk le ddikjarati bħala oriġinarji mit-Tajwan.



Il-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra mportazzjonijiet li huma oġġetti ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. ( 1 ) (“Regolament bażiku”), u partikolarment l-Artikolu 11(2) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-propsta mogħtija mill-Kummissjoni, wara li kkonsulta l-Kumitat Konsultatorju,

Billi:INVESTIGAZZJONI PREEDENTI

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 584/96 ( 2 ), il-Kunsill impona dazju definittiv ta’ kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet aċċessorji, tal-ħadid u l-azzar, illi joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“Ċina”), il-Kroazja u t-Tajlandja. Il-miżuri li japplikaw għal dawn l-importazzjonijiet kienu jikkonsistu f’dazju ad valorem, minbarra għal tlett produtturi tajlandiżi li jesportaw li minnhom l-impriżi kienu aċċettati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/252/KE ( 3 ). F’Lulju 2000, il-miżuri xierqa ta’ kontra d-dumping għall-importazzjonijiet ta’ waħda minn dawn it-tlett kumpanniji ġiet irrevokata, wara reviżjoni temporanja mitluba mill-kumpannija, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku u li wera l-assenza tad-dumping ( 4 ).

(2)

Skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, il-miżuri ta’ kontra d-dumping dwar importazzjonijiet miċ-Ċina kienu imġedda mir-Regolament (KE) Nru 763/2000 ( 5 ), biex tkopri xi importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat illi huma kkunsinnati mit-Tajwan, ibbażati fuq is-sejbien fl-investigazzjoni ta’ kontra d-diwir tal-fatti

INVESTIGAZZJONI PREŻENTI

(3)

Wara l-pubblikazzjoni, f’Settembru 2000, ta’ avviż ta’ l-għeluq imminenti tal-miżuri ta’ kontra d-dumping li qegħdin fis-seħħ, il-Kummissjoni rċevit talba għal reviżjoni ta’ l-għeluq alloġjata mill-Kumitat tad-Difiża ta’ l -EU Steel Butt-welding Fittings Industry, f’isem produtturi li jirrappreżentaw prporzjon maġġuri tal-poduzzjoni totali tal-Komunità ta’ ċerti tubi jew pajpijiet aċċessorji tal-ħadid jew ta’ l-azzar. It-talba allegat li d-dumping ta’ l-importazzjonijiet inġurjati li joriġinaw fiċ-Ċina u t-Tajlandja (“il-pajjiżi kkonċernati”) x’aktarx jirrikorru jekk il-miżuri jiskadu. Il-produtturi applik anti tal-Komunità ma talbux l-inizzjazzjoni tar-reviżjoni ta’ l-għeluq dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-Kroazja għal raġunijiet li l-istatistiċi disponibbli juru esportazzjonijiet vera baxxi mad-dinja kollha u, għalhekk, l-ebda evidenza ta’ min joqgħod fuqha dwar ir-rekorrenza simili ta’ dumping inġurjuż. B’konsegwenza, il-miżuri xierqa għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Kroazja skadew fl-4 ta’April 2001.

(4)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni tal-Kumitat ta’ Konsultatorju, illi evidenza suffiċjenti eżistit għall-inizzjazzjoni tar-reviżjoni, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni ( 6 ), skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

Fl-istess ħin, bl-istess mod wara konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultatorju, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni ex officio temporanju skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, sabiex jeżamina l-konvenjenza tal-forma tal-miżuri dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajlandja.

(6)

L-investigazzjoni li tirrigwarda l-kontinwazzjoni u/jew rikorrenza tad-dumping u inġurja/ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’April 2000 sal-31 ta’ Marzu 2001 (“IP”). L-eżaminazzjoni tat-tendenza relev anti ma’ l-istima tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ inġurja kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 1996 sa l-aħħar ta’ l-IP (“perjodu taħt reviżjoni”).

(7)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi applik anti tal-Komunità, l-esportaturi u l-produtturi li jesportaw fiċ-Ċina u t-Tajlandja, importaturi/kummerċj anti, utenti ta’ l-industriji, u assoċjazzjonijiet ta’ utenti magħrufa bħala li huma kkonċernati, wkoll lir-rappreżent anti tal-Gvernijiet Ċiniż u Tajlandiż ta’ l-inizzjazzjoni tar-reviżjoni. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil dawn il-partijiet kollha u lil dawk li għarrfu lilhom infushom sal-limitu ta’ ħin mpoġġi fl-aħbar ta’ l-inizzjazzjoni. Il-Kummissjoni tat ukoll lill-partijiet direttament ikkonċernati l-opportunità biex jagħtu l-opinjoni tagħhom bil-miktub u biex jitolbu għal sejħa/seduta.

(8)

Il-produtturi tal-Komunità li ġejjin wieġbu l-kwestjonarju, u żjarat għall-verifikazzjoni seħħew fil-premessi tagħhom:

(a) Erne Fittings GmbH & Co - Schlins, l-Awstrija

(b) Interfit - Maubeuge, Franza

(ċ) Siekmann Fittings GmbH & Co. KG - Lohne, il-Ġermanja

(d) Virgilio CENA & Figli S.p.a.- Brescia, l-Italja.

(9)

Iż-żewġ produtturi li jesportaw fit-Tajlandja li ġejjin wieġbu l-kwestjonarju u żjarat għall-verifika seħħew fil-premessi tagħhom:

(a) TTU Korp. Industrijali, Ltd, Bangkok

(b) Awaji Sangyo (Thailand) Co., Ltd, Samutprakarn.

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 57 importaturi/kummerċj anti mhux relatati, 23-il utent ta’ l-industrija u 5 assoċjazzjonijiet ta’ utenti ta’ l-industrija. Żewġ tweġibiet tal-kwestjonarju mill-importaturi kienu rċevuti u dawn ġew sussegwentement verifikati bir-reqqa:

(a) INRABO S.R.L - Bologna, l-Italja

(b) IRC Spa - Cortemaggiore, l-Italja.

INVESTIGAZZJONI GĦADDEJJA LI TIKKON¬ERNA PAJJIŻI OĦRAJN

(11)

B’avvis ( 7 ) li kien ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-1 ta’ Ġunju ta’ l-2001, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni dwar l-importazzjonijiet ta’ l-istess prodotti u li joriġinaw fir-Repubblika ¬eka, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malasja, ir-Russja u l-Islovakkja. Din il-proċedura nbdiet minħabba f’ilment irrapportat mill-Kumitat tad-Difiża tal-EU Steel Butt-welding Fittings Industry, u li tikkuntieni prova ċara suffiċjenti ta’ inġurja fil-prattiċi tad-dumping ikkawżati minn importazzjonijiet li joriġinaw f’dawn il-ħames pajjiżi. Miżuri definittivi ta’ kontra d-dumping kienu mposti kontra l-importazzjonijiet li oriġinaw f’dawk il-pajjiżi f’Awissu ta’ l-2002 ( 8 ).

PRODOTT TAĦT KUNSIDERAZZJONI U PRODOTT SIMILI

(12)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal ta’ l-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri, ċerti tubi jew pajpijiet aċċessorji (minbarra aċċessorji tal-ħadid fondut, pajpijiet u aċċessorji bil-kammin), tal-ħadid jew ta’ l-azzar (mhux inklużi l-istainless steel), b’diametru estern ikbar li ma jaqbiżx 609,6 mm, ta’ tip li jiġi wżat għal butt-welding jew għal għanijiet oħra (“prodott ikkonċernat” jew “tubu jew pipe fittings”), kurrentement klassifikati ġol11 99), -kodiċi NM ex730793 11 (kodiċi TARIC 7307 93ex730793 19 (kodiċi TARIC 7307931999), ex730799 30 (kodiċi TARIC 7307993098) u ex730799 90 (kodiċi TARIC 7307999098).

(13)

Aċċessorji ta’ tubi jew pajpijiet huma wżati biex jagħqqdu tubi jew pajpijiet u biex jiġu magħmula f’ħafna forom differenti (rkejjen, f’forom ta’ “T” , forom ridotti u tappijiet), gradi u miżuri materjali. Huma jistgħu jkunu kategorizzati għalhekk f’tipi differenti skond dawn il-karatteristiċi. Huma ġeneralment użati f’industriji primarji, bħall-kimiċi, l-irfinar taż-żejt, il-produzzjoni ta’ l-enerġija, il-kostruzzjoni u t-tarzna.

(14)

Bħal ma ġara fl-investigazzjoni preċedenti, din l-investigazzjoni wriet illi l-aċċessorji tat-tubi jew pajpijiet tal-ħadid jew ta’ l-azzar, magħmula fil-pajjiżi kkonċernati, mibjugħa fid-djar u/jew esportati lill-Komunità għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimiċi bħal tal-prodotti mibjugħa fil-Komunità mill-produtturi applik anti tal-Komunità w huma kkonsidrati bħala prodotti simili, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING

RIMARKA PRELIMINARI

(15)

Taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-għan ta’ dan it-tip ta’ reviżjoni huwa biex jiddetermina jekk id-data ta’ l-għeluq tal-miżuri għandhomx x’aktarx iressqu għall-kontinwazzjoni jew rekorrenza tad-dumping. Sakemm l-importazzjonijiet tal-prodott taħt konsiderazzjoni miċ-Ċina u t-Tajlandja (bl-esklużjoni ta’ produttur li jesporta li ma għadux suġġett għall-miżuri ta’ kontra d-dumping) kienu taħt il-limitu de minimis/minimu fl-IP, l-analiżi ma għandix tiffokalizza il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping, iżda wkoll fuq jekk it-tneħħija tal-miżuri għandhiex x’aktarx twassal għal rekorrenza tad-dumping f’volumi sinifikattivi Għandu jiġi nnutat li fl-investigazzjoni oriġinali l-ishma fis-suq taċ-Ċina u t-Tajlandja kienu 8,5 % u 2,6 % rispettivament.

(16)

Iż-żewġ produtturi Tajlandiżi li jesportaw li għalihom impriżi huma kurrentement fis-seħħ kkoperaw fl-investigazzjoni billi rrispondew il-kwestjonarju li ġie mibgħut mill-Kummissjoni. L-ebda nformazzjoni ma kienet mogħtija minn xi produttur Ċiniż li jesporta u għalhekk is-sejbiet relatati mas-sitwazzjonijiet tagħhom kellhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. Skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Skond l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni impjegat l-istess metodoloġija bħal ta’ l-investigazzjoni oriġinali (ara premessi 17 sa 31 taħt).

PROBABBILTÀ TÀ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING

It-Tajlandja

Valur normali

(17)

Sakemm id-determinazzjoni tal-valur normali huwa kkonċernat, kien stabbilit l-ewwel għaż-żewġ produtturi Tajlandiżi li jesportaw li jikkoperaw dwar jekk il-bejgħ totali domestiku tal-prodott simili kienx rappreżentat fit-tqabbil mal-bejgħ totali ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, dan instab li kien il-każ.

(18)

Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti, mibjugħa domestikament mill-kumpanniji kkonċernati, li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Komunità.

(19)

Kull fejn prezzijiet domestiċi ta’ tip ta’ prodott partikolari mibjugħ minn produttur li jesporta ma setax ikun użat sabiex jistabbilixxi valur normali jew minħabba li ma kienuxx mibjugħa fis-suq domestiku inkella mhux matul iż-żmien ordinarju ta’ kummerċ, metodu ieħor kellu jkun applikat. Fl-assenza ta’ kull metodu ieħor raġonevoli, valur normali kostruwit intuża.

(20)

Fil-każijiet kollha fejn valur normali kostruwit kien użat u skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, valur nolmali kien kostruwit billi żdiedu mal-prezzijiet tal-manifattura tat-tipi esportati, persentaġġ raġonevoli għall-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi (“SG& A”) u limitu raġonevoli ta’ profit. Il-limitu ta’ profit domestiku kien iddeterminat fuq il-bażi tal-bejgħ domestiku magħmul matul iż-żmien ordinarju tal-kummerċ.

Prezz ta’ l-esportazzjoni

(21)

Ladarba il-bejgħ kollu ta’ l-esportazzjoni tal-prodott taħt konsiderazzjoni kien magħmul direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fil-bażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew li huma pagabbli.

Tqabbil

(22)

Għall-għanijiet ta’ tqabbil ġust minn tip ta’ prodott fuq bażi ex-factory u l-istess livell ta’ kummerċ, konċessjoni dovuta kienet magħmula għad-differenzi li kienu kklejmjati u murija għal effett ta’ prezz bi qbil. Dawn l-aġġustamenti kienu magħmula b’rispett ta’ ħlasijiet ta’ l-importazzjoni, t-trasport, l-assigurazzjoni, prezzijiet fl-idejn, l-ippakkjat, kreditu/imballaġġ u kummissjonijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(23)

Produttur esportatur Tajlandiż ikklejmja aġġustament għal prezz kreditu għar-raġuni li kien prattiku standard li jikkonċiedi minn 30 sa 90-il ġurnata ta’ kreditu lil klijenti domesttiċi magħrufa. Din it-talba kienet irriffjutata għax l-applikant naqas li juri, eż. permezz tal-kuntratti jew ta’ deskrizzjonijiet dwar l-invojs, li dan kien fattur ikkunsidrat fid-determinazzjoni tal-prezzijiet iċċarġjati.

(24)

Iż-żewġ kumpanniji Tajlandiżi kklejmjaw allokazzjoni għal ċarġijiet għall-importazzjoni. Skond l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku dawn it-talbiet ġew ikkumpensati fejn kien muri li l-materjali li fuqhom dazji ta’ l-importazzjoni kienu pagabbli kienu fisikament inkorporati ġol-prodotti mibjugħa kkonċernati fis-suq domestiku u li d-dazji ta’ l-importazzjoni ma kienux miġbura jew fundati mill-ġdid b’rispett tal-prodott esportat lill-Komunità. Waħda biss mill-kumpanniji setgħet turi dan.

Limitu tad-dumping

(25)

Sabiex tikkalkula l-limitu tad-dumping,il-Kummissjoni kkomparat il-valur medju normali mqejjes mal-prezz medju ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità f’livell ex-factoty u fl-istess livell tal-kummerċ. Dan il-qbil wera l-eżistenza tad-dumping għaż-żewġ kumpanniji kkonċernati, li jibdew minn 23 sa madwar 88 %.

Iċ-Ċina

Pajjiż analogu

(26)

Il-miżuri existenti jipprovdu għal dazju singolu għal pajjiż kollu fuq l-importazzjonijiet kollha fil-Komunità ta’ aċċessorji ta’ tubi jew pajpijiet li joriġinaw fiċ-Ċina. Għalhekk, valur normali kien iddeterminat fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miksuba fl’ekonomija tas-suq ta’ pajjiż terz (“il-pajjiż analogu”).

(27)

It-Tajlandja serviet bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali. Fl-avvis ta’ l-inizzjazzjoni ta’ din ir-reviżjoni ta’ l-għeluq ġie għalhekk prevedut li terġa tintagħżel it-Tajlandja bħala pajjiż analogu għall-għan li tistabbilixxi valur normali. Ladarba kien instab li s-sejbiet ta’ l-investigazzjonijiet preċedenti kienu għadhom validi, il-prezzijiet ġew ikkontrollati mill-forzi tas-suq, ħafna produtturi kkompetew fuq is-suq Tajlandiż u t-teknoloġija tal-produzzjoniu proċess kienu, sa ċertu punt l-istess bejn iċ-Ċina u t-Tajlandja, ladarba l-ebda parti nteressata ma kkummentat fuq din l-għażla ta’ pajjiż analoguu ladarba l-produtturiesportaturi Tajlandiżi kkoperaw, it-Tajlandja kienet għalhekk, skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, kkunsidrata bħala xierqa u għażla raġonevoli ta’ pajjiż analogu biex jistabbilixxi valur normali b’rispett taċ-Ċina għall-prodott ikkonċernat.

Valur normali

(28)

Fl-assenza tal-koperazzjoni miċ-Ċina, riżors kellu jiġi magħmul għal fatti disponibbli. F’ċirkustanzi ta’ dan il-każ l-ebda informazzjoni fuq gamma ta’ taħlit tal-prodott ta’ l-esportazzjonijiet Ċiniżi ma kienet disponibbli, u għalhekk id-determinazzjoni tal-valur normali kellu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-medja mwiezna ta’ varji valuri normali stabbiliti għall-produtturi esportaturi Tajlandiżi li jikkoperaw matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni.

Prezz ta’ l-esportazzjoni.

(29)

Għal dak li jirrigwarda l-esportazzjonijiet lill-Komunità, ladarba produtturi esportaturi fiċ-Ċina ma kkoperawx, s-sejbiet kellhom jiġu bbażati fuq il-fatti disponibbli, skond ma’ l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien għalhekk determinat fuq istatistiċi dwar il-bażi tal-kummerċ ta’ l-esportazzjoni ladarba instab li dawn dehru iktar ta’ min joqgħod fuqu għall-prodott ikkonċernat minn data Eurostat. F’dan il-kuntest għandu jiġi magħruf li l-istatistiċi Eurostat għal prodott ikkonċernat huma ex kodiċi, jiġifieri ma jinkludux esklussivament il-prodott ikkonċernat, u li d-data Ċiniża kienu jaqblu iktar ma’ l-ilment.

Tqabbil

(30)

Għall-għan ta’ tqabbil ġust, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, allokazzjoni dovuta fil-forma ta’ aġġustament ġiet magħmula għal differenzi fir-rispett tat-trasport u l-prezzijiet ta’ l-assigurazzjoni, li kienu kkunsidrati li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezz.

Limitu tad-dumping

(31)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju mwieżen, fuq bażi ta’ l-ex fabbrika Tajlandiża kien ikkomparat mal-prezz medju mwieżen ta’ l-esportazzjoni, fuq bażi ta’ ex-factory Ċiniża, fl-istess livell tal-kummerċ. It-tqabbil hawn fuq wra l-eżistenza ta’ dumping sihjifikattiv.

Koklużjoni

(32)

L-investigazzjoni rrivelat li għalkemm il-kw antitajiet mixtrija taħt il-prezz importati kienu limitati għal livelli konsiderevoli mwaqqa’ fil-prezz. L-investigazzjoni ma wrietx/rrivelatx xi raġuni li għaliha l-livell ta’ dumping jista’ jisparixxi jew jonqos fil-każ li l-miżuri jerġgħu jkunu evokati. Għalhekk ġie konkluż li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping. Madankollu, kien ikkonsidrat xieraq li jiġi examinat ukoll jekk kellux ikun hemm rekorrenza ta’ dumping f’volumi miżjuda ta’ l-esportazzjoni jekk il-miżuri eżistenti jiġu revokati.

Probabbiltà ta’ tlugħ f’esportazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz lill-Komunità

(33)

Għall-għanijiet ta’ l-examinazzjoni ta’ probabbiltà ta’ rekorrenza tad-dumping f’kw anti tajiet sinjifik anti, il-fatturi li ġejjin ġew stimati: l-evoluzzjoni ta’ l-esportazzjoni u/jew il-kapaċità tal-produzzjoni, l-isfond tad-tidwir tal-fatti fil-każ taċ-Ċina u s-sitwazzjoni fl-imġiba ta’ l-esportazzjoni fis-swieqi ta’ pajjiżi terzi.

It-Tajlandja

(34)

L-impriżi li ġew aċċettati għaż–żewġ produtturi esportaturi li jikkoperaw, fil-kwadru tal-qafas tal-proċedura oriġinali, kellhom l-effett li jillimitaw il-bejgħ tagħhom lis-suq tal-Komunità matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni. L-ebda ksur ta’ liġi ta’ l-impriżi ma ġie osservat matul dan il-perjodu.

Il-kapaċità ta’ l-esportazzjoni

(35)

L-investigazzjoni wriet li ż-żewġ kumpanniji koper anti għandhom propensità għall-esportazzjoni, ladarba matul il-perjodu taħt reviżjoni, iktar minn 80 % tal-produzzjoni tagħhom tal-prodott ikkonċernat ġie esportat. Jidher illi dawn il-kumpanniji għandhom flessibilità konsiderevoli fil-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom, li tirrapprexenta madwar 25 % tat-total tal-konsum tal-KE. Apparti minn hekk, il-fatt li dawn il-kumpanniji huma estremament orjentati lejn/għall-esportazzjoni juri li x’aktarx huma jerġgħu jindirizzaw il-bejgħ ta’ l-esportazzjoni tagħhom lil xi suq li jibda jattira aktar f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prezzijiet u volum.

L-esportazzjonijiet tat-Tajlandja lil pajjiżi terzi

(36)

Ħarsa lejn il-volum baxx kurrentement importat fil-Komunità, l-imġiba fl-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi TajlandiżiI f’wieħed mis-swieqi prinċipali ta’ l-esportazzjoni, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, ġiet ikkunsidrata. Instab li fl-1992, wara l-proċedura ta’ l-anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’prodott li jikkonċidi ħafna mal-wieħed ikkonċernat minn din l-investigazzjoni, lilitat għal diametru ta’ inqas minn 360 mm, u li joriġina, inter alia, fit-Tajlandja, l-amministrazzjoni ta’ l-Amerika sabet limiti ta’ dumping għal dan il-pajjiż li jestendu ruħhom minn 10,7 % sa 50,8 %. Iktar import anti, f’Diċembru 1999, skond reviżjoni ta’ l-għeluq, ġie/kien konkluż li it-tneħħija ta’ dawn il-miżuri għandu x’aktarx iwassal għall-kontinwazzjoni jew ir-rekorrenza tad-dumping ( 9 ).

Iċ-Ċina

Produzzjoni u utilizazzjoni tal-kapaċità

(37)

Mgħotija l-assenza tal-koperazzjoni minn produtturi esportaturi Ċiniżi, is-servizzi tal-Kummissjoni kellha tagħmel użu mill-fatti disponibbli. Ladarba ftit informazzjoni hija magħrufa dwar l-industrija Ċiniża, il-konklużjonijiet li ġejjin joqgħodu fuq l-informazzjoni miġbura fl-ilment u l-istatistiċi tal-kummerċ ta’ l-esportazzjoni Ċiniża. Appoġġ għal dawn is-sejbiet instab ukoll fl-informazzjoni li kienet saret pubblika fil-kwadru tal-qafas ta’ proċeduri simili fil-USA.

(38)

Skond dawn is-sorsi, il-kapaċità totali tal-produzzjoni Ċiniża għall-prodott ikkonċernat hija ta’ madwar 250 000 tunnellata metrika kull sena. Il-volum kurrenti tal-produzzjoni Ċiniża kull sena, bħal ma ġie estimat fl-ilment, huwa ta’ madwar 90 000 tunnellata metrika. Din l-estimazzjoni hija bbażata fuq il-volum Ċiniż ta’ l-esportazzjoni mad-dinja kollha mogħtija mill-istatistiċi tal-kummerċ (madwar 17 000 tunnellata metrika fis-sena), u fuq il-konsum domestiku kkalkolat bejn wieħed u ieħor daqs il-konsum tal-Komunità (madwar 70 000 tunnellata metrika fis-sena).

(39)

Fuq din il-bażi, ir-rata Ċiniża tal-kapaċità ta’ l-użu tkun inqas minn 40 % u — kapaċità żejda tagħhġom għola mit-total tal-konsum totali tal-Komunità.

(40)

Konsegwentement, il-kapaċità kbira tal-produzzjoni disponibbli fiċ-Ċina, flimkien mall-qies tas-suq domestiku Ċiniż, tagħti lill-produtturi li jesportaw/esportaturi flessibiltà konsiderevoli biex tisswiċċja bejn kemm is-swieqi kif ukoll it-tipi ta’ prodotti. Dawn il-produtturi huma kapaċi għalhekk iżijdu malajr il-produzzjoni u jindirizzawha lil xi suq ta’ l-esportazzjoni, inkluż, li kieku l-miżuri jkollhom jiġu revokati, is-suq tal-Komunità.

L-isfond tat-tidwir tal-fatti

(41)

Għandu jkun magħruf li l-produtturi Ċiniżi li jesportaw m’għandhomx biss il-kapaċità jerġgħu jieħdu lura l-pussess f’forma massiva l-esportazzjoniet tagħhom lill-Komunità, iżda huma disposti li jagħmluha. Dan huwa muri mill-fatt li, wara l-imposizzjoni tal-miżuri oriġinali fl-1995, l-importazzjonijiet annwali mit-Tajwan għandhom medja kwadrippla, sakemm investigazzjoni ta’ kontra t-tidwir tal-fatti ( 10 ) uriet li ħafna minn dawn l-importazzjonijiet kienu attwalment ta’ oriġini Ċiniża u għalhekk miżuri xierqa liċ-Ċina ġew imġedda lit-Tajwan (bl-eċċezzjoni ta’ tlett produtturi Tajwaniżi) f’Ġunju ta’ l-2000.

Cesportazzjonijiet Ċiniżi lil pajjiżi terzi

(42)

L-imġiba ta’ l-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi fi swieqi sinifikattivigħall-prodott ikkonċernat ġie investigat ukoll. F’dan ir-rispect, il-USA bdiet, fl-aħħar għaxar snin, tlett investigazzjonijiet dwar l-importazzjonijiet ta’ prodott li jikkonċidi ħafna ma’ dak ikkonċernat minn din l-investigazzjoni, illimitat b’diametru iżgħar minn 360 mm, li joriġina, inter alia, fiċ-Ċina. L-ewwel investigazzjoni, illi seħħet fl-1992, stabbiliet limiti għolja ħafna ta’ dumping (sa 182,9 %), u għalhekk miżuri anti-dumping ġew imposti kontra l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina, inter alia, fiċ-Ċina. Sentejn wara, fl-1994, it-tieni investigazzjoni iddeterminat li dawn il-miżuri ta’ kontra d-dumping kienu mdawra/mibdula fil-fatti billi salpaw il-prodotti permezz tat-Tajlandja. Fl-aħħar, il-miżuri ta’ l-anti-dumping li qegħdin fis-seħħ reġgħu ġew reveduti fl-1999 bill-konklużjoni li t-tneħħija tal-miżuri tista’ twassal għal kontinwazzjoni jew rekorrenza ta’ dumping inġurjuż.

(43)

Dan kollu juri illi kieku l-miżuri kellhom jiġu revokati, il-produtturi Ċiniżi għandhom jadottaw l-istess imġiba ta’ l-esportazzjoni mqiegħda fis-suq tal-KE, suq li huwa mqabbel ma’ dak ta’ l-Amerika/USA.

(44)

Fl-aħħar, l-assenza tal-koperazzjoni Ċiniża għall-investigazzjoni hija indikazzjoni li l-ebda produttur Ċiniż ma ried jew kien kapaċi juri l-ebda dumping m’għandha sseħħ f’każ li il-miżuri jiġu mħassra.

Konklużjoni

(45)

L-investigazzjoni wriet li kemm iċ-Ċina kif ukoll it-Tajlandja komplew il-prattiċi tad-dumping tagħhom matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(46)

Minħabba l-fatt li ċ-Ċina għandha kapaċità ta’ produzzjoni ekstra kbira ħafna disponibbli u li l-miżuri kienu diġà mdawwra fil-fatti, hemm probabiltà qawwija li l-produtturi Ċiniżi ta’ l-esportazzjoni jżiedu sostanzjalment l-esportazzjoniet tagħhom mwaqqa’ fil-prezz tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità f’każ li miżuri ġa existent jkollhom jiġu mħassra.

(47)

B’rispett għat-Tajlandja għandu jiġi nnutat li mindu il-kumpanniji Tajlandiżi huma orjentati lejn l-esportazzjoni u minħabba fil-faxxinu tas-suq tal-Komunità, huwa probabbli ħafna illi, li kieku l-miżuri ġa existenti jkollhom ikunu mħassra, dawn il-kumpanniji jerġgħu jibdew jesportaw il-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Komunità b’volumi sostanzjali u bi prezzijiet imnaqqsa.

(48)

Fl-aħħar, referenza ġiet magħmula lill-bejgħ mnaqqas fil-prezz ta’ esportaturi Ċiniżi u Tajlandiżi fis-suq amerikan/statunitensi u fil-miżuri anti-dumping amerikani/statunitensi u inally li ġew imġedda fl-1999.

(49)

Fil-qosor, huwa ferm probabbli li l-importazzjonijiet lill-Komunità mill-pajjiżi konċernati għandhom jerġgħu jibdew fi kw anti tajiet sinifik anti u b’prezzijiet imwaqqa, f’każ li l-miżuri jiġu mħassra.

DEFINIZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(50)

L-erbgħa produtturi tal-Komunità li kkorporaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni rrapprexentat madwar 60 % tal-produzzjoni tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat matul l-IP il-ġdida u għalhekk tikkostitwixxi l-industrija tal-Komunità ġot-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Għandu jiġi nnutat li tlett produtturi oħra, li pparteċipaw ukoll fit-talba tar-reviżjoni, li jirrappreżentaw madwar 10 % tal-produzzjoni tal-Komunità, ma rrispondewx sussegwentement il-kwestjonarju matul iż-żmien permess li fih għandu jintemm. Tnejn minn dawn il-produtturi jappoġġaw il-proċedura, filwaqt li t-tielet wieħed ma esprima l-ebda opinjoni rigward il-proċedura.

IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-KOMUNITÀ

KONSUM TAL-KOMUNITÀ

(51)

Għandu jiġi nnutat li parti mill-bejgħ domestiku tal-produtturi ta’ l-UE huma magħmula għal bejjiegħa (li ma kkoperawx), li darba kull wieħed jesportaw il-prodotti barra l-Komunità. Il-konsum apparenti tal-Komunità kien għalhekk stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità u tal-produtturi l-oħra tal-Komunità (fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miġbura fit-talba), u fuq l-importazzjoni tal-Komunità u l-volum ta’ l-esportazzjonili huwa bbażat fuq id-data Eurostat.

(52)

Fuq il-bażi, ġie stabbilit li l-konsum tal-Komunità l-ewwel żdied minn madwar 57 000 tunnellata metrika fl-1996 għal madwar 64 500 tunnellata metrika fl-1998, iżda sussegwentement naqas b’madwar 50 800 tunnellata metrika fl-IP.

EVOLUZZJONI TA’ IMPORTAZZJONIJIET MILL-PAJJIŻI KKONERNATI.

Volumi ta’ importazzjoni u ishma tas-suq

(53)

B’rispett lejn il-pajjiżi kkonċernati u t-Tajwan, il-volum ta’ l-importazzjoni u l-ishma tas-suq żviluppa b’dan il-mod:



 

1996

1997

1998

1999

2000

IP

It-Tajlandja

111

204

614

740

1 049

1 385

ishma mqiegħedha fis-suq

0,2 %

0,32 %

1,0 %

1,0 %

2,1 %

2,7 %

Iċ-Ċina

316

85

95

78

44

35

ishma mqiegħedha fis-suq

0,6 %

0,1 %

0,1 %

0,3 %

0,1 %

0,1 %

It-Taiwan

2 663

5 947

4 434

3 246

1 299

1 259

ishma mqiegħedha fis-suq

4,7 %

9,7 %

6,9 %

6,2 %

2,6 %

2,5 %

(54)

L-importazzjonijiet totali Tajlandiżi żiedu minn madwar 100 tunnellata metrika fl-1996 għal madwar 1 400 tunnellata metrika matul l-IP. L-iktar żieda sinifik anti seħħet bejn l-1999 u l-2000, li taħbat mad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tħassar il-miżuri lill-produttur Tajlandiż li jesporta, li rriżulta minn reviżjoni temporanja skond l-artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Meta tikkonsidra dawk il-kumpanniji biss li għadhom suġġetti għad-dazji ta’ l-anti-dumping, iż-żieda fil-volum baqgħet madankollu limitata, b’sehem imqiegħed fis-suq li qiegħed jiżdied minn 0,3 % fl-1996 sa 0,5 % matul l-IP. Għandu jiġi nnutat illi l-perjodu preċedenti ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 1993), l-ishma Tajlandiżi mqiegħedha fis-suq kienu ta’ 2,6 %.

(55)

Bħal ma huwa muri fuq,il-volumi ta’ l-importazzjonijiet miċ-Ċina baqgħulimitati matul il-perjodu tar-reviżjoni. Madankollu għandu jerġa jiġI msemmi illi l-investigazzjoni ta’ kontra t-tidwir tal-fatti kkonkludiet li parti sinifi k anti ta’ l-importazzjonijiet mit-Tajwan kien fil-fatt ta’ oriġini Ċiniża. It-tnaqqis ta’ dawn l-importazzjonijiet fl-2000 taħbat ma’ l-estensjoni tal-miżuri ta’ l-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi lil ċerti importazzjonijiet mit-Tajwan. Fil-perjodu preċedenti ta’ l-investigazzjoni s-ishma mqiegħedha fis-suq Ċiniż laħaq it-8,5 %.

EVOLUZZJONI TAL-PREZZ TA’ L-IMPORTAZZJONIJIET

(56)

Prezzijiet ta’ l-esportazzjoni taż-żewġ produtturi Tajlandiżi li jikkoperaw żdiedu bis-6 % bejn l-1996 u l-IP. Madankollu, matul il-perjodu sħiħ taħt reviżjoni, ma segwew l-ebda direzzjoni ċara, b’telgħat u nzul ta’ inqas minn 10 % tal-prezz medju matul dan il-perjodu.

(57)

Skond l-istatistiċi ta’ l-Eurostat, il-prezzijiet totali ta’ l-esportazzjoni naqqset b’7 % bejn l-1996 u l-IP. Bħall-prezzijiet Tajlandiżi, huma ma segwew l-ebda direzzjoni matul il-perjodu taħt reviżjoni.

VOLUM TA’ L-IMPORTAZZJONI U ISHMA TAS-SUQ MINN PAJJIŻI MHUX IKKONERNATI

(58)

Bħall-importazzjonijiet mill-pajjiżi mhux ikkonċernatiminn din il-proċedura, u bħal ma huwa muri fit-tabella isfel, huma żdiedu sinifikament minn madwar 4 300 tunnellata metrika fl-1996 għal 11 700 tunnellata metrika matul l-IP. Iż-żieda totali fl-ishma tas-suq matul il-perjodu taħt reviżjonihuwa ta’ 15,5 punti persentaġġ.



 

1996

1997

1998

1999

2000

IP

Pajjiżi mhux ikkonċernati

4 271

5 922

7 510

4 169

10 821

11 686

ishma tas-suq

7,5 %

9,6 %

1,6 %

8,0 %

21,3 %

23,0 %

SITWAZZJONI EKONOMIKA FL-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

RIMARKA PRELIMINARI

(59)

L-indikaturi ekonomiċi prexentati isfel juru żvilupp pożittiv fis-snin 1996 sa l-1998, sussegwentement segwit minn deterjorament ta’ sitwazzjoni ekonomika totali ta’ l-industrija tal-Komunità. Dan l-iżvilupp għandu jintwera fid-dawl ta’ l-imposizzjoni tal-miżuri definittivi ta’ l-anti-dumping 1995, il-prattiċi mdawwra fil-fatti u l-estensjoni relatata tal-miżuri lil ċerti mportazzjonijiet li oriġinaw fit-Tajwan fl-2000, u fl-aħħar il-volum li żdied ta’ l-importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz minn pajjiżi oħra suġġetti għal proċedura separata.



Produzzjoni

Produzzjoni

1996

1997

1998

1999

2000

IP

tunnellata metrika

42 455

44 771

46 499

43 009

43 903

46 905

(60)

Il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità l-ewwel żdiedet b’ 10 % bejn l-1996 u l-1998, imbagħad marret lura għal-livell milħuq fl-1998.



Kapaċità u rati ta’ l-użu tal-kapaċitċa.

Kapaċità

1996

1997

1998

1999

2000

IP

tunnellata metrika

88 400

88 400

88 400

87 300

87 900

87 900

Utilizzazzjoni

48 %

51 %

53 %

49 %

50 %

53 %

(61)

Il-kapaċità tal-produzzjoni totali ta’ l-industrija tal-Komunità kienet relattivament stabbli matul il-perjodu taħt reviżjoni u għalhekk il-livell tal-kapaċità ta’ l-utilizzazzjoni segwa direzzjoni identika għal dik tal-volum tal-produzzjoni.



Volum tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat għall-konsum fl-UE.

Volum ta’ bejgħ fil-KE

1996

1997

1998

1999

2000

IP

tunnellata metrika

30 147

30 038

32 897

28 470

24 893

24 313

(62)

Bħal ma ġie spjegat fuq, il-bejgħ iddestinat għall-konsum tal-UE biss ġie kkunsidrat. Fuq din il-bażi, matul il-perjodu taħt reviżjoni, il-volum ta’ bejgħ tal-Komunità naqas minn madwar 30 100 tunnellata metrika fl-1996 sa madwar 24 300 tunnellata metrika matul l-IP, tnaqqis ta’ madwar 19 %. Huwa madankollu, import anti li jiġi nnutat li bejn l-1996 u l-1998 il-volum ta’ bejgħ żdied b’9 %, li laħaq il-livell ta’ madwar 33 000 tunnellata metrika fl-1998, u mbagħad waqa’ lura għal madwar 24 300 tunnellata metrika fl-IP.



Ħażniet/Stokkijiet

Ħażniet/stokkijiet li qegħdin jagħallqu

1996

1997

1998

1999

2000

IP

tunnellata metrika

5 629

5 920

6 022

6 109

5 571

5 401

(63)

Il-livell ta’ l-istokkijiet/ħażniet naqas b’madwar 4 % bejn l-1996 u l-IP. Filwaqt li kien bejn wieħed u ieħor stabbli matul l-ewwel erbgħa snin tal-perjodu taħt reviżjoni, beda jonqos konsiderevolment wara l-1999.



Ishma tas-suq

Ishma tas-suq

1996

1997

1998

1999

2000

IP

L-industrija tal-Komunità

52,8 %

48,9 %

50,9 %

54,7 %

49,0 %

47,9 %

(64)

L-industrija tal-Komunità naqqset b’punti perċentwali 4,9 fl-ishma tas-suq bejn l-1996 u l-IP. Madankollu, bejn l-1996 u l-1999, l-ishma tas-suqżdiedu b’1,9 punti perċentwali, li rriżulta mill-imposizzjoni tal-miżuri korrentement taħt reviżjoni. Minn dak iż-żmien ‘il quddiem, il-pożizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità mqiegħedha fis-suq iddeterjorat.



Prezzijiet għall-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità

Unità ta’ prezz, bejgħ fil-KE.

1996

1997

1998

1999

2000

IP

EUR/tunnellata metrika

1 812

1 686

1 595

1 515

1 437

1 413

(65)

Il-prezz nett ta’ l-unità al-bejgħ medju ta’ l-industrija tal-Komunità naqas minn EUR 1 812 fl-1996 għal EUR 1 413 matul l-IP, nuqqas ta’ 22 %. Il-prezzijiet għall-bejgħ waqa’ b’madwar 5 % kull sena.



Profitt u ritorn fuq investimenti

Profitt

1996

1997

1998

1999

2000

IP

% ta’ net ta’ valur ta’ bejgħ fil-KE

3,1 %

5,2 %

3,3 %

–2,4 %

–4,2 %

–3,5 %

L-għotja ta’ profitt/il-prospett fuq l-investiment

7,5 %

17,7 %

17,6 %

–1,0 %

–6,2 %

–3,7 %

(66)

L-idustrija tal-Komunità rnexxiela żżid il-profitt tagħha minn 3,1 % fl-1996 għal 5,2 % fl-1997. Wara dik is-sena, madankollu, il-profitt naqas kontinwament u kien negattiv ċar matul l-IP, b’- 3,5 %. Għandu jiġi innutat li l-industrija tal-Komunità kienet f’sitwazzjoni ta’ telf ta’ madwar - 7 % fuq valur ta’ bejgħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali (Lulju sa Diċembru 1993).

(67)

Il-prospett fuq l-investimenti ġeneralment segwa l-kurva tal-profitt matul il-perjodu taħt reviżjoni. Għandu jiġi nnutatt li kemm l-investimenti diretti kif ukoll porzjoni ta’ l-investimenti indirettament relatati mal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat ġew ikkunsidrati.



Dħul u ħruġ tal-flus

Dħul u ħruġ tal-flus

1996

1997

1998

1999

2000

IP

EUR 1 000

3 009

5 393

4 939

1 773

638

281

(68)

Id-dħul u l-ħruġ tal-flus iġġenerat mill-bejgħ tal-prodott ikkonċernat żdied b’madwar 65 % bejn l-1996 u l-1998 u mbagħad naqas drastikament għal EUR 281 000 matul l-IP.

Kapaċità li żżid il-kapital

(69)

L-ebda waħda mill-kumpanniji ma semmiet xi diffikultà kurrenti biex iżiedu l-kapital. Madankollu, jekk id-dħul u l-ħruġ tal-flus tkompli tiddeterjora, din is-sitwazzjoni tista’ tinbidel.



Impieg and pagi.

Impieg u pagi

1996

1997

1998

1999

2000

IP

Impjegati totali

547

548

580

555

535

580

Pagi medji kull impjegat (EUR 1 000)

33,4

33,6

35,1

34,5

35,1

35,9

(70)

Impjieg fl-industrija tal-Komunità ma segwietx direzzjoni ċara. Żdid bejn l-1996 u l-1998, minn 47 għal 80 impjegati, naqqas minn dak il-ħin ‘il quddiem, imma reġgħet lura għal-livell tiegħu ta’ l-1998 matul l-IP. Iż-żieda ta’ matul l-IP għandha tiġi mpoġġija b’konnessjoni ma’ produzzjoni li qiegħda tiżdied matul l-istess perjodu.

(71)

Il-pagi medji għal kull impjegatr baqgħat relattivament stabbli matul is-snin 1996 u 1997, u minn dak iż-żmien ‘il l quddiem żdiedet gradwalment. Bejn l-1996 u l-IP, iż-żieda totali kienet ta’ madwar 7 %.



Produttività

Produttività

1996

1997

1998

1999

2000

IP

Produttività (produzzjoni fitunnellata metrika kull impjegat

77,6

81,7

80,2

77,5

82,1

80,9

(72)

Il-produttività żdiedet bi 3 % bejn l-1996 u l-1998, minn 77,6 tunnellata metrika kull impjegat għal 80,2. Imbagħad naqset iżda reġgħet kisbet il-livell tagħha ta’ l-1998 ta’ matul l-IP.



Investiment

Investimenti

1996

1997

1998

1999

2000

IP

EUR 1 000

2 738

2 222

2 441

3 094

2 781

2 529

(73)

Investimenti ġodda baqgħu f’livell relattivament stabbli matul il-perjodu li qiegħed taħt reviżjoni. Dawn l-investimenti fil-biċċa l-kbira kienu jikkonsistu fit-tiġdid jew l-approvazzjoni tat-tagħmir eżistenti u mhumiex relatati ma xi żiediet tal-kapaċità.

Tkabbir

(74)

Bħal ma huwa spjegat fuq, bejn is-snin1996 u 1998, l-industrija tal-Komunità setgħet tibbenefika mis-suq li qiegħed jikber, u żiedet il-volumi tal-bejgħ u l-ishma tas-suq tagħha. Minn dak iż-żmien l’hawn, il-konsum tal-Komunità naqas u, minkejja n-nuqqas fil-volum ta’ l-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati(speċifikament circumvented lejn it-Tajwan) il-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità u l-ishma tas-suq naqqsu.

Tkabbir fil-limitu tad-dumping

(75)

Ħarsa lejn il-volum baxx ta’ l-importazzjoniet mill-pajjiżi kkonċernati matul l-Ip, it-tkabbir ta’ limitu tad-dumping huwa mistenni li jħalli effetti negattivi speċjalment jekk il-volum ta’ l-importazzjonijiet jiżdid fil-futur. Fil-kuntest il-konklużjonijiet fl-intestatura E4 huma msejħa, li qalu li huwa ferm probabbli li mportazzjonijiet lill-Komunità minn pajjiżi kkonċernati jerġgħu jkunu fħkw anti tajiet sinifik anti u bi prezzijiet mwaqqgħin, jekk il-miżuri jiġu mħassra.

Rkupru mill-effetti tad-dumping l-antik

(76)

Bħal ma huwa muri mill-evoluzzjoni pożittiva tal-biċċa l-kbira ta’ l-indikaturi llistjati fuq, is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità rkuprat, fis-snin 1996 sa 1998, mill-effett inġurjuż ta’ importazzjonijiet mwaqqgħa fil-prezz li oriġinaw fiż-żewġ pajjiżi kkunċernati. Minn dak iż-żmien ‘il quddiem is-sitwazzjoni reġgħet iddeterjorat, li rriżultat mill-effett ta’ importazzjonijiet mwaqqgħa fil-prezz li żdiedu minn pajjiżi terzi oħra (ara intestatura C).

KONKLUŻJONI DWAR L-ANALIŻI TAS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-KOMUNITÀ.

(77)

L-introduzzjoni tal-miŻuri kontra iĊ-Ċina u t-tajlandja kellhom b’mod Ċar impatt poŻittiv fuq/dwar is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-komunità meta kkomparata mas-sitwazzjoni ta’ qabel l-introduzzjoni tagĦhom. il-maĠĠoranza ta’ l-indikaturi wrew Żvilupp poŻittiv bejn l-1996 u l-1998. il-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaĊità u l-volum tal-bejgĦ Żdiedu, jirriŻultaw f’gwadann fl-ishma tas-suq u Żieda fl-impjieg.

L-indikaturi tal-profitt bħal ma huwa il-prospett fuq il-valur tal-bejgħ, prospett fuq investimenti u dħul u ħruġ ta’ flus ukoll żviluppaw favrevoli. Li kieku il-miżuri ma ġewx circumvented mill-importazzjonijiet mit-Tajwan, dan l-iżvilupp kien ikun aktar favorevoli. Madankollu, wara l-1998, is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità ġeneralment iddeterjorat: volum tal-bejgħ, ishma tas-suq u produzzjoni naqqsu, anke l-profitt u l-prezzijiet. L-inġurja sofferta mill-industrija tal-Komunità matul dan il-perjodu kien ikkawżat minn importazzjonijiet imwaqqgħa fil-prezz li oriġinaw fir-Repubblika Ċeka, il-Malasja, ir-Russja, ir-Repubblika tal-Korea u l-Islovakkja, u għalhekk il-miżuri definittivi ta’ kontra d-dumping kienu mposti kontra dawn il-pajjiżi f’Awissu 2002 ( 11 ).

PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U/JEW REKORRENZA TA’ L-INĠURJA

(78)

Sabiex jiġi assessjat l-effett probabbli ta’ l-għeluq tal-miżuri fis-seħħ, l-elementi li ġejjin ġew ikkunsidrati:

(a) Kif inhu spjegat taħt premessi 33 sa 44:

— hemm indikazzjonijiet ċari li l-produtturi Ċiniżi u Tajlandiżi għandhom il-potenzal li jgħollu u/jew jerġgħu jindirizzaw il-volumi ta’ l-esportazzjoni tagħhom lis-suq tal-Komunità.

— fuq il-bażi ta’ l-imġieba tal-prezz ta’ l-esportazzjoni b’rispett ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-USA, huwa probabbli li, fl-assenza tal-miżuri, produtturi fil-pajjiżi kkonċernati jkunu jistgħu jerġgħu jadottaw prattika ta’ prezzijiet imwaqqgħa fis-suq tal-Komunità. Tassew, fuq bażi totali, il-prezzijiet iċċarġjati lil dawn is-swieqi ta’ l-esportazzjoni huma inqas mill-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità, għalkemm analiżi dettaljata ma setgħetx tinġieb minħabba fil-varjetà numeruża ta’ tipi ta’ prodotti differenti u għalhekk l-impossibbiltà li jiġu stabbiliti komparazzjonijiet għat-tipi kollha ta’ prodotti.

(b) L-investigazzjoni wriet li, fuq il-basi ta’ tipi ta’ prodotti komparabbli, il-produtturi esportaturi Tajlandiżi li jikkoperaw biegħu l-prodott ikkonċernat bi prezz baxx b’mod sinifikattiv minn ta’ l-industrija tal-Komunità. Bħal ma huwa għaċ-Ċina, fl-assenza ta’ koperazzjoni u minħabba fil-varjetà ta’ tipi ta’ prodott u għalhekk prezzijiet għall-importazzjoni, l-ebda komparazzjoni/qbil fil-prezz fuq bażi type per type setgħet ġiet maħruġa. Madankollu, il-fatti disponibbli juru li l-prezz medju ta’ l-importazzjoni Ċiniża huwa b’mod sinifik anti aktar baxx minn dak prattikat mill-produtturi Tajlandiżi. Għalhekk għandu jiġi konkluż li d-differenza bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw fiċ-Ċina u ta’ l-industrija tal-Komunità, mingħajr imposizzjoni ta’ dazji ta’ l-anti-dumping, hija mill-inqas sinifikattiva daqs kemm hija għall-importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajlandja.

(ċ) Dawn il-prezzijiet baxxi aktarx ikomplu jiġu ċċarġjati mill-pajjiżi kkonċernati, anke sabiex jerġgħu jakkwistaw l-ishma tagħhom mitlufa tas-suf. Imġiba ta’ prezz bħal dan, akkopjat ma’ l-abilità taċ-Ċina u tat-Tajlandja biex jibagħtu kw anti tajiet sinifikattivi tal-prodott ikkonċernat li qiegħed fis-suq tal-Komunità, jkollu probabilment l-effett li jinforza id-direzzjoni tal-prezz maħsub biex jitnaqqas il-kummerċ fis-suq, b’impatt negattiv mistenni fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità.

(79)

Barra minn hekk, l-iskadenza tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi jinvolvi l-iskadenza tal-miżuri mdawwra fil-fatti rigward l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mit-Tajwan. F’dan ir-rispett għandu jerġa jiġi magħrraf li, bħal ma ġie spjegat taħt il-premess 41, il-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi nstabu li kienu f’forma massiva mdawwra fil-fatti u għalhekk kienu estiża sat-Tajwan. Jekk dawn il-miżuri kontra t-Tajwan jerġgħu jitħassru, hemm probabbiltà kbira li t-tidwir fil-fatti jerġa jiġi mibdi.

(80)

Fuq il-bażi ta’ fuq, ġie honkluż illi, jekk il-miżuri jkollhom jitħassru, hemm probabbiltà ta’ rekorrenza ta’ inġurja miċ-Ċina u t-Tajalandja.

L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

RIMARKA PRELIMINARI

(81)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie examinat jekk il-manteniment tal-miżuri existenti ta’ l-anti-dumping jkunux kontra l-interess tal-Komunità bħala ħaġa sħiħa. Id-determinazzjoni ta’ l-interess tal-Komunitàkienet ibbażata fuq l-apprezzamentta’ l-interessi varji kollha involuti, jiġifieri, dawk ta’ l-industrija tal-Komunità, l-importaturi/kummerċj anti wkoll l-utenti tal-prodott li qiegħed taħt konsiderazzjoni.

(82)

Għandu jerġa jiġi msemmi li, fl-investigazzjoni preċedenti, l-adozzjoni tal-miżuri kienet ikkunsidrata bħala mhux kontra l-interess tal-Komunità. Barraminnhekk, il-fatt li l-investigazzjoni prexenti hija reviżjoni, għalhekk li tanalizza sitwazzjoni illi fiha il-miżuri ta’ l-anti-dumping kienu diġà jexistu, tippermetti il-valutazzjoni ta’ kull impatt eċċessiv negattiv dwar il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri kurrenti ta’ l-anti-dumping.

(83)

Fuq din il-bażi kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet fuq il-probabbiltà tar-rekorrenza tad-dumping inġurjuż, raġuni interess anti kienet teżisti li tkun tista’ twassal għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Komunità li żżomm miżuri f’dan il-każ partikolari.

Interess ta’ l-industrija tal-Komunità.

(84)

L-industrija tal-Komunità pprovat li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan ġie kkonfermat mill-iżvilupp pożittiv tas-sitwazzjoni ekonomika tiegħhu fi żmien meta kompetizzjoni effettiva reġgħet ittieħdet wara l-imposizzjoni tal-miżuri ta’ l-anti-dumping li huma kurrentement fis-seħħ. Il-livell ta’ profitt li seta’ jilħaq sentejn wara l-imposizzjoni tal-miżuri kienet ikkunsidrata fiż-żmien ta’ ta’ l-investigazzjoni oriġinali bħala raġonevoli bir-rigward lejn dak li l-industrija setgħet kienet qegħda tistenna li tikseb fl-assenza ta’ importazzjonijiet mwaqqgħa fil-prezz.

(85)

Jista’ raġonevolment ikun mistenni li l-industrija tal-Komunità għandha tkompli tibbenefika mill-miżuri li qegħdin kurrentement imposti. Jekk il-miżuri ma jiġux mantnuti/miżmuma, jkun probabbli li l-industrija tal-Komunità ssofri inġurja, anke jekk tittieħed kontra l-pajjiżi l-oħra li qegħdin jimportaw bi prezzijiet mwaqqa’.

Interess ta’ importaturi/kummerċj anti li mhumiex relatati

(86)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 57 importaturi/kummerċj anti li mhumiex relatati. Żewġ importaturi biss irrispondew il-kwestjonarju. Wieħed minn dawn l-importaturi kien jixtri l-prodott ikkonċernat miċ-Ċina, iżda biddel il-fornitur tiegħu wara li l-miżuri ġew imposti. Għalhekk ġie kklejmjat sabiex ma taffettwax jekk il-miżuri kellhomx jiġu mantnuti jew imħassra. It-tieni mportatur huwa favur il-titwil tal-miżuri u kklejmja li mġiba inġusta min-naħa tal-Kummerċ qabel ma l-miżuri ġew imposti kellha effett mhux preċiż fuq is-suq tal-Komunità.

(87)

Dsatax importaturi oħra rrispondew li huma ma kienux ikkonċernati mill-proċedura ladarba ma xtrawx mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu ta’ taħt ir-reviżjoni. L-ebda reazzjoni oħra ma ġiet irċevuta u għalhekk jista’ jiġi konkluż illi l-manteniment tal-miżuri ma għandux ikollu effett sinifikattiv negattiv fuq importaturi u kummerċj anti.

Interess ta’ l-utenti

(88)

L-utenti tal-prodott ikkonċernat huma l-aktar industriji petrokimiċi wkoll industriji attivi fis-settur tal-binja. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 23 utenti u 5 assoċjazzjonijiet Ewropej ta’ utenti potenzali. Tlett kumpanniji biss irrispondew u dawn kollha kklejmjaw li ma humiex interessati fil-proċedura.

(89)

Dan in-nuqqas ta’ koperazzjoni jidher jikkonferma li l-aċċessorji tat-tubi jew tal-pajpijiet jirrapprexentaw parti żgħira ħafna tal-prezzijiet totali tal-produzzjoni għal dawn il-kumpanniji, u li l-miżuri li qegħdin kurretement fis-seħħ ma kellhomx xi effett sustanzjalment negattiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika tagħhom.

KONKLUŻJONI FUQ INTERESS TAL-KOMUNITÀ

(90)

Mgħotija ir-raġunijiet ta’hawn fuq, huwa konkluż li ma huwiex ikkunsidrat li kull impatt possibbli fuq importaturi u utent ta’ l-industriji jista’ jkun kapaċi jikkompensa l-effett pożittiv fuq l-industrija tal-Komunità tal-miżuri kontra inġurji rikorrenti tad-dumping. Għalhekk ma hemmx raġunijiet interess anti/import anti kontra il-kontinwazzjoni tal-miżuri ta’ l-anti-dumping.

Forma tal-miżuri li jirrigwardaw it-Tajlandja

(91)

Bħal ma ntqal fl-avviż ta’ l-inizzjazzjoni, ir-reviżjoni temporanju li tirrigwarda il-forma tal-miżura għall-importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajlandja ġiet mibdija mill-Kummissjoni b’inizzjattiva tiegħu personali.

(92)

L-ebda konklużjoni finali f’dan ir-rispett għadha ma ntlaħqet u l-investigazzjoni għadha għaddejja.

MIŻURI TA’ L-ANTI-DUMPING

(93)

Il-partijiet kollha kienu nfurmati bil-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet fuq il-bażi li fuqha hemm l-intenzjoni sabiex jirrakkomandaw li l-miżuri existenti jiġu mantnuti. Huma ġew wkoll mgħotija perjodu li fih setgħu jagħmlu rapprexentazzjonijiet sussegwenti ma’ dan it-tikxif. L-ebda kummenti ma ġew irċevuti li kienu fin-natura li jibdlu l-konklużjonijiet ta’ fuq.

(94)

Ikompli minn fuq li, kif inhu provdut għalih fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri xierqa ta’ l-anti-dumping għall-importazzjonijiet tat-tubi jew pajpijiet aċċessorji, tal-ħadid jew l-azzar, li joriġinaw miċ-Ċina u mit-Tajlandja jew kunsinnati mit-Tajwan, bħal ma ġie estiż mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 763/2000 u bħal ma huwa emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2314/2000, għandu jiġi mantnut. Reġa ġie msemmi li dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazju ad valorem għaż-żewġ pajjiżi kkonċernati, minbarra l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li huma manifatturati u mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Komunità minn żewġ kumpanniji Tajlandiżi li għalihom intrapriżi ġew aċċettati.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Dazju definittiv ta’ kontra d-dumping huwa impost hawnhekk fuq importazzjonijiet tat-tubi jew pajpijiet aċċessorji (minbarra aċċessorji tal-ħadid fondut, pajpijiet w aċċessorji bil-kammin), tal-ħadid jew ta’ l-azzar (ma jinkludix l-istainless steel), b’diametru estern kbir li ma jaqbiżx is-609,6 mm, ta’ tip li jiġi wżat għall-butt-welding jew għal għanijiet oħra, li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM ex730793 11 (kodiċi TARIC 7307931199), ex730793 19 (kodiċi TARIC 7307931999), ex730799 30 (kodiċi TARIC 7307993098) u ex730799 90 (kodiċi TARIC 7307999098) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-poplu taċ-Ċina u t-Tajlandja.

▼M2

2.  Ir-rata tad-dazju definittiv ta' anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għandu jkun kif ġej għall-prodotti manifatturati minn:



Pajjiż

Rata ta’ dazju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

58,6 %

—

It-Tajlandja

58,9 %

A 999

Minbarra:

Awaji Sangyo (Thailand) Co., Ltd.,

Samutprakarn

7,4 %

8850

Thai Benkan Co. Ltd,

Prapadaeng-Samutprakarn

0 %

A 118

▼M1

2a  Minkejja l-paragrafu 2, fejn importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mit-Tajlandja jkunu suġġetti għal pagament ta’ dazju addizjonali ta’ protezzjoni skond Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1694/2002 ( 12 ), ir-rata tad-dazju kontra l-iddampjar applikabbli għall-prezz frank fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għandu jkun kif ġej:



Pajjiż

Kumpannija

Rata ta’ dazju AD (%) applikabbli meta d-dazju addizjonali ta’ protezzjoni jkun pagabbli

Kodiċi addizzjonali TARIC

Sat-28.3.2003

29.03.03 sa 28.09.03

29.09.03 sa 28.03.04

29.03.04 sa 28.09.04

29.09.04 sa 28.03.05

It-Tajlandja

Kollha (Minbarra: Thai Benkan Co. Ltd, Prapadaeng Samutprakarn)

35,2 %

37,6 %

37,6 %

39,7 %

39,7 %

8851

▼M2 —————

▼B

4.  Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 3

►M1  1. ◄   Id-dazju definittiv ta’ kontra d-dumping impost mill-Artikolu 1 fuq importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-poplu taċ-Ċina huwa hawnhekk estiż għall-importazzjonijiet ta’ l-istess aċċessorji (kodiċi TARIC: 7307931191; 7307931991; 7307993092; 7307999092) kunsinnati mit-Tajwan (kodiċi addizzjonali TARIC A 999), minbarra dawk il-prodotti mill-impriża Chup Hsin Co. Ltd, Kaohsiung (Taiwan) (kodiċi addizzjonaliTARIC A 098), Rigid Co. Ltd, Kaohsiung (Taiwan) (kodiċi addizzjonali TARIC A 099) u Niang Hong Pipe Fittings Co. Ltd, Kaohsiung (Taiwan) (kodiċi addizzjonali TARIC A 100).

▼M1

2.  Minkejja l-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-fittings prodotti mill-imsemmija Chup Hsin Enterprise Co. Ltd, Rigid Industries Co. Ltd u Niang Hong Pipe Fittings Co. Ltd, fejn importazzjonijiet ta’ fittings ikkunsinnati minn Tajwan huma suġġetti għal pagament ta’ dazju addizzjonali ta’ protezzjoni skond Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1694/2002, ir-rata tad-dazju kontra l-iddampjar applikabbli għall-prezz frank fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għandha tkun kif ġej:



Pajjiż

Kumpanija

Rata ta’ dazju AD (%) applikabbli meta dazju addizzjonali ta’ protezzjoni jkun pagabbli

Kodiċi addizzjoni TARIC

Sat-28.3.2003

29.03.03 sa 28.09.03

29.09.03 sa 28.03.04

29.03.04 sa 28.09.04

29.09.04 sa 28.03.05

It-Tajwan

Kollha (minbarra Chup Hsin Enterprise Co. Ltd, Rigid Industries Co. Ltd u Niang Hong Pipe Fittings Co. Ltd)

34,9 %

37,3 %

37,3 %

39,4 %

39,4 %

A999

▼B

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS

L-elementi li ġejjin għandhom jiġu murija/indikati fl-invojs kummerċjali li jakkompanjaw il-bejgħ tal-kumpannija tat-tubi u l-pajpijiet aċċessorji lill-Komunità li huma suġġetti għall-impriża.

1. L-Intestatura “INVOJS KUMMERĊJALI LI TAKKOMPANJA MERKANZIJA LI HIJA SUĠĠETTA GĦAL IMPRIŻA”

2. L-isem tal-kumpannija msemmija fl-Artikolu 2(1) li toħroġ l-invojs kummerċjali

3. In-numru ta' l-invojs kummerċjali

4. Id-data tal-ħruġ ta' l-invojs kummerċjali

5. Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħthom il-merkanzija fuq l-invojs għandha tiġi meħlusa mill-klijenti fil-limitu tal-Komunità.

6. Id-deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija

7. Id-deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-bejgħ, li tinkludi:

— prezz,

— il-kondizzjonijiet applikabbli ta' ħlas,

— il-kondizzjonijiet tal-kunsinna applikabbli,

— skont totali u ribassi.

8. L-isem tal-kumpannija li tattwa bħala mportatur li għalih l-invojs huwa maħruġ direttament mill-kumpannija.

9. L-isem ta' l-uffiċjal tal-kumpannija li ħareġ l-invojs ta' l-impriża u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jien, li ffirmajt hawn taħt, niċċertifika li l-bejgħ ta' l-esportazzjoni diretta minn (l-isem tal-kumpannija) lill-Komunità Ewropea tal-merkanzija koperta minn dan l-invojs qiegħed jiġi magħmul bil-għan u taħt il-kondizzjoniet ta' l-impriżi offruti minn (l-isem tal-kumpannija), u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta' (Deċiżjoni 996/252/KE). Niddikjara li l-informazzjoni provduta f'dan l-invojs hija kompleta u korretta.”.



( 1 ) ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, 07.11.02, p. 1).

( 2 ) ĠU L 84, 03.04.96, p. 1.

( 3 ) ĠU L 84, 03.04.96, p. 46.

( 4 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/453/KE (ĠU L 182, tal-21.7.2000, p. 25).

( 5 ) ĠU L 94, 14.04.00, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2314/2000 (ĠU L 267, 20.10.00, p. 15).

( 6 ) ĠU C 103, 03.04.01, p. 5.

( 7 ) ĠU L 159, 01.06.01, p. 4.

( 8 ) ĠU L 228, 24.08.02, p. 1.

( 9 ) US Federal reġistri/Vol. 64, Nru 232, tat-3.12.1999.

( 10 ) ĠU L 94, 14.04.00, p. 1.

( 11 ) Kunsill Regulation (KE) Nru 1514/2002 tad-19 ta’Awissu 2002 (ĠU L 228, ta’ l-24.8.2002, p. 1).

( 12 ) GU L 261, 28.9.2002, p.18