<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑632/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0632</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:303">EU:C:2017:303</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20170426">26.4.2017</DATE> – KAWŻA C 632/15</P><P>POPESCU</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir‑Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bit-triq</KEYWORD><KEYWORD>Liċenzja tas-sewqan</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/126/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 13(2)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>dritt ta’ sewqan mogħti qabel id-<DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li tinkiseb liċenzja tas-sewqan impost fuq il-persuni li kellhom l-awtorizzazzjoni sabiex isuqu mopeds mingħajr liċenzja qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑632/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (qorti għolja tal-kassazzjoni u tal-ġustizzja, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20151112">12 ta’ Novembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20151130">30 ta’ Novembru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Costin Popescu</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Guvernul României,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministerul Afacerilor Interne,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Direcția Regim Permise de Conducere si Înmatriculare a Vehiculelor,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Direcția Rutieră,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere si Înmatriculare a Vehiculelor,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL‑QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir‑Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Juhász (Relatur), C. Vajda, K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal C. Popescu, minnu stess,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn R. H. Radu kif ukoll minn O.-C. Ichim u E. Gane, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Slovakk, minn B. Ricziová, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Nicolae u J. Hottiaux, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20161124">24 ta’ Novembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="403" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2006">ĠU 2006 L 403, p. 18</REF.DOC.OJ>), b’mod partikolari tal-Artikolu 13(2), moqri flimkien mal-premessa 5 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Costin Popescu u l-Guvernul României (Gvern Rumen), irrappreżentat mis-Secretariatul General al Guvernului (segretarju ġenerali tal-gvern), il-Ministerul Afacerilor Interne (ministeru tal-affarijiet interni), id-Direcția Regim Permise de Conducere și înmatriculare a Vehiculelor (direzzjoni tal-liċenzji tas-sewqan u tar-reġistrazzjoni tal-vetturi), id-Direcția Rutieră (direttorat tat-toroq) u s-Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere şi înmatriculare a Vehiculelor (servizz pubbliku tal-liċenzji tas-sewqan u tar-reġistrazzjoni tal-vetturi), dwar l-obbligu li tinkiseb liċenzja tas-sewqan impost fuq il-persuni li kellhom l-awtorizzazzjoni sabiex isuqu mopeds mingħajr liċenzja qabel id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni Rumena li ttrasponiet id-Direttiva 2006/126 fid-dritt nazzjonali, li jiksbu tali liċenzja sabiex ikunu jistgħu jkomplu jsuqu dawn il-vetturi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 2 tad-Direttiva 2006/126 tiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ir-regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan huma essenzjali fl-implementazzjoni tal-politika tat-trasport komuni, jikkontribwixxu għat-titjib tas-sigurtà fit-toroq, u jiffaċilitaw il-moviment liberu ta’ persuni li jkunu sejrin jagħmlu r-residenza tagħhom fi Stat Membru differenti minn dak fejn tkun inħarġet il-liċenzja […].<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessa 5 ta’ din id-direttiva, din ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet eżistenti ta’ sewqan mogħtija jew miksuba qabel id-data ta’ applikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessa 8 ta’ din id-direttiva hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-finijiet tas-sigurtà fit-toroq, għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan. Hemm il-ħtieġa li jiġu armonizzati l-istandards għat-testijiet tas-sewqan u għall-ħruġ tal-liċenzji. Għal dan il-għan, għandhom jiġu definiti l-kompetenza, il-ħiliet u l-komportament konnessi mas-sewqan tal-vetturi, it-test tas-sewqan għandu jkun ibbażat fuq dawn il-kunċetti u għandhom jiġu definiti mill-ġdid l-istandards minimi tal-kapaċità fiżika u mentali sabiex jinsaqu tali vetturi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont il-premessa 13 tal-istess direttiva, l-introduzzjoni ta’ kategorija ta’ liċenzji tas-sewqan għaċ-ċiklomuturi (mopeds) għandha, b’mod partikolari, iżżid is-sigurtà fit-toroq fir-rigward tal-iżgħar sewwieqa li, skont l-istatistiċi, jintlaqtu l-agħar fl-inċidenti tat-toroq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessa 16 tad-Direttiva 2006/126 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Il-mudell ta’ liċenzja tas-sewqan kif stabbilit fid-Direttiva 91/439/KEE [tal-Kunsill tad-<DATE ISO="19910729">29 ta’ Lulju 1991</DATE>, dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 317)] għandu jiġi sostitwit b’mudell singolu fil-forma ta’ karta tal-plastik. Fl-istess waqt, dan il-mudell ta’ liċenzja tas-sewqan jeħtieġ li jiġi adattat minħabba l-introduzzjoni ta’ kategorija ġdida ta’ liċenzji tas-sewqan għaċ-ċiklomuturi u ta’ kategorija ġdida ta’ liċenzji tas-sewqan għall-muturi.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kategoriji, definizzjonijiet u età minima<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-liċenzja tas-sewqan prevista fl-Artikolu 1 għandha tawtorizza s-sewqan ta’ vetturi b’mutur fil-kategoriji definiti aktar ’l isfel. Hija tista’ tinħareġ mill-età minima indikata għal kull kategorija. <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Vettura b’mutur<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser kwalunkwe vettura, barra vettura li timxi fuq linji ta’ ferrovija, bi propulsjoni awtonoma li timxi fuq it-triq permezz tal-qawwa tagħha stess.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ċiklomuturi (mopeds):</P><P>Kategorija AM</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Vetturi b’żewġ jew tliet roti b’veloċità proġettata massima li ma taqbiżx il-45 km/siegħa, kif definiti fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20020318">18 ta’ Marzu 2002</DATE> dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta [u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 399)] (esklużi dawk b’veloċità proġettata massima li tkun taħt jew ugwali għal 25 km/siegħa), u kwadriċikli ħfief kif definiti fl-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2002/24/KE;</P></ITEM><ITEM><P>l-età minima għall-Kategorija AM hija ta’ 16-il sena.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/126, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Ħruġ, validità u tiġdid<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-liċenzji tas-sewqan għandhom jinħarġu biss lil dawk l-applikanti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jkunu għaddew minn test ta’ ħila u ta’ komportament u minn test teoriku u li jissodisfaw l-istandards mediċi, skond il-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi II u III;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li jkunu għaddew minn test teoriku fir-rigward tal-Kategorija AM biss; l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-applikanti jgħaddu minn test ta’ ħila u ta’ komportament kif ukoll minn eżami mediku għal din il-kategorija.</TXT><P>Għal triċikli u kwadriċikli f’din il-kategorja l-Istati Membri jistgħu jimponu test distintiv ta’ ħila u ta’ komportament. Għad-differenzjazzjoni ta’ vetturi fil-Kategorija AM, jista’ jiġi inserit kodiċi nazzjonali fil-liċenzja;</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Ekwivalenzi bejn mudelli ta’ liċenzja mhux Komunitarji<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bil-kunsens tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ekwivalenzi bejn id-drittijiet miksuba qabel l-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-kategoriji definiti fl-Artikolu 4.</ALINEA><ALINEA>Wara li jikkonsultaw il-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu kull aġġustament fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom li jkun meħtieġ bil-għan li jimplementaw id-dispożizzjoniiet ta’ l-Artikolu 11(4), (5) u (6).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull dritt ta’ sewqan mogħti qabel 19 ta’ Januar 2013 ma għandux jitneħħa jew bi kwalunkwe mod kwalifikat bid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(1) u (2) tad-Direttiva 2006/126, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Traspożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jobbliga lilll-Istati Membri, minn naħa, li jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva li dan jelenka, fosthom l-Artikolu 4(1) u (2), l-Artikolu 7(1)(b), u l-Artikolu 13 tagħha, mhux iktar tard mid-<DATE ISO="20110119">19 ta’ Jannar 2011</DATE>, u, min-naħa l-oħra, li japplikaw id-dispożizzjonijiet trasposti mid-<DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-legea nr. 203/2012 pentru modificarea şi completarea Ordonanţei de urgenţă a Guvernului nr. 195/2002 privind circulaţia pe drumurile publice (Liġi Nru°203/2012 li temenda u tikkompleta d-digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 195/2002 dwar it-traffiku fit-toroq pubbliċi, <HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Nru°760, tat-<DATE ISO="20121112">12 ta’ Novembru 2012</DATE>), li ttrasponiet ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126 fid-dritt Rumen, ilha applikabbli mid-<DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE>. Din il-liġi emendat l-Ordonanța de urgență a Guvernului nr. 195/2002 privind circulația pe drumurile publice (digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 195/2002 dwar it-traffiku fit-toroq pubbliċi, <HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, parti I, Nru°670, tat-<DATE ISO="20060803">3 ta’ Awwissu 2006</DATE>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>OUG Nru°195/2002<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), kif ukoll ir-regolament ta’ applikazzjoni ta’ dan id-digriet b’urġenza, kif approvat mill-Hotărârea Guvernului Nru 1391/2006 (deċiżjoni tal-Gvern Nru 1391/2006, <HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, parti I, Nru°876, tas-<DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Sabiex tiġi żgurata t-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 160 u 161 tar-regolament ta’ applikazzjoni tal-OUG Nru 195/2002 li kienu jirrigwardaw il-mopeds, tħassru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 203/2012, ir-regolament ta’ applikazzjoni tal-OUG Nru 195/2002 kien jipprevedi, fl-Artikolu 160(2) tiegħu, li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[i]l-persuni li ma għandhomx liċenzja tas-sewqan jistgħu jsuqu mopeds fit-toroq pubbliċi biss jekk dawn jistgħu juru li kkompletaw kors dwar il-kodiċi tat-triq fi ħdan stabbiliment awtorizzat ta’ taħriġ għas-sewwieqa ta’ vetturi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 161(2) ta’ dan ir-regolament ta’ applikazzjoni kien jippreċiża, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 203/2012, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[m]eta jsuqu fit-toroq pubbliċi, iċ-ċiklisti huma marbuta li jżommu fuqhom il-karta ta’ identità tagħhom u s-sewwieqa tal-mopeds għandhom barra minn hekk iżommu fuqhom l-attestazzjoni ta’ taħriġ tagħhom fil-leġiżlazzjoni tat-triq u ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-punti 6 u 21 tal-Artikolu 6 tal-OUG Nru 195/2002 jiddefinixxu l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>vettura bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>moped<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Dawn jiddikjaraw, minn naħa, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>il-mopeds […] huma kkunsidrati bħala vetturi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u, min-naħa l-oħra, li l-kwadriċikli ħfief <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>[h]uma ekwivalenti għal mopeds<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(1) sa (3) tal-OUG Nru 195/2002 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex isuqu vetturi bil-mutur fit-toroq pubbliċi, trammijiet, tractors użati esklużivament fl-ażjendi agrikoli jew fil-foresterija jew makkinarju li jaħdem waħdu, is-sewwieqa tagħhom għandhom ikollhom liċenzja tas-sewqan adattata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-liċenzji tas-sewqan jinħarġu għall-kategoriji ta’ vetturi li ġejjin: AM […].”</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-kategoriji ta’ vetturi previsti fil-paragrafu 2 li għalihom tinħareġ liċenzja tas-sewqan huma deskritti fl-Anness 1<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Anness 1 tal-OUG Nru 195/2002 jelenka l-kategoriji ta’ vetturi li għalihom tinħareġ liċenzja tas-sewqan, konformement mal-Artikolu 20(2) ta’ dan tal-aħħar. Il-punt (a) tal-imsemmi anness jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kategorija AM<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> bħala li tipprevedi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>mopeds<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23(1) u (9) tal-OUG Nru 195/2002:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt tas-sewqan ta’ vettura bil-mutur […] fit-toroq pubbliċi jingħata esklużivament lid-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan valida, li tikkorrispondi mal-kategorija li tinkludi l-vettura, jew lil kull persuna li tista’ tipprova, bħala sostituzzjoni, dokument li jawtorrizzaha sabiex issuq fit-toroq pubbliċi.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="023.009"><NO.PARAG>(9)</NO.PARAG><ALINEA>L-eżami ta’ kisba tal-liċenzja tas-sewqan jikkonsisti f’test tat-teorija li jivverifika l-konoxxenzi u f’test prattiku ta’ verifika tal-kapaċitajiet u tal-aġir, li jikkorrispondu mal-kategorija ta’ liċenzja mitluba. It-test ta’ prattika għall-kategorija AM jikkonsisti biss fil-verifika tal-kapaċitajiet ta’ sewqan f’angoli irranġati b’mod speċjali. Il-kundizzjonijiet għall-kisba tal-liċenzja tas-sewqan huma stabbiliti permezz ta’ regolament<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>C. Popescu huwa detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni għal kwadriċiklu ħafif tat-trade mark Aixam, ikklassifikat bħala vettura fil-kategorija L6e, ekwivalenti għal moped, kif ukoll ta’ attestazzjoni li tiċċertifika li huwa kkompleta kors fil-kodiċi tat-triq għas-sewqan tal-mopeds fit-toroq pubbliċi. L-imsemmija dokumenti, li nħarġulu matul is-sena 2010, kienu jippermettulu sabiex isuq vettura bħal tiegħu, konformement mal-Artikoli 160 u 161 tar-regolament ta’ applikazzjoni tal-OUG Nru 195/2002 fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-<DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Mid-<DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE>, is-sewqan tal-mopeds fit-toroq pubbliċi, jew ta’ vetturi ekwivalenti, ġie suġġett fir-Rumanija għall-kisba ta’ liċenzja tas-sewqan, abbażi tal-Liġi Nru 203/2012, li emendat l-OUG Nru 195/2002 sabiex tittrasponi fid-dritt nazzjonali ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>C. Popescu ppreżenta rikors kontra diversi awtoritajiet nazzjonali, quddiem il-Curtea de Apel București (qorti tal-appell ta’ Bucharest, ir-Rumanija), sabiex id-dritt tiegħu għas-sewqan tal-mopeds fit-toroq pubbliċi, li kien kiseb qabel id-<DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE>, jiġi rrikonoxxut wara din id-data, mingħajr ma jkollu jwettaq formalitajiet supplimentari, u sabiex dokument li jiċċertifika dan id-dritt jinħariġlu mill-awtorità kompetenti. Insostenn tar-rikors tiegħu, huwa allega li l-leġiżlazzjoni ġdida, li tirriżulta mil-Liġi Nru 203/2012, tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Billi C. Popescu qajjem ukoll eċċezzjoni ta’ inkostituzzjonalità fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-OUG Nru 195/2002 kif emendat bil-Liġi Nru 203/2012, il-Curtea de Apel București (qorti tal-appell ta’ Bucharest) adixxiet lill-Curtea Constituțională (qorti kostituzzjonali, ir-Rumanija).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, din il-qorti, filwaqt li ppreċiżat li l-interpretazzjoni tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni kienet tmur lil hinn mill-ġurisdizzjoni tagħha u li din il-prerogattiva tappartjeni esklużivament lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ inkostituzzjonalità bħala infondata, minħabba li d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali msemmija minn C. Popescu kienu konformi mal-Kostituzzjoni Rumena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-imsemmija deċiżjoni, il-Curtea de Apel București (qorti tal-appell ta’ Bucharest) iddikjarat ir-rikors ta’ C. Popescu bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>C. Popescu ppreżenta appell quddiem l-Înalta Curte de Casație și Justiție (qorti għolja tal-kassazzjoni u tal-ġustizzja, ir-Rumanija), filwaqt li sostna li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 203/2012 ma humiex konformi mal-premessa 5 u mal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/126, skont liema ebda dritt ta’ sewqan maħruġ qabel id-<DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE> ma għandu jitneħħa jew bi kwalunkwe mod jinkludi restrizzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Bħala difiża, l-Inspectoratul General al Poliției Române (l-ispettorat ġenerali tal-pulizija Rumen) sostna li l-emendi mwettqa fl-OUG Nru 195/2002 bil-Liġi Nru 203/2012, li jikkonsistu li s-sewqan ta’ moped ikun suġġett għall-kisba ta’ liċenzja, kienu mmotivati mill-għan li titjieb is-sigurtà fit-toroq, billi jitnaqqas in-numru u l-konsegwenzi tal-inċidenti fit-triq li jinvolvu l-mopeds permezz tar-rekwiżit li s-sewwieqa jiksbu l-konoxxenzi teoretiċi u l-kapaċitajiet prattiċi neċessarji matul taħriġ adattat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Înalta Curte de Casație și Justiție (qorti għolja tal-kassazzjoni u tal-ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126 […] jippermettu lir-Rumanija li tobbliga lix-xufiera ta’ mopeds, detenturi ta’ dokument uffiċjali li jagħtihom id-dritt li jsuquhom fit-toroq pubbliċi qabel id- <DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE>, li jiksbu liċenzja tas-sewqan billi jgħaddu minn testijiet jew eżamijiet simili għal dawk li jsiru għall-vetturi bil-mutur l-oħra sabiex ikunu jistgħu jkomplu jsuqu l-mopeds wara d-<DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE>?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126, b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, adottata fid-dawl tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva fid-dritt intern, li ttemm l-awtorizzazzjoni ta’ sewqien ta’ mopeds mingħajr li s-sewwieqa jkunu detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan, fejn il-ħruġ tagħha huwa suġġett li d-detenturi jgħaddu minn testijiet jew eżamijiet simili għal dawk meħtieġa għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(2) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li l-ebda dritt tas-sewqan maħruġ qabel id-<DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE> ma għandu jitneħħa jew jinkludi kwalunkwe restrizzjoni abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-istess direttiva u l-premessa 5 ta’ din tal-aħħar tiddikjara li din ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet tas-sewqan eżistenti jew miksuba qabel id-data ta’ applikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, C. Popescu jsostni li, fl-adozzjoni tal-Liġi Nru 203/2012 li tittrasponi fid-dritt Rumen id-Direttiva 2006/126, ma setgħux jiġu ppreġudikati d-drittijiet tas-sewqan eżistenti, miksuba qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi. Fil-fehma tiegħu, l-Artikolu 13(2) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat bħala li jirreferi għal kull awtorizzazzjoni għas-sewqan li ġiet irrikonoxxuta, anki mingħajr is-sostenn ta’ att formali, minn Stat Membru u mhux biss l-awtorizzazzjonijiet li seħħew permezz tal-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan jew att ta’ natura ekwivalenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>C. Popescu jibbaża dawn il-kunsiderazzjonijiet, b’mod partikolari, fuq il-formulazzjoni tal-verżjoni fil-lingwa Rumena ta’ din id-dispożizzjoni, li fiha tidher il-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>drept ta conducere acordat<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li tinkludi t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>drept<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> li normalment jirreferi għad-dritt fih innifsu u mhux għad-dokument li jiċċertifika dritt mogħti, kif ukoll il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>acordat<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> li tfisser litteralment <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>mogħti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u tista’ tirreferi kemm għal dritt kif ukoll għal dokument li jiċċertifika dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif ikkonstata l-Avukat Ġenerali fil-punt 42 tal-konklużjonijiet tiegħu, interpretazzjoni letterali tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>droit de conduire délivré<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, li tidher fil-verżjoni Franċiża, b’mod partikolari fir-rigward tat-tifsira komuni tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>mogħti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, tista’ tippermetti li jiġi kkunsidrat li l-formulazzjoni tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/126 timplika li huma biss l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi għas-sewqan li jirriżultaw minn att li jkun inħareġ b’mod formali, ġeneralment fil-forma ta’ att amministrattiv individwali, qabel id-<DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE>, li ma humiex affettwati, skont din id-dispożizzjoni, mir-rekwiżiti li jinsabu f’din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, jidher li jeżistu diverġenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/126.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar f’dan ir-rigward li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-formulazzjoni użata f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tistax isservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u lanqas ma tista’ tingħata prijorità fuq il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod uniformi, fid-dawl tal-verżjonijiet redatti bil-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea. Fil-każ ta’ diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti ta’ test tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata skont l-istruttura ġenerali u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Edilizia Mastrodonato</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:606">EU:C:2016:606</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160922">22 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Breitsamer und Ulrich</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑113/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:718">EU:C:2016:718</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-istruttura ġenerali tad-Direttiva 2006/126, għandu jiġi rrilevat li din tal-aħħar tistabbilixxi mudell uniku Komunitarju ta’ liċenzji tas-sewqan intiż sabiex jissostitwixxi d-diversi liċenzji tas-sewqan eżistenti fl-Istati Membri u introduċiet kategorija ġdida ta’ liċenzja tas-sewqan għall-mopeds. Hija għalhekk tistabbilixxi u tiddefinixxi, fl-Artikolu 4 tagħha, il-kategoriji differenti ta’ liċenzji tas-sewqan li fir-rigward tagħhom l-Istati Membri, li kull wieħed minnhom iddefinixxa l-kategoriji proprji tiegħu ta’ liċenzji tas-sewqan, għandhom jistabbilixxu ekwivalenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Hofmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑419/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:240">EU:C:2012:240</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Artikolu 13 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Ekwivalenzi bejn mudelli ta’ liċenzja mhux Komunitarji<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u li fih tinsab l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>dritt ta’ sewqan mogħti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> inkwistjoni, huwa intiż biss sabiex jirregola l-kwistjoni tal-ekwivalenzi bejn id-drittijiet miksuba qabel l-implementazzjoni ta’ din id-direttiva u l-kategoriji differenti ta’ liċenzji tas-sewqan iddefiniti minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Hofmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑419/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:240">EU:C:2012:240</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jiġifieri bejn il-kategoriji differenti ta’ liċenzji tas-sewqan stabbiliti mill-Istati Membri u dawk li jirriżultaw mid-Direttiva 2006/126.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li d-dispożizzjoni inkwistjoni tikkonċerna biss l-ekwivalenzi bejn il-liċenzji tas-sewqan il-qodma u l-mudell uniku Komunitarju ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni hija kkonfermata mill-eżami tax-xogħlijiet preparatorji tad-Direttiva 2006/126, li minnhom jirriżulta li l-Artikolu 13(2) ta’ din id-direttiva ġie miżjud fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew, li ġġustifika din iż-żieda billi ppreċiża li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>l-bidla tal-liċenzji tas-sewqan il-qodma<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ma kellha fl-ebda każ tirriżulta f’telf jew f’restrizzjoni tad-drittijiet miksuba f’dak li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għas-sewqan ta’ diversi kategoriji ta’ vetturi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Hofmann</NAME.CASE>,<NO.CASE>C‑419/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:240">EU:C:2012:240</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-iskop tad-Direttiva 2006/126, għandu jitfakkar li din tal-aħħar għandha b’mod partikolari bħala għan it-titjib tas-sigurtà fit-toroq, kif jikkonfermaw il-premessi 2, 8 u 13 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont il-premessa 2 ta’ din id-direttiva, ir-regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan jikkontribwixxu għat-titjib tas-sigurtà fit-toroq. Il-premessa 8 ta’ din id-direttiva tiddikjara li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>[g]ħall-finijiet tas-sigurtà fit-toroq, għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Skont il-premessa 13 tal-istess direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>[l]-introduzzjoni ta’ kategorija ta’ liċenzji tas-sewqan għaċ-ċiklomuturi (mopeds) għandha, b’mod partikolari, iżżid is-sigurtà fit-toroq fir-rigward ta’ l-iżgħar sewwieqa, li skond l-istatistiċi, jintlaqtu l-agħar bl-inċidenti fit-toroq<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, filwaqt li l-mopeds ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 91/439, id-Direttiva 2006/126, li ssostitwixxietha, estendiet dan il-kamp ta’ applikazzjoni u introduċiet ir-rekwiżit ta’ liċenzja tas-sewqan għal din it-tip ta’ vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Mid-<DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE>, l-Istati Membri kienu obbligati li jistabbilixxu kategorija ġdida ta’ liċenzja tas-sewqan għall-mopeds, skont l-Artikolu 16(1) u (2) ta’ din id-direttiva, li jipprevedi li huma japplikaw il-leġiżlazzjoni adottata sabiex jiġu trasposti dawn id-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva. Tali liċenzji jinħarġu konformement mal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2006/126, lill-applikanti li jkunu għaddew minn test teoretiku, u jekk il-leġiżlatur nazzjonali jkun iddeċieda hekk, ikunu għaddew minn eżami prattiku u/jew eżami mediku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Ma jistax jiġi miċħud li dan ir-rekwiżit li sewwieqa ta’ mopeds jiksbu konoxxenzi teoretiċi u, eventwalment, kompetenzi prattiċi jippermetti li jiġi żgurat livell ogħla ta’ sigurtà fit-toroq. Barra minn hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 54 tal-konklużjonijiet tiegħu, in-neċessità tal-kisba minn qabel ta’ liċenzja tas-sewqan jagħmel possibbli l-applikazzjoni għal dawn tal-aħħar, fil-każ ta’ ksur tal-kodiċi tat-triq, dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-irtirar, tas-sospensjoni, ta’ tiġdid u tal-kanċellament ta’ liċenzja tas-sewqan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif irrilevaw ġustament il-Gvern Rumen u l-Gvern Slovakk fl-osservazzjonijiet tagħhom, interpretazzjoni tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/126, li tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jwebbsu l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għas-sewqan ta’ mopeds fit-toroq pubbliċi li kienet teżisti qabel id-<DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE>, tipprekludi li jintlaħaq l-għan tat-titjib tas-sigurtà fit-toroq mixtieq mil-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li kemm mill-interpretazzjoni sistematika kif ukoll mill-interpretazzjoni teleoloġika tad-Direttiva 2006/126 jirriżulta li l-Artikolu 13(2) ta’ din id-direttiva jirreferi biss għad-detenzjoni ta’ liċenzja tas-sewqan u ta’ dokumenti uffiċjali ekwivalenti għalihom li jawtorizzaw espressament lid-detentur għas-sewqan tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward b’mod partikolari tal-fatti fil-kawża prinċipali, jirriżulta mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li C. Popescu kien ġie awtorizzat li jiċċirkula fir-Rumanija, qabel id-<DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE>, b’vettura li taqa’ taħt il-kategorija ta’ mopeds, fil-kwalità tiegħu bħala detentur ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ kwadriċiklu, ekwivalenti għal moped, u ta’ attestazzjoni li tiċċertifika li ġie kkompletat kors tal-kodiċi tat-triq għas-sewqan ta’ mopeds fit-toroq pubbliċi. Peress li ma huwiex detentur ta’ liċenzja tas-sewqan jew ta’ dokument ekwivalenti, ma jistax għalhekk jinvoka l-protezzjoni prevista fl-Artikolu 13(2) tal-imsemmija direttiva sabiex jiġi rrikonoxxut mill-awtorità Rumena kompetenti, id-dritt li jkompli juża mopeds fit-toroq pubbliċi mingħajr ma jwettaq formalitajiet supplimentari u jippreżenta dokument uffiċjali li jiċċertifika dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandha tingħata risposta għad-domanda li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126, b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, adottata fid-dawl tat-traspożizzjoni ta’<?PAGE NO="9"?> din id-direttiva fid-dritt intern, li ttemm l-awtorizzazzjoni ta’ sewqan ta’ mopeds mingħajr li s-sewwieqa jkunu detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan, li l-ħruġ tagħha huwa suġġett li d-detenturi jgħaddu minn testijiet jew eżamijiet simili għal dawk meħtieġa għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur oħrajn.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il‑Qorti tal-Ġustizzja (Ir‑Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, adottata fid-dawl tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva fid-dritt intern, li ttemm l-awtorizzazzjoni ta’ sewqan ta’ mopeds mingħajr li s-sewwieqa jkunu detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan, li l-ħruġ tagħha huwa suġġett li d-detenturi jgħaddu minn testijiet jew eżamijiet simili għal dawk meħtieġa għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur oħrajn.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>