European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1612

16.2.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11390 — RHEINMETALL / KNDS / UAB LITHUANIA DEFENSE SERVICES JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/1612)

1.   

Fit-8 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Rheinmetall Landsysteme GmbH (aktar ’il quddiem “RLS”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Rheinmetall AG (aktar ’il quddiem “Rheinmetall”),

—

Krauss-Maffei Wegmann GmbH & Co. KG (“KMW”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn KNDS N.V. (“KNDS”, in-Netherlands),

—

UAB Lithuania Defense Services (“LDS”), ikkontrollati b’mod konġunt minn RLS u KMW.

RLS u KMW jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ LDS.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

RLS hija attiva fl-iżvilupp, il-manifattura, it-tiswija, il-bejgħ u l-ġestjoni tal-ordni u tas-servizz ta’ vetturi militari fuq iċ-ċineg u dawk bir-roti, sistemi ta’ torrijiet u sistemi ta’ rikonjizzjoni tal-NBC. RLS hija kompletament proprjetà ta’ Rheinmetall, li hija attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ tagħmir tad-difiża u komponenti awtomobilistiċi.

—

KMW hija attiva fl-iżvilupp, il-manifattura u l-appoġġ ta’ portafoll ta’ prodotti li jvarja minn vetturi protetti ħafna bir-roti għal sistemi kontra l-inġenji tal-ajru u tal-artillerija għal tankijiet tal-gwerra ewlenin, vetturi tal-ġlied tal-infanterija u sistemi ta’ tqegħid ta’ pontijiet. KMW hija parti minn KNDS, assoċjazzjoni Franko-Ġermaniża fis-settur tad-difiża tal-art.

—

LDS hija attiva fil-forniment ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ għal vetturi militari fuq iċ-ċineg u dawk bir-roti prinċipalment fil-Baltiċi u fil-Polonja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.11390 — RHEINMETALL / KNDS / UAB LITHUANIA DEFENSE SERVICES JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika jew bil-posta normali. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1612/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)