<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑583/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0583</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:737">EU:C:2015:737</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20151029">29.10.2015</DATE> – KAWŻA C‑583/14</P><P>NAGY</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20151029">29 ta’ Ottubru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 18 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadinanza tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 20 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-persuni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 63 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Ċirkulazzjoni fit-toroq</KEYWORD><KEYWORD>Xufiera residenti fl-Istat Membru kkonċernat</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li jipproduċu immedjatament il-prova tar-regolarità tal-użu ta’ vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor waqt ispezzjoni tal-pulizija</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑583/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa minn Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (qorti amministrattiva u tax-xogħol ta’ Szombathely, L-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Benjámin Dávid Nagy</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Vas Megyei Rendőr-főkapitányság,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tas-Sitt Awla, fil-funzjoni tiegħu ta’ President tas-Seba’ Awla, C. Lycourgos (Relatur) u J.‑C. Bonichot, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Tátrai u G. Koós, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Montaguti u B. Béres, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 18 TFUE, u 20(2)(a) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn B.D Nagy u Vas Megyei Rendőr-főkapitányság (kummissarjat ċentrali tad-dipartiment ta’ Vas, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>kummissarjat ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar multa amministrattiva għall-ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali marbuta mal-użu fit-territorju Ungeriż, minn persuna hemm residenti, ta’ vettura bil-pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranin.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest legali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl-Ungerija, l-Artikolu 20(1)(l) tal-liġi Nru I tal-1988 dwar iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq (A közúti közlekedésről szóló 1988. évi I. törvény, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>liġi dwar iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Tkun suġġetta għall-ħlas ta’ multa kull persuna li tikser id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, ta’ atti leġiżlattivi jew regolatorji speċifiċi, jew ta’ atti tad-dritt Komunitarju li jirregolaw l-użu fit-territorju nazzjonali, minn persuna jew entità li tkun hemm residenti, ta’ vettura li jkollha pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranin,</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="020.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-multa li għaliha jkun suġġett il-persuna responsabbli tammonta, għal kull ksur tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, [...] (l) [...], għal somma ta’ bejn <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> u <FT TYPE="NUMBER">800000</FT> [forinti Ungeriżi (HUF) (madwar EUR 32 sa EUR <FT TYPE="NUMBER">2500</FT>)]. Att speċifiku għandu jiddetermina l-ammont massimu tal-multi li għandhom jiġu imposti [...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 25/B ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull vettura [...] li tkun tgawdi minn awtorizzazzjoni amministrattiva u li jkollha pjanċi ta’ reġistrazzjoni Ungeriżi maħruġa mill-awtorità ta’ amministrazzjoni ta’ ċirkulazzjoni fit-toroq, tista’ tintuża fit-toroq sakemm:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-operatur tagħha jkun operatur Ungeriż fis-sens tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ix-xufier tagħha jkollu d-domċilju tiegħu fit-territorju nazzjonali.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ma hemmx lok li jiġi applikat il-paragrafu 1(a), meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-operatur ma jkunx persuna fiżika u jkun jeżerċita l-attività abitwali tiegħu f’pajjiż barrani fejn ikollu stabbiliment (fergħa) irreġistrat [...]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="025.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ma hemmx lok li jiġi applikat il-paragrafu 1(b), meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ir-residenza abitwali tax-xufier tal-vettura ma tkunx fit-territorju nazzjonali,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ix-xufier tal-vettura jużaha fit-territorju nazzjonali għal perijodu li ma jeċċedix total ta’ 30 jum ikkalkulati fuq perijodu ta’ sitt xhur, u l-operatur ikun ta il-kunsens tiegħu għall-użu tal-vettura permezz ta’ dikjarazzjoni inkluża f’att li jinkludi wkoll l-indikazzjoni tad-data tal-bidu tal-użu tal-vettura u t-tul tad-dritt tal-użu, jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>ix-xufier ikun kiseb mill-operatur barrani d-dritt tal-użu tal-vettura użata fit-territorju nazzjonali bil-għan tal-eżerċizzju ta’ xogħol abitwali.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="025.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Operatur jew xufier ta’ vettura, skont il-każ, għandu jistabbilixxi l-eżistenza tal-kundizzjonijiet iddeterminati fil-paragrafi 2 u 4 matul operazzjoni ta’ spezzjoni permezz tal-produzzjoni ta’ dokument pubbliku jew ta’ skrittura privata redatt/a bl-Ungeriż, jew akkumpanjat/a minn traduzzjoni lejn il-lingwa Ungeriża ċċertifikata konformi jew le.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 12/A tad-Digriet tal-Gvern Nru 156/2009, marbut mal-ammont tal-multi applikabbli f’każ ta’ ksur ta’ ċerti dispożizzjonijiet li jirregolaw it-trasport bit-triq ta’ merkanzija u ta’ persuni, kif ukoll iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq, u marbut mal-kompiti amministrattivi li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-multi (A közúti árufuvarozáshoz, személyszállításhoz és a közúti közlekedéshez kapcsolódó egyes rendelkezések megsértése esetén kiszabható bírságok összegéről, valamint a bírságolással ősszefüggő hatósági feladatokról szóló 156/2009. Kormányrendelet), tad-<DATE ISO="20090729">29 ta’ Lulju 2009</DATE>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-operatur Ungeriż ta’ vettura li jkun kiser id-dispożizzjoni tal-Artikolu 20(1)(l) tal-[liġi dwar iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq] ikun, jekk dan ma jkunx persuna fiżika, suġġett għal multa fl-ammont ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>HUF <FT TYPE="NUMBER">400000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1250</FT>) għal kull vettura ta’ ċilindrata li tekwivali jew li ma teċċedix <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> cm<HT TYPE="SUP">3</HT>,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>HUF <FT TYPE="NUMBER">800000</FT> (madwar <FT TYPE="NUMBER">2500</FT> euros) għal kull vettura ta’ ċilindrata li teċċedi <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> cm<HT TYPE="SUP">3</HT>, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>HUF <FT TYPE="NUMBER">200000</FT> (madwar EUR 625) għal kull vettura oħra.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-ksur tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 20(1)(l) tal-[liġi dwar iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq] jitwettaq minn persuna fiżika, l-ammont tal-multa dovuta minn dan tal-aħħar jekwivali għal nofs l-ammont indikat fil-paragrafu 1.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>B.D. Nagy huwa ċittadin Ungeriż li jirrisjedi fl-Ungerija li, fis-<DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE>, ma kienx ħaddiem, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, u ma kellux ir-residenza abitwali tiegħu barra mill-pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-fardsieq ta’ B.D. Nagy, ċittadin Ungeriż residenti fl-Awstrija, huwa wieħed mill-isħab u r-rappreżentant legali ta’ Alpen-Reisen Horvath OG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201D" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Alpen‑Reisen<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), kumpannija rreġistrata fl-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont kuntratt konkluż fit-<DATE ISO="20101203">3 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Alpen‑Reisen ikkonċediet, mis-<DATE ISO="20101207">7 ta’ Diċembru 2010</DATE> u sat-tħassir ta’ dan id-dritt, lil B.D. Nagy, id-dritt li juża vettura partikolari, li kellha l-pjanċi ta’ reġistrazzjoni Awstrijaċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>B.D. Nagy ma kellux il-pussess permanenti tal-vettura, iżda kien jużaha okkażjonalment meta l-fardsieq tiegħu kien jobbligah iwettaq ċerti kompiti marbuta mal-attivitajiet ta’ Alpen‑Reisen. Din tal-aħħar kienet tagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta’ manutenzjoni ta’ din il-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE>, B.D. Nagy kien qiegħed juża din il-vettura partikolari f’Szombathely (L-Ungerija) meta ġie sottopost għal ispezzjoni mill-pulizija. Waqt din l-ispezzjoni, B.D. Nagy spjega li l-fardsieq tiegħu kien sellfu l-imsemmija vettura bil-għan li jkun jista’ jużaha fl-Ungerija, iżda ma setax<?PAGE NO="4"?> jipproduċi immedjatament il-kuntratt li jagħtih id-dritt li juża l-vettura inkwistjoni. Konsegwentement, l-uffiċjali tal-pulizija, ħadu l-pjanċi tar-reġistrazzjoni kif ukoll l-awtorizzazzjoni amministrattiva ta’ ċirkulazzjoni tal-imsemmija vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, il-kummissarjat tal-pulizija ta’ Szombathely (Szombathelyi Rendőrkapitányság) impona fuq B.D. Nagy multa amministrattiva ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">400000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1250</FT>) għall-ksur tar-regoli marbuta mal-użu fit-territorju nazzjonali Ungeriż, minn persuni residenti hemm, ta’ vetturi li jkollhom pjanċi amministrattivi barranin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>B.D. Nagy ippreżenta rikors amministrattiv minn din id-deċiżjoni quddiem il-kummissarjat ċentral. Insostenn ta’ dan tal-aħħar, huwa sostna li huwa kien irċieva mingħand il-fardsieq tiegħu l-awtorizzazzjoni li jsuq il-vettura inkwistjoni u li d-dispożizzjonjiet tad-dritt Ungeriż li abbażi tagħhom ġiet imposta fuq il-multa kienu kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-prinċipju tal-moviment liberu tal-persuni. F’dan ir-rigward huwa għamel riferiment għall-kawża li sussegwentement tat lok għad-Digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kovács</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:705">EU:C:2013:705</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li dak iż-żmien kienet għadha pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u li kienet tirrigwarda l-istess leġiżlazzjoni Ungeriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130715">15 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-kummissarjat ċentrali kkonferma d-deċiżjoni tal-kummissarjat tal-pulizija ta’ Szombathely. Il-kummissarjat ċentrali kkonstata b’mod partikolari li B.D. Nagy ma kienx f’pożizzjoni li jipproduċi immedjatament dokument li juri li huwa kien qiegħed juża l-vettura b’mod legali fit-territorju nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>B.D. Nagy appella minn din id-deċiżjoni tal-kummissarjat ċentrali quddiem is-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (qorti amministrattiva u tax-xogħol ta’ Szombathely). Insostenn ta’ dan l-appell, huwa sostna li l-Artikoli 20(1)(l), u 25/B(1)(b), tal-liġi marbuta maċ-ċirkulazzjoni fit-toroq, li fuqhom kienet msejsa d-deċiżjoni tal-kummissarjat ċentrali tal-<DATE ISO="20130715">15 ta’ Lulju 2013</DATE>, kienu jiksru d-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, huwa pproduċa, il-kuntratt tat-<DATE ISO="20101203">3 ta’ Diċembru 2010</DATE> li kien jagħtih l-użu tal-vettura inkwistjoni u kkonferma li huwa qatt ma kien eżerċita attività professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssospendiet il-proċedura fil-kawża prinċipali sal-għoti tad-Digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kovács</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:705">EU:C:2013:705</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fl-għeluq ta’ din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li hija l-istess bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li, fil-prinċipju, li jistgħu jintużaw fit-toroq ta’ dan l-Istat Membru biss il-vetturi koperti minn awtorizzazzjoni amministrattiva u li jkollhom pjanċi ta’ reġistrazzjoni maħruġa mill-imsemmi Stat Membru u li persuna residenti ta’ dan l-istess Stat li tkun tixtieq tipprevalixxi ruħha minn deroga għal din ir-regola, ibbażata fuq il-fatt li hija tuża vettura pprovduta lilha mill-persuna li timpjegaha stabbilita fi Stat Membru ieħor, għandha tkun f’pożizzjoni li tistabbilixxi immedjatament, waqt spezzjoni tal-pulizija, li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ din id-deroga, kif previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, u fin-nuqqas ta’ dan tkun suġġetta għall-impożizzjoni immedjata li ma tistax tiġi eżentata, ta’ multa ekwivalenti għal dik applikabbli f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li Kovács kellu l-kwalità ta’ ħaddiem, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tat lill-qorti tar-rinviju li kienet irrikorriet għaliha f’dik il-kawża, risposta fir-rigward tal-Artikolu 45 TFUE, u mhux tal-Artikoli 18 TFUE u 20 TFUE, li kienu wkoll previsti fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Hekk kif bdiet it-tkomplija tal-proċedura fil-kawża prinċipali, B.D. Nagy ippreżenta fatti addizzjonali li juru, li meta kienet tintalab mill-fardsieq tiegħu, huwa kien regolarment jipprovdi l-assistenza tiegħu bħala membru li jservi ta’ għajnuna lill-familja fit-twettiq tal-kompiti marbuta mal-attivitajiet ta’ Alpen‑Reisen, li kienu jirrikjedu l-passaġġ tal-fruntiera bejn l-Ungerija u l-Awstrija, iżda li ma kinux remunerati. Skont il-qorti tar-rinviju, fil-jum li fih twettqet l-ispezzjoni tal-pulizija, B.D. Nagy kellu jwettaq tali kompiti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawk iċ-ċirkustanzi, is-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (qorti amministrattiva u tax-xogħol ta’ Szombathely) iddeċidiet li tisspospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, bħal fil-każ ta’ dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tistabbilixxi bħala regola ġenerali li jistgħu jiċċirkulaw fit-toroq ta’ dan l-Istat Membru biss il-vetturi bil-mutur li għandhom awtorizzazzjoni amministrattiva u pjanċi ta’ reġistrazzjoni pprovduti minn dan l-Istat, li skont din persuna li ma hijiex ħaddiem fis-sens tad-dritt tal-Unjoni u li tirrisjedi f’dan l-istess Stat Membru għandha, jekk hija tixtieq tinvoka eċċezzjoni għal din ir-regola minħabba li l-vettura li hija tuża kienet ġiet ipprovduta lilha minn operatur ekonomiku li għandu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor, tkun fil-pożizzjoni li tipprovdi fil-post, matul kontroll tal-pulizija, li hija kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet imposti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, taħt piena li tiġi immedjatament imposta, mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni, multa li l-ammont tagħha jikkorrispondi ma’ dak tal-multa applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(2)(a) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, bħal fil-każ ta’ dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tistabbilixxi bħala regola ġenerali li jistgħu jiċċirkulaw fit-toroq ta’ dan l-Istat Membru biss il-vetturi bil-mutur li għandhom awtorizzazzjoni amministrattiva u pjanċi ta’ reġistrazzjoni pprovduti minn dan l-Istat, li skont din persuna li ma hijiex ħaddiem fis-sens tad-dritt tal-Unjoni u li tirrisjedi f’dan l-istess Stat Membru għandha, jekk hija tixtieq tinvoka eċċezzjoni għal din ir-regola minħabba li l-vettura li hija tuża kienet ġiet ipprovduta lilha minn operatur ekonomiku li għandu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor, tkun fil-pożizzjoni li tipprovdi fil-post, matul kontroll tal-pulizija, li hija kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet imposti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, taħt piena li tiġi immedjatament imposta, mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni, multa li l-ammont tagħha jikkorrispondi ma’ dak tal-multa applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li jeħtieġ li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 18 TFUE u 20(2)(a) TFUE jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, fil-prinċipju, jistgħu jintużaw biss fit-toroq ta’ Stat Membru kkonċernat il-vetturi li jkunu jgawdu minn awtorizzazzjoni amministrattiva u minn pjanċi ta’ reġistrazzjoni maħruġa minn dak l-Istat Membru u li f’każ li persuna residenti fit-territorju tiegħu tkun tintendi li tipprevalixxi ruħha minn deroga għal din ir-regola, ibbażata fuq il-fatt li hija tuża vettura pprovduta lilha mill-operatur tal-imsemmija vettura stabbilit fi Stat Membru ieħor, din il-persuna hekk residenti għandha tkun f’pożizzjoni li tistabbilixxi immedjatament, waqt spezzjoni tal-pulizija, li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga, kif previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, u fin-nuqqas ta’ dan hija tkun suġġetta għall-impożizzjoni immedjata li ma tistax tiġi eżentata, ta’ multa ekwivalenti għal dik applikabbli f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Preliminarjament, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, anki jekk, fil-livell formali, il-qorti tar-rinviju llimitat id-domandi tagħha għall-interpretazzjoni tal-Artikoli 18 TFUE u 20(2)(a) TFUE, tali ċirkustanza ma tipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lill-qorti tar-rinviju l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha, kemm jekk din il-qorti tkun irreferiet għalihom fid-domandi tagħha kif ukoll jekk le (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ING. AUER</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑251/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:658">EU:C:2007:658</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>van Putten <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑578/10 sa C‑580/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:246">EU:C:2012:246</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tingħata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat u tad-dritt sekondarju li jistgħu jkunu rilevanti inkonnessjoni mal-problema esposta (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mutsch</NAME.CASE>, <NO.CASE>137/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:335">EU:C:1985:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>van Putten <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑578/10 sa C‑580/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:246">EU:C:2012:246</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Mill-proċess prodott quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li B.D. Nagy uża fit-toroq Ungeriżi, bħala persuna residenti, vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor u li ġiet imsellfa lilu bla ħlas, mill-kumpannija Awstrijaka Alpen‑Reisen, li fiha l-fardsieq ta’ B.D Nagy kien wieħed mis-sħab u r-rappreżentant legali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, kif indikat ġustament il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fir-rigward ta’ self maqbul bejn ċittadini residenti fi Stati Membri differenti, li s-self għal użu transkonfinali, bla ħlas, ta’ vettura bil-mutur jikkostitwixxi moviment tal-kapital fis-sens tal-Artikolu 63 TFUE (ara, f’dan is-ssns, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>van Putten <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑578/10 sa C‑580/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:246">EU:C:2012:246</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li huwa applikabbli l-Artikolu 63 TFUE li jipprovdi għal regoli speċifiċi ta’ nondiskriminazzjoni, għaldaqstant ma għandux japplika l-Artikolu 18 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Missionswerk Werner Heukelbach</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑25/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:65">EU:C:2011:65</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġu eżaminati minn qabel id-domandi magħmula fid-dawl tal-Artikolu 63 TFUE, u sussegwentement, jekk ikun xieraq, dawk fir-rigward tal-Artikolu 20(2)(a) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li jikkostitwixxu tali restrizzjonijiet, fis-sens tal-Artikolu 63(1) TFUE, miżuri imposti minn Stat Membru li huma ta’ natura li jiddisswadu lir-residenti tiegħu milli jieħdu self minn Stati Membri oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑478/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:497">EU:C:2000:497</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>van Putten <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑578/10 sa C‑580/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:246">EU:C:2012:246</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-punt 29 tad-Digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kovács</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:705">EU:C:2013:705</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li kien jirrigwarda l-istess leġiżlazzjoni Ungeriża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din il-leġiżlazzjoni tekwivali, fil-konsegwenzi tagħha, għaż-żamma tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura fl-Ungerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, din il-leġiżlazzjoni timponi fuq ix-xufier, bħall-appellant fil-kawża prinċipali, li jkollu b’mod permanenti fil-pussess tiegħu d-dokumenti li juru li huma ssodisfatti l-kundizzjonijiet derogatorji mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni, u fin-nuqqas ta’ dan l-istess xufier jiġi mmultat fl-istess ammont bħal dak imputabbli lil persuna li tkun kisret l-obbligu ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura. Tali sanzjoni hija manifestament sproporzjonata meta mqabbla mal-ksur inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huwa manifestament inqas serju minn dak ikkostitwit min-nuqqas ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura (ara, f’dan is-sens, id-Digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kovács</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:705">EU:C:2013:705</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li s-sitwazzjoni ta’ persuna residenti Ungeriża li tuża, fit-toroq ta’ dan l-Istat Membru, vettura li hija rreġistrata fih u pprovduta lilha bla ħlas hija oġġettivament paragunabbli ma’ din tal-istess persuna residenti li tuża, fl-istess kundizzjonijiet, vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor. Issa, l-użu ta’ vettura msellfa bla ħlas ma hijiex suġġetta għall-obbligi previsti fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza meta s-suġġett ikun vettura rreġistrata fl-Ungerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, b’esklużjoni tal-każ meta l-vettura rreġistrata fi stat Membru ieħor tkun maħsuba li tintuża essenzjalment fit-territorju Ungeriż b’mod permanenti jew, fil-fatt, tintuża b’dan il-mod, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital fis-sens tal-Artikolu 63(1) TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>van Putten <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑578/10 sa C‑580/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:246">EU:C:2012:246</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li tali restrizzjoni fir-rigward ta’ waħda mil-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-TFUE ma tistax tiġi ammessa ħlief jekk din tkun issegwi għan leġittimu kompatibbli mal-imsemmi trattat u li hija ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Barra minn hekk huwa meħtieġ f’tali każ li l-applikazzjoni ta’ tali miżura tkun adatta sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan inkwistjoni u ma teċċedix dak li hu neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan (ara, b’mod partikolari, id-Digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kovács</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:705">EU:C:2013:705</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 34 tad-Digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kovács</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:705">EU:C:2013:705</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, għalkemm leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tkun tidher xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali fl-oqsma tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni u tat-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur, hija għandha madankollu titqies bħala li tmur lil hinn min dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, bħal fiċ-ċirkustanzi fattwali li taw lok għad-Digiret <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kovács</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:705">EU:C:2013:705</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-ebda element fil-proċess prodott quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermetti li jiġi konkluż li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-għan tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali jista’ jintlaħaq biss jekk id-dokumenti li jiċċertifikaw li huma ssodisfatti l-kundizzjonijiet derogatorji mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni, jiġu prodotti fil-mument stess tal-ispezzjoni fit-triq, u fin-nuqqas ta’ dan tiġi imposta multa ekwivalenti għal dik applikabbli f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni, u li tali għan ma jkunx jista’ jintlaħaq iktar jekk dawn id-dokumenti jiġu prodotti, bħal fil-kawża prinċipali, f’terminu qasir wara l-ispezzjoni (Digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kovács</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:705">EU:C:2013:705</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ġustifikazzjonijiet marbuta mar-rekwiżit tal-effikaċja tal-ispezzjonijiet fit-triq, invokati mill-gvern Ungeriż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, hemm lok li jitfakkar li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali timponi multa f’ammont kunsiderevoli maħsuba speċifikament sabiex jiġi ssanzjonat in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni. Issa, tali miżura tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tal-effikaċja tal-ispezzjonijet fit-triq (ara, f’dan is-sens, id-Digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kovács</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:705">EU:C:2013:705</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern Ungeriż isostni li r-rekwiżit ta’ proporzjonalità tar-restrizzjoni, li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddeċidiet li ma ġiex sodisfatt fil-kawża li tat lok għad-Digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kovács</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:705">EU:C:2013:705</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huwa ssodisfatt f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali fejn is-suġġett huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>ċittadin tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, fis-sens tal-Artikolu 20 TFUE, li ma huwiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE. Fil-fatt, il-possibbiltajiet ta’ spezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu inqas u r-riskju ta’ frodi fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod iktar partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjonijiet mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25/B tal-liġi dwar iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq, ikun ikbar fil-każ ta’ ċittadin tal-Unjoni li ma huwiex ħaddiem. Madankollu, tali differenza fis-sitwazzjoni bejn il-ħaddiema u ċ-ċittadini l-oħra tal-Unjoni fir-rigward tal-possibbiltajiet ta’ ispezzjonijiet, anki jekk jiġu preżunti li huma stabbiliti, fl-ebda każ ma jistgħu jiġġustifikaw, f’isem l-għan tal-effikaċja tal-ispezzjonijiet fit-toroq, l-impożizzjoni ta’ multa bħal dik prevista minn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tosservax il-prinċipju ta’ moviment liberu tal-kapital, fis-sens tal-Artikolu 63 TFUE u, għaldaqstant, ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula fir-rigward tal-Artikolu 20(2)(a) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Konsegwentement, jeħtieġ li tingħata risposta għad-domandi magħmula li l-Artikolu 63(1) TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-prinċipju, jistgħu jintużaw biss fit-toroq tal-Istat Membru kkonċernat dawk il-vetturi li huma koperti minn awtorizzazzjoni amministrattiva u li jkollhom pjanċi ta’ reġistrazzjoni maħruġa minn dan l-Istat Membru u li, jekk persuna residenti f’dan l-Istat Membru jkollha l-ħsieb li tipprevalixxi ruħha minn deroga għal din ir-regola, ibbażata fuq il-fatt li hija tuża vettura pprovduta lilha mill-operatur tal-imsemmija vettura stabbilit fi Stat Membru ieħor, din il-persuna residenti għandha tkun f’pożizzjoni li turi immedjatament, waqt spezzjoni tal-pulizija, li<?PAGE NO="8"?> hija tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga, kif previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, u fin-nuqqas ta’ dan tiġi immedjatament imposta fuqha, mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni, multa li tekwivali għal dik applikabbli f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 63(1) TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-prinċipju, jistgħu jintużaw biss fit-toroq tal-Istat Membru kkonċernat dawk il-vetturi li jkunu koperti minn awtorizzazzjoni amministrattiva u li jkollhom pjanċi ta’ reġistrazzjoni maħruġa minn dan l-Istat Membru u li, jekk persuna residenti f’dan l-Istat Membru jkollha l-ħsieb li tipprevalixxi ruħha minn deroga għal din ir-regola, ibbażata fuq il-fatt li hija tuża vettura pprovduta lilha mill-operatur tal-imsemmija vettura stabbilt fi Stat Membru ieħor, din il-persuna residenti għandha tkun f’pożizzjoni li turi immedjatament, waqt spezzjoni tal-pulizija, li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga, kif previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, u fin-nuqaas ta’ dan tiġi immedjatament imposta fuqha, mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni, multa li tekwivali għal dik applikabbli f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>