Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SITT PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET - Kapitolu 1: L-istituzzjonijiet - Taqsima 5: Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu 275
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0166 - 0166
Artikolu 275 Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea m'għandiex tkun kompetenti fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-politika estera u ta' sigurtà komuni, u lanqas fir-rigward ta' l-atti adottati abbażi tagħhom. Madankollu, il-Qorti għandha tkun kompetenti sabiex timmonitorja r-rispett taa' l-Artikolu 40 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u sabiex tiddeċiedi dwar rikorsi, mressqa skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 263 ta' dan it-Trattat dwar il-legalità ta' deċiżjonijiet li jipprovdu miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi adottati mill-Kunsill abbażi tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. --------------------------------------------------