25.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/3


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10848 — PERMIRA / H&F / ZENDESK)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 321/03)

1.   

Fis-17 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Permira Holdings Limited (“Permira”, Guernsey),

—

Hellman & Friedman LLC (“H&F”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Zendesk, Inc. (“Zendesk”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Permira u H&F jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Zendesk.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Permira hija negozju ta’ ekwità privata involuta fil-forniment ta’ servizzi ta’ mmaniġġar tal-investiment lil numru ta’ fondi tal-investiment. Permira tikkontrolla għadd ta’ kumpaniji tal-portafoll li huma attivi f’varjetà ta’ setturi f’firxa ta’ ġurisdizzjonijiet.

—

H&F hija ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata li tiffoka fuq l-investiment fil-franchises tan-negozju u li sservi bħala sieħeb fil-ġestjoni f’industriji magħżula inklużi s-software u teknoloġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, il-konsumaturi u l-bejgħ bl-imnut, u servizzi kummerċjali oħra,

—

Zendesk hija kumpanija tas-software li tipprovdi software għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijent (customer relationship management, “CRM”) ta’ software bħala servizz imfassal biex itejjeb ir-relazzjonijiet mal-klijenti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10848 — PERMIRA / H&F / ZENDESK

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.