|
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/95 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Mejju 2011
li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Pajjiżi l-Baxxi
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 3427)
(It-test Olandiż biss huwa awtentiku)
(2011/303/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ ħnieżer [tal-majjali], il-kontenut ta’ laħam dgħif għandu jkun ivvalutat permezz ta’ metodi ta’ gradazzjoni [ta’ klassifikazzjoni] awtorizzati mill-Kummissjoni, u dawn il-metodi jistgħu jkunu biss metodi ta’ valutazzjoni pprovati statistikament ibbażati fuq il-qies fiżiku ta’ parti anatomika waħda jew aktar tal-karkassa tal-majjal. L-awtorizzazzjoni tal-metodi ta’ klassifikazzjoni hija soġġetta għall-konformità b’tolleranza massima għall-iżbalji tal-statistika fil-valutazzjoni. Definizzjoni ta’ din it-tolleranza tinsab fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali [tat-tabelli] tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ [tan-nagħaġ] u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (2). |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni 2005/627/KE (3), il-Kummissjoni awtorizzat l-użu ta’ żewġ metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
(3) |
Minħabba l-adattamenti tekniċi u l-fatt li hija prevista bidla fil-popolazzjoni tal-majjali kkastrati fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba l-assenza mistennija fil-futur qarib ta’ annimali maskili kkastrati, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi talab lill-Kummissjoni biex tawtorizza tliet metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tiegħu u ppreżenta deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, billi indika l-prinċipji li fuqhom huma bbażati dawk il-metodi, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni u l-ekwazzjonijiet [il-kalkoli] użati għall-valutazzjoni tal-perċentwal tal-laħam dgħif fil-protokoll stipulat fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008. |
|
(4) |
L-eżami ta’ dik it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Għalhekk, dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni għandhom jiġu awtorizzati fil-Pajjiżi l-Baxxi. |
|
(5) |
Il-modifiki tal-apparat jew il-metodi ta’ klassifikazzjoni ma għandhomx ikunu permessi, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
|
(6) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, id-Deċiżjoni 2005/627/KE għandha tiġi rrevokata. |
|
(7) |
Fid-dawl taċ-ċirkostanzi tekniċi, u filwaqt li jiddaħħlu apparati u kalkoli ġodda, il-metodi tal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali awtorizzati skont din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mit-3 ta’ Ottubru 2011. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-użu tal-metodi li ġejjin għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali skont il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fil-Pajjiżi l-Baxxi huwa b’dan awtorizzat:
|
— |
l-apparat ‘Hennessy Grading Probe (HGP 7)’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 1 tal-Anness; |
|
— |
l-apparat ‘Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 2 tal-Anness; |
|
— |
l-apparat ‘CSB Image-Meater (CSB)’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 3 tal-Anness; |
Artikolu 2
Il-modifiki tal-apparat awtorizzat jew il-metodi ta’ klassifikazzjoni ma għandhomx ikunu permessi, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 2005/627/KE hija rrevokata.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-3 ta’ Ottubru 2011.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
IL-METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FIL-PAJJIŻI L-BAXXI
PARTI 1
Hennessy Grading Probe (HGP 7)
|
1. |
Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “Hennessy grading probe (HGP 7)”. |
|
2. |
L-apparat għandu jkun mgħammar bi probe b’dijametru ta’ 5,95 millimetri (u jkun fih xafra ta’ 6,3 millimetri fuq kull naħa tal-probe fuq nett) li jkun fiha fotodajowd [photodiode] (Siemens LED tat-tip LYU 260-EO u fotoindividwatur [photodetector] tat-tip 58 MR) u li jkollha distanza operattiva ta’ bejn 0 u 120 millimetru. Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu ttrasformati f’termini ta’ kontenut ta’ dgħif stmat permezz tal-HGP 7 stess, kif ukoll ta’ kompjuter ikkonnettjat miegħu. |
|
3. |
Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jkun ikkalkulat skont il-formula li ġejja:
LMP = 65,92 – 0,6337 * Xaħam + 0,0446 * Muskolu fejn:
Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 73,5 u 107,5 kilogramma. |
PARTI 2
Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)
|
1. |
Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)”. |
|
2. |
L-apparat għandu jkun mgħammar bi probe Sydel ta’ definizzjoni għolja b’dijametru ta’ 8 millimetri, b’dajowd infraaħmar li jarmi d-dawl (Honeywell) u b’żewġ sensors tad-dawl (Honeywell). Id-distanza operattiva għandha tkun bejn 0 u 95 millimetru.
Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu f’kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz tal-apparat CGM stess. |
|
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jkun ikkalkulat skont il-formula li ġejja:
LMP = 66,86 – 0,6549 * Xaħam + 0,0207 * Muskolu fejn:
Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 73,5 u 107,5 kilogramma. |
PARTI 3
CSB Image-Meater (CSB)
|
1. |
Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “CSB Image-Meater (CSB)”. |
|
2. |
Is-CSB Image-Meater jikkonsisti partikolarment minn vidjowkamera, kompjuter mgħammar b’kard għall-analiżi tal-immaġni, skrin, printer, mekkaniżmu użat għall-kmand, mekkaniżmu għar-rati u interfaċċji. Il-fatturi varjabbli tal-Image-Meater (16) huma kollha mkejla fil-linja tan-nofs tal-parti tal-perżut (madwar il-M. gluteus medius):
Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu fi stimi tal-perċentwali tal-laħam dgħif bl-użu tal-kompjuter. |
|
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jkun ikkalkulat skont il-formula li ġejja:
LMP = 65,2212 – 0,2741 S + 0,0160 F – 0,0302 ML – 0,2648 MS + 0,0831 MF – 0,1002 WL – 0,0509 WaS + 0,0172 WaF – 0,0169 WbS + 0,0006 WbF + 0,0341 WcS – 0,0097 WcF + 0,0223 WdS – 0,0008 WdF + 0,0132 ES – 0,0124 IS, fejn is-16-il kejl oġġettiv tas-CSB, meħuda fil-linja tan-nofs, huma kif ġej:
|
|
4. |
Il-punti tal-kejl huma deskritti fil-Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni mill-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008.
Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 73,5 u 107,5 kilogramma. |