|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1489 |
25.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1489
tal-24 ta’ Lulju 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi ametoktradin, ir-razez ATCC 74040 u GHA ta’ Beauveria bassiana, buprofeżin, clodinafop, komposti tar-ram, ċiflumetofen, daminozide, flupiradifuron, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, mandestrobin, mandipropammid, metam, pyraclostrobin, rescalure, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, ir-razza WYEC 108 ta’ Streptomyces lydicus, ir-razza T34 ta’ Trichoderma asperellum u r-razza I-1237Trichoderma atroviride
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2013 (2) approva s-sustanza attiva ametoktradin sal-31 ta’ Lulju 2023. |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/113/KE (3) inkludiet ir-razez ATCC 74040 u GHA ta’ Beauveria bassiana bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4) sat-30 ta’ April 2019. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/6/UE (5) inkludiet il-buprofeżin bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Jannar 2021. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/39/KE (6) inkludiet il-clodinafop bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Jannar 2017. |
|
(5) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/37/KE (7) inkludiet il-komposti tar-ram bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sat-30 ta’ Novembru 2016 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1981 (8) ġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva bħala kandidat għas-sostituzzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 22/2013 (9) approva s-sustanza attiva ċiflumetofen sal-31 ta’ Mejju 2023. |
|
(7) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/53/KE (10) inkludiet id-daminozide bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sat-28 ta’ Frar 2016. |
|
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2084 (11) approva s-sustanza attiva flupiradifuron sad-9 ta’ Diċembru 2025. |
|
(9) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 368/2013 (12) approva s-sustanza attiva Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus sal-31 ta’ Mejju 2023. |
|
(10) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2085 (13) approva s-sustanza attiva mandestrobin sad-9 ta’ Diċembru 2025. |
|
(11) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2013 (14) approva s-sustanza attiva mandipropammid sal-31 ta’ Lulju 2023. |
|
(12) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 359/2012 (15) approva s-sustanza attiva metam sat-30 ta’ Ġunju 2022. |
|
(13) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/30/KE (16) inkludiet il-pyraclostrobin bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Mejju 2014. |
|
(14) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2198 (17) approva s-sustanza attiva rescalure sat-18 ta’ Diċembru 2025. |
|
(15) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2013 (18) approva s-sustanza attiva Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus sal-31 ta’ Mejju 2023. |
|
(16) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 917/2014 (19) approva s-sustanza attiva r-razza WYEC 108 ta’ Streptomyces lydicus sal-31 ta’ Diċembru 2024. |
|
(17) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1238/2012 (20) approva s-sustanza attiva r-razza T34 ta’ Trichoderma asperellum sal-31 ta’ Mejju 2023. |
|
(18) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 17/2013 (21) approva s-sustanza attiva r-razza I-1237 tat-Trichoderma atroviride sal-31 ta’ Mejju 2023. |
|
(19) |
Is-sustanzi attivi, ir-razez ATCC 74040 u GHA ta’ Beauveria bassiana, il-buprofeżin, il-clodinafop, id-daminozide u l-pyraclostrobin ġew inklużi fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (22). Is-sustanzi attivi ametoktradin, ċiflumetofen, flupiradifuron, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, mandestrobin, mandipropammid, metam, rescalure, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, ir-razza WYEC 108 ta’ Streptomyces lydicus, ir-razza T34 ta’ Trichoderma asperellum u r-razza I-1237 ta’ Trichoderma atroviride ġew inklużi fil-Parti B, u s-sustanza attiva, komposti tar-ram, ġew inklużi fil-Parti E tal-Anness ta’ dak ir-Regolament. |
|
(20) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2007 (23) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva r-razza WYEC 108 ta’ Streptomyces lydicus sal-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
(21) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/689 (24) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva, ir-razez ATCC 74040 u GHA ta’ Beauveria bassiana, sat-30 ta’ Settembru 2025, u l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva clodinafop sal-15 ta’ Diċembru 2025. |
|
(22) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/918 (25) estenda l-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi ċiflumetofen, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, ir-razza T34 ta’ Trichoderma asperellum u r-razza I-1237 ta’Trichoderma atroviride sal-31 ta’ Ottubru 2025, il-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva metam sat-30 ta’ Novembru 2025, u l-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi ametoktradin u mandipropammid sal-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
(23) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1757 (26) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva daminozide sal-15 ta’ Settembru 2025. |
|
(24) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/324 (27) estenda l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva pyraclostrobin sal-15 ta’ Settembru 2025, u l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva buprofeżin sal-15 ta’ Diċembru 2025. |
|
(25) |
L-applikazzjonijiet għat-tiġdid rispettiv tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi ametoktradin, buprofeżin, ċiflumetofen, daminozide, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, mandipropammid, metam, pyraclostrobin, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, ir-razza T34 ta’ Trichoderma asperellum u r-razza I-1237 ta’ Trichoderma atroviride ġew sottomessi f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (28). |
|
(26) |
Fl-20 ta’ Settembru 2020, it-2 ta’ Diċembru 2016, it-23 ta’ Lulju 2020, l-10 ta’ Lulju 2020, il-15 ta’ April 2013, it-22 ta’ Lulju 2020, it-13 ta’ Ottubru 2020, it-18 ta’ Lulju 2019, is-7 ta’ Marzu 2014, it-22 ta’ Lulju 2020, l-24 ta’ Settembru 2020 u l-11 ta’ Settembru 2020 l-Istati Membri relaturi għas-sustanzi attivi ametoktradin, ir-razez ATCC 74040 u GHA ta’ Beauveria bassiana, buprofeżin, ċiflumetofen, daminozide, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, mandipropammid, metam, pyraclostrobin, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, ir-razza T34 ta’ Trichoderma asperellum u r-razza I-1237 ta’ Trichoderma atroviride infurmaw lill-Istati Membri korelaturi, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità) li kienu vvalutaw l-ammissibilità tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità, ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ kull waħda minn dawk is-sustanzi attivi u kkonkludew li kienu ammissibbli. Dawk l-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità skont l-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. |
|
(27) |
Il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 għal ametoktradin u mandipropammid għadhom ma ġewx iffinalizzati mill-Istati Membri relaturi rispettivi u huwa meħtieġ iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal f’kull proċedura tat-tiġdid. |
|
(28) |
Fid-9 ta’ Novembru 2023, it-18 ta’ Lulju 2024, id-9 ta’ Settembru 2021, l-20 ta’ Ġunju 2017, is-26 ta’ Ġunju 2023, il-31 ta’ Ottubru 2018, id-9 ta’ Marzu 2020, l-10 ta’ Awwissu 2021, id-19 ta’ Frar 2018, id-9 ta’ Marzu 2022, il-31 ta’ Jannar 2024 u t-2 ta’ Settembru 2024, l-Istati Membri relaturi għas-sustanzi attivi, ir-razez ATCC 74040 u GHA ta’ Beauveria bassiana, buprofeżin, clodinafop, ċiflumetofen, daminozide, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, metam, pyraclostrobin, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, ir-razza T34 ta’ Trichoderma asperellum, u r-razza I-1237 ta’ Trichoderma atroviride ressqu l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità. L-Awtorità, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, ikkonkludiet li r-rapporti għal dawk is-sustanzi attivi kollha kien fihom l-informazzjoni rilevanti kollha fil-format miftiehem, iċċirkolathom lill-applikant u lill-Istati Membri l-oħra u għamlithom disponibbli għall-pubbliku għall-kummenti bil-miktub. |
|
(29) |
L-evalwazzjonijiet għal Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus u r-razza I-1237 ta’ Trichoderma atroviride għadhom ma tlestewx mill-Awtorità u huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex din tiffinalizza l-konklużjonijiet tagħha, kif ukoll biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet li jirriżultaw dwar il-ġestjoni tar-riskju. |
|
(30) |
Għas-sustanzi attivi, ir-razez ATCC 74040 u GHA ta’ Beauveria bassiana, ċiflumetofen, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, metam u r-razza T34 ta’ Trichoderma asperellum, intalbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni mill-Awtorità skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u din tressqet mill-applikanti sal-iskadenza mogħtija. Madankollu, huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex l-Awtorità tlesti l-evalwazzjonijiet u tiffinalizza l-konklużjonijiet tagħha, kif ukoll biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet li jirriżultaw dwar il-ġestjoni tar-riskju. |
|
(31) |
Fil-każ tas-sustanza attiva clodinafop, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni stabbiliti fil-punt 3.6.5 u fil-punt 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri skont l-Artikolu 14(1a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-informazzjoni addizzjonali ġiet sottomessa mill-applikanti sal-iskadenza mogħtija. L-abbozz rivedut tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid wasal mingħand l-Istat Membru relatur u l-konsultazzjoni pubblika dwaru ġiet iffinalizzata fit-3 ta’ Novembru 2024. Madankollu, huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex l-Awtorità tlesti l-evalwazzjoni u tiffinalizza l-konklużjoni tagħha, kif ukoll biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju li tirriżulta. |
|
(32) |
Għas-sustanzi attivi buprofeżin, daminozide, u piraklostrobin, l-Awtorità adottat il-konklużjonijiet tagħha fl-1 ta’ April 2025, fit-18 ta’ Diċembru 2024 u fit-28 ta’ Jannar 2025 rispettivament, u kkomunikathom lill-applikanti, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni bdiet diskussjonijiet dwar it-tiġdid tal-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u ppreżentat rapport ta’ tiġdid u abbozz ta’ regolament. Huwa meħtieġ iktar żmien biex dak il-Kumitat jagħti l-opinjoni tiegħu u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet li jirriżultaw dwar il-ġestjoni tar-riskju. |
|
(33) |
L-applikazzjonijiet għat-tiġdid rispettiv tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi komposti tar-ram, flupiradifuron, mandestrobin, rescalure u r-razza WYEC 108 ta’ Streptomyces lydicus ġew sottomessi f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (29). |
|
(34) |
Fit-22 ta’ April 2024, fid-9 ta’ Marzu 2023, fis-7 ta’ Marzu 2023, u fil-15 ta’ Diċembru 2022, l-Istati Membri relaturi għas-sustanzi attivi flupiradifuron, mandestrobin, rescalure u r-razza WYEC 108 ta’ Streptomyces lydicus infurmaw lill-Istati Membri korelaturi, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità li kienu vvalutaw l-ammissibbiltà skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità, ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ kull waħda minn dawk is-sustanzi attivi u kkonkludew li kienu ammissibbli. Dawk l-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740. Id-dossiers għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva komposti tar-ram tressqu f’Diċembru 2022 u l-Istat Membru relatur għadu fil-proċess li jivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740. |
|
(35) |
Il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 għas-sustanzi attivi komposti tar-ram, flupiradifuron, mandestrobin u r-razza WYEC 108 ta’ Streptomyces lydicus għadhom ma ġewx iffinalizzati mill-Istati Membri relaturi rispettivi u huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex jitlestew il-passi li fadal f’kull proċedura ta’ tiġdid. |
|
(36) |
Fid-9 ta’ Ġunju 2025, l-Istat Membru relatur għas-sustanza attiva rescalure ressaq l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità. L-Awtorità, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740, għadha fil-proċess li teżamina jekk ir-rapport fihx l-informazzjoni rilevanti kollha fil-format miftiehem. |
|
(37) |
Għalhekk, fil-każ tas-sustanzi attivi kollha, huwa probabbli li ma tkun tista’ tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni qabel ma jiskadu l-perjodi tal-approvazzjoni rispettivi tagħhom, bejn il-15 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru 2025. Barra minn hekk, l-applikanti rispettivi ma għandhomx kontroll fuq ir-raġunijiet għad-dewmien f’dawn il-proċeduri tat-tiġdid. Għalhekk, jenħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi jiġu estiżi biex ikunu jistgħu jitlestew il-valutazzjonijiet meħtieġa u jiġu ffinalizzati l-proċeduri rispettivi dwar it-tiġdid tal-approvazzjonijiet. |
|
(38) |
Għas-sustanzi attivi ametoktradin, komposti tar-ram, flupiradifuron, mandestrobin, mandipropammid u r-razza WYEC 108 ta’ Streptomyces lydicus, il-valutazzjoni tar-riskju għadha ma ġietx iffinalizzata mill-Istati Membri relaturi. Filwaqt li jitqiesu l-passi sussegwenti li jridu jitlestew f’kull proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni ta’ dawn is-sustanzi attivi jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 29 xahar għall-ametoktradin, u għal 42 xahar għall-komposti tar-ram, il-flupiradifuron, il-mandestrobin, il-mandipropammid u r-razza WYEC 108 ta’ Streptomyces lydicus. |
|
(39) |
Għas-sustanzi attivi, ir-razez ATCC 74040 u GHA ta’ Beauveria bassiana, clodinafop, ċiflumetofen, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, metam, rescalure, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, ir-razza T34 ta’ Trichoderma asperellum u r-razza I-1237 ta’ Trichoderma atroviride, l-Awtorità teħtieġ aktar żmien biex tasal għal konklużjoni dwar ir-riskju. Filwaqt li jitqiesu l-passi sussegwenti li jridu jitlestew f’kull proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni ta’ dawn is-sustanzi attivi jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 19-il xahar u nofs għall-clodinafop, għal 23 xahar u nofs għar-razez ATCC 74040 u GHA ta’ Beauveria bassiana, ċiflumetofen, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, metam, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, ir-razza T34 ta’ Trichoderma asperellum u r-razza I-1237 ta’ Trichoderma atroviride u għal 29 xahar għar-rescalure. |
|
(40) |
Għas-sustanzi attivi buprofżin, daminozide u pyraclostrobin, peress li l-għoti ta’ opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf għadu pendenti, u fid-dawl tal-passi li fadal biex jitlestew f’dawn il-proċeduri ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 12-il xahar. |
|
(41) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(42) |
F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx, il-Kummissjoni tiffissa d-data tal-iskadenza fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament jew fl-istess data kif kienet qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, skont liema data tiġi l-aħħar. F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabbilixxi, kif ikun xieraq skont iċ-ċirkostanzi, l-eqreb data tal-applikazzjoni possibbli. |
|
(43) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2013 tat-8 ta’ Marzu 2013 li japprova s-sustanza attiva ametoktradin, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 67, 9.3.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/200/oj).
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/113/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ bosta mikroorganiżmi bħala sustanzi attivi (ĠU L 330, 9.12.2008, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/113/oj).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/414/oj).
(5) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/6/UE tal-20 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-buprofeżin bħala sustanza attiva (ĠU L 18, 21.1.2011, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/6/oj).
(6) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/39/KE tat-12 ta’ April 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-clodinafop, il-pirimicarb, ir-rimsulfuron, it-tolclofos-methyl u t-triticonazole bħala sustanzi attivi (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/39/oj).
(7) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/37/KE tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġu inklużi bħala sustanzi attivi l-chlormequat, il-komposti tar-ram, il-propaquizafop, il-quizalofop-P, it-teflubenzuron u ż-zeta-cypermethrin (ĠU L 104, 24.4.2009, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/37/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1981 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanzi attivi komposti tar-ram bħala kandidati għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 317, 14.12.2018, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1981/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 22/2013 tal-15 ta’ Jannar 2013 li japprova s-sustanza attiva ċiflumetofen, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 11, 16.1.2013, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/22/oj).
(10) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/53/KE tas-16 ta’ Settembru 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-chlorothalonil, il-chlorotoluron, is-cypermethrin, id-daminozide u t-thiophanate-methyl bħala sustanzi attivi (ĠU L 241, 17.9.2005, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/53/oj).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2084 tat-18 ta’ Novembru 2015 li japprova s-sustanza attiva flupiradifuron, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 89, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2084/oj).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 368/2013 tat-22 ta’ April 2013 li japprova s-sustanza attiva Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/368/oj).
(13) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2085 tat-18 ta’ Novembru 2015 li japprova s-sustanza attiva mandestrobin, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 93, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2085/oj).
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2013 tal-5 ta’ Marzu 2013 li japprova s-sustanza attiva mandipropammid, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 62, 6.3.2013, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/188/oj).
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 359/2012 tal-25 ta’ April 2012 li japprova s-sustanza attiva metam, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/359/oj).
(16) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/30/KE tal-10 ta’ Marzu 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-aċidu benżojku, l-flazasulfuron u l-pyraclostrobin bħala sustanżi attivi (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 50, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/30/oj).
(17) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2198 tas-27 ta’ Novembru 2015 li japprova s-sustanza attiva rescalure, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2198/oj).
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2013 tat-22 ta’ April 2013 li japprova s-sustanza attiva Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/367/oj).
(19) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 917/2014 tat-22 ta’ Awwissu 2014 li japprova s-sustanza attiva Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 251, 23.8.2014, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/917/oj).
(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1238/2012 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li japprova s-sustanza attiva Trichoderma asperellum (razza T34), skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 350, 20.12.2012, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1238/oj).
(21) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 17/2013 tal-14 ta’ Jannar 2013 li japprova s-sustanza attiva r-razza I-1237 tat-Trichoderma atroviride, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011(ĠU L 9, 15.1.2013, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/17/oj).
(22) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/540/oj).
(23) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2007 tat-8 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 1,4-dimetilnaftalina, 6-benżiladenina, aċekinoċil, Adoxophyes orana granulovirus, sulfat tal-aluminju, amisulbrom, Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), ażadiraktin, Bacillus pumilus QST 2808, benalaksil-M, bixafen, bupirimat, ir-razza O tal-Candida oleophila, klorantraniliprol, fosfonat tad-disodju, ditijanon, dodina, emamektin, flubendiammid, fluwometuron, fluksapirossad, flutriafol, eżitijażoss, imazamox, ipkonażol, isossaben, aċidu L-assorbiku, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, ir-razza FE9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, pendimethalin, penflufen, pentijopirad, fosfonati tal-potassju, prosulfuron, Pseudomonas sp. ir-razza DSMZ 13134, piridalil, pirjofenon, pirossulam, kinimerak, aċidu S-abxissiku, sedaxane, sintofen, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, spinetoram, spirotetramat, Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion, tijenkarbażon, valifenalat, fosfidu taż-żingu (ĠU L 414, 9.12.2020, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2007/oj).
(24) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/689 tal-20 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) ir-razza QST 713, Bacillus thuringiensis subsp. Aizawai tar-razez ABTS-1857 u GC-91, Bacillus thuringiensis subsp. Israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, Bacillus thuringiensis subsp. Kurstaki tar-razez ABTS 351, PB 54, SA 11, SA12 u EG 2348, Beauveria bassiana tar-razez ATCC 74040 u GHA, klodinafop, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop-P, fenpirossimat, fosetil, malatijon, mepanipirim, metkonażol, metrafenon, pirimikarb, piridaben, pirimetanil, rimsulfuron, spinosad, Trichoderma asperellum (qabel T. harzianum) tar-razez ICC012, T25 u TV1, Trichoderma atroviride (qabel T. harzianum) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (qabel T. viride) tar-razza ICC080, Trichoderma harzianum tar-razez T-22 u ITEM 908, triklopir, trineksapak, tritikonażol u żiram (ĠU L 91, 29.3.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/689/oj).
(25) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/918 tal-4 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi aclonifen, ametoktradin, beflubutamid, benthiavalicarb, boscalid, captan, kletodim, ċiklossidim, ċiflumetofen, dażomet, diklofop, dimethomorph, ethephon, fenażakwin, fluopicolide, fluoxastrobin, fluworokloridon, folpet, formetanate, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, imessażol, aċidu indolilbutiriku, mandipropammid, metalaxyl, metaldeid, metam, metazachlor, metribuzin, milbemectin, paklobutrażol, penoxsulam, fenmedifam, pirimiphos-methyl, propamocarb, proquinazid, prothioconazole, S-metolachlor, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, Trichoderma asperellum ir-razza T34 u Trichoderma atroviride ir-razza I-1237 (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 160, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/918/oj).
(26) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1757 tal-11 ta’ Settembru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi bensulfuron, klormekwat, klorotoluron, klomażon, daminożid, deltametrina, ewġenol, fludiossonil, flufenaset, flumetralin, fostijażat, ġeranjol, MCPA, MCPB, propakwiżafop, prosulfokarb, kwiżalofop-P-etil, kwiżalofop-P-tefuril, 5-nitrogwajakolat tas-sodju, o-nitrofenolat tas-sodju, p-nitrofenolat tas-sodju, fluworur tas-sulfuril, tebufenpirad, timol, u tritosulfuron (ĠU L 224, 12.9.2023, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1757/oj).
(27) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/324 tad-19 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi benżovindiflupir, bromukonażol, buprofeżin, ċiflufenammid, fluważinam, fluwopiram, flutolanil, lambda ċjalotrina, mekoprop-P, mepikwat, metsulfuron-metil, fosfan u piraklostrobin (ĠU L, 2024/324, 22.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/324/oj).
(28) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/844/oj).
(29) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1740/oj).
ANNESS
1.
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:|
(1) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 81, Pyraclostrobin, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Settembru 2026”; |
|
(2) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 104, Daminozide, hija sostitwita bil-“15 ta’ Settembru 2026”; |
|
(3) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 123, Clodinafop, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2027”; |
|
(4) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 197, ir-razez ATCC 74040 u GHA ta’ Beauveria bassiana, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Settembru 2027”; |
|
(5) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 320, Buprofeżin, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Diċembru 2026”. |
2.
Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:|
(1) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 22, Metam, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Novembru 2027”; |
|
(2) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 29, Trichoderma asperellum (ir-razza T34), id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Ottubru 2027”; |
|
(3) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 31, Ċiflumetofen, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Ottubru 2027”; |
|
(4) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 32, ir-razza I-1237 tat-Trichoderma atroviride, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Ottubru 2027”; |
|
(5) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 33, Ametoktradin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Mejju 2028”; |
|
(6) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 34, Mandipropammid, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Ġunju 2029”; |
|
(7) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 38, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Ottubru 2027”; |
|
(8) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 42, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, id-data hija sostitwita bil-“15 ta’ Ottubru 2027”; |
|
(9) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 79, ir-razza WYEC 108 ta’ Streptomyces lydicus, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Ġunju 2029”; |
|
(10) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 91, Flupiradifuron, id-data hija sostitwita bid-“9 ta’ Ġunju 2029”; |
|
(11) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 92, Rescalure, hija sostitwita bit-“18 ta’ Mejju 2028”; |
|
(12) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 93, Mandestrobin, id-data hija sostitwita bid-“9 ta’ Ġunju 2029”. |
3.
Fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 10, Komposti tar-ram, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Ġunju 2029”.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1489/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)