|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5861 |
26.9.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11729 – TAV / FRAPORT / FTA I JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5861)
1.
Fit-18 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
TAV Airports (“TAV”, it-Turkija), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Aéroports de Paris S.A.; |
|
— |
Fraport AG (“Fraport”, il-Ġermanja). |
TAV u Fraport akkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Fraport TAV Antalya Terminal Isletmeciligi (“FTA I” JV).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
TAV hija operatur elenkat ta’ ajruport Tork ibbażat f’Istanbul u ajruporti li joperaw fit-Turkija b’mod partikolari (l-Ajruport ta’ Antalya, Ankara, Izmir, Bodrum u Gazipasa) kif ukoll ħwienet mingħajr dazju, ħwienet tal-Ikel u x-Xorb (F&B) u lounges tal-ajruporti, u jipprovdi servizzi fuq l-art u ta’ sigurtà. |
|
— |
Fraport hija kumpanija b’ishma Ġermaniża kkwotata pubblikament u l-kumpanija omm ta’ Fraport Group, li hija attiva fin-negozju tal-operazzjonijiet tal-ajruport. Is-sit ewlieni ta’ Fraport Group huwa l-Ajruport ta’ Frankfurt. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ FTA I JV huma dawn li ġejjin: l-operat tal-ajruport ta’ Antalya.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11729 – TAV / FRAPORT / FTA I JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5861/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)