European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6415

26.11.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Novembru 2025

li tissostitwixxi membru supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema għad-Danimarka

(C/2025/6415)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tat-23 ta' Settembru 2024 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema għall-perjodu mill-25 ta' Settembru 2024 sal-24 ta' Settembru 2026.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Lone HENRIKSEN sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvern.

(3)

Id-Danimarka nnominat kandidat għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Sidse Skraastad CLEMMENSEN hija maħtura membru supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema minflok is-Sa Lone HENRIKSEN għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-24 ta' Settembru 2026.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

S. LOSE


(1)   ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2024 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C, C/2024/5865, 27.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5865/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6415/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)