9.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9549 — BP Group/Bunge Group/BP Bunge Bioenergia)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 341/06)

1.   

Fit-18 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

BP Biocombustíveis S.A. (Brazil), proprjetà ta’ BP plc (‘BP’),

—

BP Alternative Energy Investments Limited (ir-Renju Unit), proprjetà ta’ BP,

—

Bunge Brasil Holdings BV (in-Netherlands), proprjetà ta’ Bunge Limited (‘Bunge’),

—

Bunge Cooperatief UA (in-Netherlands), proprjetà ta’ Bunge,

—

BP Bunge Bioenergia S.A. (il-Brażil).

BP u Bunge jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ BP Bunge Bioenergia S.A.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

BP hija grupp globali, bil-kwartieri ġenerali fir-Renju Unit u attiva fl-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass,

—

Bunge hija grupp elenkat mill-Istati Uniti li jopera fis-settur agroalimentari. L-attivitajiet ewlenin tagħha jinkludu n-negozjar taż-żrieragħ taż-żejt u taċ-ċereali, il-qmuħ, l-għasir taż-żerriegħa u l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żjut tal-ikel,

—

BP Bunge Bioenergia S.A. se tkun involuta fil-kultivazzjoni tal-kannamiela taz-zokkor, fil-produzzjoni u l-bejgħ taz-zokkor tal-kannamiela, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-bijoetanol u l-koġenerazzjoni tal-elettriku mill-bagasse tal-kannamieli. Dawn l-attivitajiet kollha se jitwettqu fil-Brażil.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9549 — BP Group/Bunge Group/BP Bunge Bioenergia

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.