|
7.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 149/79 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Mejju 2008
li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm tax-xogħol ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1736)
(2008/423/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 ta' l-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007 jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
|
(2) |
Għal għadd ta’ sustanzi/kombinazzjonijiet ta’ tipi ta’ prodotti inklużi f’dik il-lista, jew irtiraw il-parteċipanti kollha inkella ma wasal l-ebda dossier sad-dati ta’ skadenza speċifikati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 mill-Istat Membru maħtur bħala r-Rapporteur għall-evalwazzjoni. |
|
(3) |
Għalhekk, u skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri b’dan. Fit-22 ta’ Ġunju 2007, dik l-informazzjoni ġiet ukoll ippubblikata elettronikament. |
|
(4) |
Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni elettronika ta’ dik l-informazzjoni, ċerti persuni indikaw l-interess tagħhom li jassumu r-rwol ta’ parteċipant għal xi wħud mis-sustanzi u tipi ta’ prodotti kkonċernati, f’konformità ma’ l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
|
(5) |
Għaldaqstant, għandha tiġi stabbilita data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal dawn is-sustanzi u tipi ta’ prodotti. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-data ta’ skadenza l-ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għas-sustanzi u tipi ta’ prodotti stipulati fl-Anness għandha tkun it-30 ta’ Ġunju 2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.
(2) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/31/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 57).
ANNESS
Sustanzi u tipi ta’ prodotti li d-data ta’ skadenza l-ġdida għall-preżentazzjoni tad-dossiers tagħhom hija t-30 ta’ Ġunju 2009
|
Isem |
Numru KE |
Numru CAS |
Tip ta’ prodott |
|
Formaldehyde |
200-001-8 |
50-00-0 |
1 |
|
Formaldehyde |
200-001-8 |
50-00-0 |
2 |
|
Formaldehyde |
200-001-8 |
50-00-0 |
3 |
|
Formaldehyde |
200-001-8 |
50-00-0 |
4 |
|
Formaldehyde |
200-001-8 |
50-00-0 |
5 |
|
Formaldehyde |
200-001-8 |
50-00-0 |
6 |
|
Taħlita ta’ cis- u trans-p-menthane-3,8 diol/Citriodiol |
255-953-7 |
42822-86-6 |
19 |
|
Diossidu tas-siliċju/Kieselguhr |
Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti |
61790-53-2 |
18 |