31980L1100



Official Journal L 325 , 01/12/1980 P. 0016 - 0016
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0212
Greek special edition: Chapter 03 Volume 31 P. 0241
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0212
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 19 P. 0240
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 19 P. 0240


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-11 ta’ Novembru 1980

li temenda d-Direttiva 80/215/KEE fir-rigward ta’ mard vexxikulari u deni klassiku tal-ħnieżer

(80/1100/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva 80/215/KEE [4], tipprovdi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom jitħarsu mill-prodotti tal-laħam maħsuba għall-kummerċ intra-Komunitarju;

Billi l-eżistenza ta’ mard tal-ħnieżer vexxikulari fil-Komunità jirrappreżenta periklu għall-istokkijiet tal-ħnieżer tal-Komunità; billi, għalhekk, għandhom jittieħdu passi biex jiżguraw li l-marda ma tixteridx waqt il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal;

Billi l-persistenza tad-deni tal-ħnieżer klassiku f’ċerti partijiet tal-Komunità tirrapreżenta periklu għall-istokkijiet tal-ħnieżer ta’ l-Istati Membri li huma ħielsa mill-mard; billi sa dak iż-żmien li jkun inqered mill-partijiet fejn ikun għadu jeżisti, dawk l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jieħdu miżuri addizzjonali biex jipprevjienu kull kontaminazzjoni fil-kors tal-kummerċ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Novembru 1980, id-Direttiva 80/215/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

(a) fl-Artikolu 4(1)(b), il-frażi li ġejja għandha tiddaħħal f’(ii) qabel il-kelma "trattament": "iżda, kif ukoll, il-marda kkonċernata mhijiex il-marda tal-ħnieżer vexxikulari";

(b) Fl-Artikolu 7(1)(a), il-kliem "marda tal-ħnieżer vexxikulari" għandha tiddaħħal bejn il-kliem "deni tal-ħnieżer klassiku" u "jew il-marda Teschen";

(ċ) L-Artikolu 10 għandu jinbidel b’li ġej:

"Artikolu 10

Fir-rigward tad-deni tal-ħnieżer, l-Istati Membri li nqdew bl-awtorizzazzjoni msemmija fid-Direttiva 80/218/KEE u li uffiċjalment huma ħielsa mid-deni tal-ħnieżer klassiku ma jistgħux jopponu l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom ta’ prodotti tal-laħam li, għalkemm ma għaddewx minn waħda mill-forom ta’ trattament imsemmija fl-Artikolu 4(1), ikunu ġew ippreparati kollha jew f’parti minn laħam frisk tal-majjal li jissodisfa l-ħtiġijiet msemmija fl-Artikolu 13 a tad-Direttiva 72/461/KEE, jew minn laħam frisk tal-majjal miksub mill-ħnieżer imlaqqma kontra d-deni tal-ħnieżer aktar minn tliet xhur qabel il-qatla."

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1981 u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Sad-data meta l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonformaw, u sa l-1 ta’ Lulju 1981 sa l-aktar tard, id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit huma awtorizzati biex iżommu r-regoli nazzjonali tagħhom dwar il-protezzjoni kontra d-deni tal-ħnieżer wara l-introduzzjoni fit-territorju tal-prodotti tal-laħam tal-majjal, bla ħsara għall-konformità mad-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattat.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Novembru 1980.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Ney

[1] ĠU C 130, tal-31.5.1980, p. 9.

[2] ĠU C 175, ta’ l-14.7.1980, p. 79.

[3] ĠU C 300, tat-18.11.1980, p. 20.

[4] ĠU L 47, tal-21.2.1980, p. 4.

--------------------------------------------------