31997D0464



Official Journal L 198 , 25/07/1997 P. 0033 - 0036


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Ġunju 1997

dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fejn għandhom x’jaqsmu prodotti ta’ l-inġinerija dwar ilma ta’ skart

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(97/464/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti għall-bini [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri skond l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE biex tattesta l-konformità ta’ prodott, "il-proċedura l-inqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà"; billi dan ifisser li hu meħtieġ li wieħed jiddeċidi jekk, għal prodott partikolari jew familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni ta’ fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur hijiex kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni ta’ konformità, jew jekk, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-konformità tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp ċertifikat approvat hijiex meħtieġa għal dak l-iskop;

Billi l-Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk stabbilita għandha tkun indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jiġi definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użati fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniki;

Billi ż-żewġ proċeduri li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal fl-Anness III li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE; billi huwa meħtieġ għalhekk li jiġu speċifikati b’mod ċar il-metodi li permezz tagħhom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implimentati, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, minħabba li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

Filwaqt li l-proċedura msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stipulati fl-ewwel possibilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibiliatjiet tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi għas-sistemi stipulati fil-punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibilità, mas-sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III;

Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Il-prodotti stipulati fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura, fejn, flimkien mas-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika operata mill-manifattur, korp ta’ ċertifikazzjoni approvat jiġi nvolut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

L-Artikolu 2

Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif stipulata fl-Anness III għandha tiġi indikata fil-mandati għall-istandards armonizzati.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Prodotti ta’ l-inġinerija dwar ilma ta’ skart ġewwa l-bini

Strumenti fejn il-kurrent jgħaddi b’lura: Xogħol ta’ pajpijiet għall-ventilazzjoni b’valvola biex tidħol l-arja minnha.

Settijiet għal stazzjon għall-ippumpjar ta’ ilma ta’ skart u impjanti li jerfgħu l-effluwenti.

Prodotti ta’ l-inġinerija dwar ilma ta’ skart barra l-bini

Settijiet u elementi għal impjanti ta’ trattament ta’ l-ilma ta’ skart u tagħmir ta’ trattament fuq il-post.

Tankijiet settiċi.

Kanal ta’ dranaġġ prefabbrikat.

Bokkaporti u kmamar ta’ spezzjoni.

Għotjien, taraġ tal ħadid, slielem u poġġamani għal ħofor għall-bokkaporti kmamar ta’ ispezzjoni, għotjien tal-kanali.

Separaturi.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

GRUPP TA’ PRODOTTI

PRODOTTI TA’ L-INĠINERIJA DWAR ILMA TA’ SKART ĠEWWA L-BINI (1/2)

Sistemi ta’attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) maħsuba elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ l-attestazzjoni ta’ konformità fli-standard(s) armonizzati rilevanti:

Prodott | Użu maħsub | Livell jew klassi | Attestazzjoni tas-sistema ta’ konformità |

Strumenti ta’ kurrent li jimxi b’lura: xogħol ta’ pajpijiet li jħalli l-arja tgħaddi minn valvola għall-ventilazzjoni | Għall-użu ġewwa l-bini | | 4 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi implimentata wkoll fejn it-twettieq ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma għandu ebda ħtieġa legali affattu għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, l-klawżola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikkjara it-twettiq tal-prodott f’dak ir-rigward.

GRUPP TA’ PRODOTTI

PRODOTTI TA’ L-ILMA TA’ L-INĠINERIJA DWAR ILMA TA’ SKART ĠEWWA L-BINI (2/2)

Sistemi ta’attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu/i maħsuba elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ l-attestazzjoni ta’ konformità fl-istandard(s) armonizzati relevanti:

Prodott(i) | Użu/i maħsuba | Livell(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni tas-sistema(i) ta’ konformità |

Settijiet għal stazzjon ta’ l-ippumpjar ta’ l-ilma ta’ skart u impjanti li jerfgħu l-effluwenti | Għall-użu ġewwa l-bini | | 3 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi mplimentata wkoll fejn it-twettiq ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma għandu ebda ħtieġa legali affattu għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, il-klawżola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikkjara it-twettiq tal-prodott f’dak ir-rigward.

GRUPP TA’ PRODOTTI

PRODOTTI TA’ L-INĠINERIJA DWAR ILMA TA’ SKART BARRA L-BINI (1/3)

Sistemi ta’attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu/i maħsuba elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ l-attestazzjoni ta’ konformità fl-istandard(s) armonizzati rilevanti:

Prodott(i) | Użu/i maħsuba | Livell(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni taas-sistemi ta’ konformità |

Settijiet u elementi għal impjanti tat-trattament ta’ l-ilma ta’ skart u tagħmir ta’ trattament fuq il-post - Tankijiet settiċi | Li għandhom jintużaw użati barra l-bini, għal ilma tax-xita, effluwenti tal-ħmieġ u organiċi | | 3 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi implimentata wkoll fejn it-twettieq ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma għandu ebda ħtieġa legali affattu għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, il-klawżola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikkjara it-twettiq tal-prodott f’dak ir-rigward.

GRUPP TA’ PRODOTTI

PRODOTTI TA’ L-INĠINERIJA DWAR ILMA TA’ SKART BARRA L-BINI (2/3)

Sistemi ta’attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu/i maħsuba elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitlub jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ l-attestazzjoni ta’ konformità fli-standard(s) armonizzati rilevanti:

Prodott(i) | Użu/i maħsuba | Livell(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni tas-sistemi ta’ konformità |

Kanal prefabbrikat tad-dranaġġ | Li għandu jintuża barra l-bini, għall-ilma ta’ skart minn bini u xogħolijiet ta’ inġinerija ċivili inklużi t-toroq | | 3 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi implimentata wkoll fejn it-twettiq ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma għandu ebda ħtieġa legali affattu għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, il-klawżola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikkjara it-twettiq tal-prodott f’dak ir-rigward.

GRUPP TA’ PRODOTTI

PRODOTTI TA’ L-INĠINERIJA DWAR ILMA TA’ SKART BARRA L-BINI (3/3)

Sistemi ta’attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu/i) maħsuba elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ l-attestazzjoni ta’ konformità fl-istandard(s) armonizzati relevanti:

Prodott(i) | Użu/i maħsuba | Livell(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni tas-sistemi ta’ konformità |

Bokkaporti u kmamar għall-ispezzjoni Għotjien, taraġ tal ħadid, slielem u poġġamani għall-bokkaporti u kmamar ta’ l-ispezzjoni, għotjien tal-kanali | Li għandhom jintużaw fit-toroq, żoni għall-parkeġġ, naħat fil-ġenb tat-triq fejn jieqfu l-vetturi bil-ħsara u barra l-bini | | 4 |

Separaturi | Għall-ilma ta’ skart/ħmieġ minn bini u xogħol ta’ inġinerija ċivili inklużi t-toroq | | 4 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi implimentata wkoll fejn it-twettiq ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma għandu ebda ħtieġa legali affattu għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, il-klawżola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikkjara it-twettiq tal-prodott f’dak ir-rigward.

--------------------------------------------------