Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/900/KE, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika tal-Finlandja implementat bħala għajnuna għall-investiment favur l-impriża Componenta Oyj (ĠU 2006, L 353, p. 36).
Dispożittiv
1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/900/KE, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika tal-Finlandja implementat bħala għajnuna għall-investiment favur l-impriża Componenta Oyj hija annullata.
2) Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk subiti minn Componenta.
3) Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.