Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405) – Mument li fih tkun dovuta t-taxxa fuq l-elettriku.
Dispożittiv
1) Billi naqset milli tikkonforma, fl-1 ta’ Jannar 2006, is-sistema tagħha ta’ tassazzjoni tal-elettriku, fir-rigward ta’ meta tkun dovuta t-taxxa fuq l-elettriku, mar-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/74/KE, tad-29 ta’ April 2004, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2) Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.