<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-203/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020TJ0203</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:605">EU:T:2021:605</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20210922">22.9.2021</DATE> – Kawża T‑203/20 (<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>)</HT></P><P><HT TYPE="SC">Al‑Imam vs Il‑Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal‑Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P>22 ta’ Settembru 2021<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Politika estera u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi kontra s-Sirja</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar ta’ fondi</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-difiża</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD><KEYWORD>Żball ta’ evalwazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għall-proprjetà</KEYWORD><KEYWORD>Ħsara għar-reputazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑203/20,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Maher Al‑Imam</HT>, li jgħix f’Damasku (is-Sirja), irrappreżentat minn M. Brillat, avukata,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn V. Piessevaux u M.-C. Cadilhac, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett, minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal‑31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="147" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 147, p. 14</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="190" PAGE.FIRST="20" DATE.PUB="20180727">ĠU L 190, 27.7.2018, p. 20</REF.DOC.OJ>), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat‑18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="016" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 16, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="294" PAGE.FIRST="59" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 294, p. 59</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="190" PAGE.FIRST="20" DATE.PUB="20180727">ĠU L 190, 27.7.2018, p. 20</REF.DOC.OJ>), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/212 tas‑17 ta’ Frar 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="043" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 43</REF.DOC.OJ> I, p. 6), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/211 tas‑17 ta’ Frar 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="043" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 43</REF.DOC.OJ> I, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat‑28 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="168" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 168, p. 66</REF.DOC.OJ>), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat‑28 ta’ Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="168" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 168, p. 1</REF.DOC.OJ>), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża biex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba dawn l-atti,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL‑QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),</P><?PAGE NO="2"?><P>komposta minn S. Gervasoni, President, R. Frendo u J. Martín y Pérez de Nanclares (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Qegħdin jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti li wasslu għall‑kawża u l‑fatti sussegwenti għall‑preżentata tar‑rikors</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑inklużjoni inizjali ta’ isem ir‑rikorrent fil‑listi li jidhru fl‑Anness I tad‑Deċiżjoni 2013/255 u fl‑Anness II tar‑Regolament Nru 36/2012</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/212, tas‑17 ta’ Frar 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="043" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 43</REF.DOC.OJ> I, p. 6), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/211, tas‑17 ta’ Frar 2020 li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="043" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 43</REF.DOC.OJ> I, p. 1) (iktar ’il quddiem, imsejħa flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>atti inizjali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), isem ir-rikorrent ġie inkluż fil-linja 289 tat-Tabella A tal-listi tal-ismijiet tal-persuni fiżiċi, entitajiet u korpi kkonċernati mill-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255 u fl-Anness II tar-Regolament Nru 36/2012 (iktar ’il quddiem, imsejħa flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>listi inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), b’riferiment għar-raġunijiet li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja b’interessi kummerċjali fit-turiżmu, it-telekomunikazzjonijiet u l-proprjetà immobbli. Bħala Maniġer Ġenerali ta’ [Telsa Group LLC] li huwa appoġġat mir-reġim kif ukoll ta’ Castro LLC, u permezz tal-interessi kummerċjali l-oħra tiegħu, Mahir Burhan Eddine Al‑Imam igawdi mir-reġim u jappoġġa l-politika tiegħu ta’ finanzjament u lobbying kif ukoll il-politika tiegħu fil-qasam tal-kostruzzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Dwar iż‑żamma ta’ isem ir‑rikorrent fil‑listi inkwistjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-28 ta’ Mejju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/719, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="168" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 168, p. 66</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/716, li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="168" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 168, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>atti ta’ żamma<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>). Bis-saħħa tal-atti ta’ żamma, l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2013/255 ġiet estiża sal-1 ta’ Ġunju 2021. Isem ir-rikorrent inżamm fil-linja 289 tat-Tabella A tal-listi inkwistjoni abbażi ta’ raġunijiet identiċi għal dawk użati fl-atti inizjali.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑proċedura u t‑talbiet tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑18 ta’ April 2020, ir-rikorrent ippreżenta dan ir-rikors li għandu bħala suġġett talba intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni 2013/255, tar-Regolament Nru 36/2012 u tal-atti inizjali, sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-istess jum, ir-rikorrent ressaq talba għal trattament prijoritarju, skont l-Artikolu 67(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li ġiet miċħuda permezz ta’ deċiżjoni tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali tal‑4 ta’ Ġunju 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-23 ta’ April 2020, ir-rikorrent ressaq talba għall-anonimat, skont l-Artikolu 66 tar-Regoli tal-Proċedura, li ġiet miċħuda permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal‑15 ta’ Ġunju 2020, peress li d-data inkwistjoni, b’mod partikolari l-elementi ta’ identifikazzjoni, kienet preżenti fid-deċiżjonijiet ikkontestati, li min-naħa tagħhom ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, u għalhekk kienet saret pubblika. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal anonimat kienet adottata mingħajr preġudizzju għall-fatt li tintlaqa’ t-talba għall-ommissjoni tad-data ekonomika u tad-data dwar terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑24 ta’ Lulju 2020, ir-rikorrent, abbażi tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura, adatta r-rikors, b’tali mod li dan ikun intiż ukoll għall-annullament tal-atti ta’ żamma, sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fis‑27 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill ippreżenta r-risposta fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl‑10 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill ippreżenta fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali l-osservazzjonijiet dwar in-nota ta’ adattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-replika u l-kontroreplika ġew ippreżentati, rispettivament, fl‑14 ta’ Settembru u fis‑26 ta’ Ottubru 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-fażi tal-proċedura bil-miktub ingħalqet fis‑26 ta’ Ottubru 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89(3)(a) tar-Regoli tal-Proċedura, fl‑10 ta’ Marzu 2021, il-Qorti Ġenerali talbet lill-partijiet iwieġbu għal sensiela ta’ mistoqsijiet. Il-partijiet ikkonformaw ma’ din it-talba fit-terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ talba għall-iffissar ta’ seduta ppreżentata mill-partijiet fit-terminu stabbilit, fis‑26 ta’ Mejju 2021, il-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla), fuq proposta tal-Imħallef Relatur, iddeċidiet li taqta’ l-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiddikjara r-rikors ammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>tikkonstata l-illegalità tad-Deċiżjoni 2013/255, tar-Regolament Nru 36/2012, tal-atti inizjali u tal-atti ta’ żamma, sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh;</P></ITEM><ITEM><P>konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2013/255, ir-Regolament Nru 36/2012, l-atti inizjali u l-atti ta’ żamma, sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh;</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>l-ewwel, tikkundanna lill-Kunsill iħallsu, minn naħa, is-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> u, min-naħa l-oħra, is-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">15000</FT> fil-ġimgħa mit‑18 ta’ Frar 2020 bħala kumpens, rispettivament, għad-dannu materjali u għad-dannu immaterjali subit minħabba l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi fil-konfront tiegħu, u sussegwentement, it-tieni, tikkundanna lill-Kunsill jikkumpensa kull dannu futur li huwa ser isostni minħabba l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi fil-konfront tiegħu;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tliet talbiet għad-danni mressqa mir-rikorrent, dan tal-aħħar ippreċiża, fir-replika, li, għad-determinazzjoni tal-ammont tal-kumpens mitlub, id-data tat-tmiem tal-perijodu rilevanti għandha tkun id-data tal-għoti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors kollu kemm hu;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, jekk l-atti inizjali u l-atti ta’ żamma (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>atti kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) jiġu annullati f’dak li jikkonċerna r-rikorrent, tordna ż-żamma tal-effetti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2020/212 u tad-Deċiżjoni 2020/719 f’dak li jikkonċerna r-rikorrent sad-dħul fis-seħħ tal-annullament parzjali tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni 2020/211 u 2020/716;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id‑dritt</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it‑talbiet għal annullament</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑mertu</HT></HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad‑drittijiet tad‑difiża</HT></HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel parti, ibbażata fuq il‑ksur tad-dritt għal smigħ u tad‑dritt ta’ aċċess għall‑fajl</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">ii)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Wara l‑pubblikazzjoni tal‑atti inizjali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="7"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑eżami mill‑ġdid tal‑atti inizjali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-atti inizjali, ir-rikorrent isostni, essenzjalment, li t-terminu għall-preżentazzjoni ta’ talba għal eżami mill-ġdid u ta’ osservazzjonijiet kien qasir wisq b’tali mod li ma kienx jippermettilu li jinstema’ b’mod utli u effikaċi. Dan it-terminu allegatament beda fil-jum tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-avviż imsemmi fil-punt 13 iktar ’il fuq, jiġifieri fit‑18 ta’ Frar 2020, u ntemm fid-data ta’ skadenza indikata minn dan l-avviż għall-preżentazzjoni tal-imsemmija talba, jiġifieri fl‑1 ta’ Marzu 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrent iqis li jeżisti żbilanċ bejn it-terminu mogħti lilu għall-preżentazzjoni ta’ talba għal eżami mill-ġdid u ta’ osservazzjonijiet u l-perijodu għall-eżami tal-imsemmija talbiet u osservazzjonijiet mill-Kunsill. Dan il-perijodu allegatament beda fid-data ta’ skadenza tal-imsemmi terminu, fl‑1 ta’ Marzu 2020, u spiċċa fid-data tal-iskadenza tal-aħħar estensjoni tad-Deċiżjoni 2013/255 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas‑17 ta’ Mejju 2019 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 132, p. 36</REF.DOC.OJ>), jiġifieri fl‑1 ta’ Ġunju 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-atti ta’ żamma, ir-rikorrent isostni, essenzjalment, li l-fatt li, skont l-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fid‑29 ta’ Mejju 2020, l-osservazzjonijiet eventwali li huwa jippreżenta jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-eżami mill-ġdid li jmiss ta’ kull sena tal-listi inkwistjoni, minflok ma jkunu s-suġġett ta’ analiżi immedjata, ma huwiex konformi mad-dritt għal smigħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrent isostni li l-fatt li l-Kunsill jiddeċiedi li jeżamina l-listi inkwistjoni darba fis-sena ma huwiex konformi mad-Deċiżjoni 2013/255, kif emendata bid-Deċiżjoni 2015/1836, u mar-Regolament Nru 36/2012, kif emendat bir-Regolament 2015/1828. Ir-rikorrent isostni li, skont l-Artikolu 32(4) tar-Regolament Nru 36/2012 kif emendat bir-Regolament 2015/1828, il-Kunsill huwa obbligat li jeżamina l-listi inkwistjoni f’intervalli regolari u mill-inqas kull tnax-il xahar. Għalhekk, l-eżami ta’ kull sena huwa biss parti mill-obbligu ta’ eżami mill-ġdid previst minn dawn l-atti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>L-ewwel, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk id-dritt għal smigħ tar-rikorrent ġiex miksur minħabba l-fatt li t-terminu għat-tressiq ta’ talba għal eżami mill-ġdid kien qasir wisq, għandu jiġi indikat, qabel kollox, li dan it-terminu, stabbilit bejn il-partijiet, kien ta’ tmint ijiem tax-xogħol, mill-ġurnata tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-avviż imsemmi fil-punt 13 iktar ’il fuq, jiġifieri t‑18 ta’ Frar 2020, sad-data ta’ skadenza indikata minn dan l-avviż għall-preżentazzjoni tal-imsemmija talba, jiġifieri l‑1 ta’ Marzu 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 36/2012, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>[f]ejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp skont il-każ<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. Barra minn hekk, il-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu jżid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>[i]l-listi fl-Annessi II u IIa jiġu riveduti f’intervalli regolari u tal-inqas kull 12-il xahar<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Minn dan jirriżulta li r-Regolament Nru 36/2012 ma jipprevedix limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ talba għal eżami mill-ġdid jew għal osservazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Għalhekk, xejn ma kien jipprekludi li r-rikorrent jippreżenta talba għal eżami mill-ġdid jew osservazzjonijiet f’kull mument, konformement mal-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 36/2012, kif emendat bir-Regolament 2015/1828. F’dan ir-rigward, il-Kunsill indika li kien qiegħed jirrispondi għall-imsemmija osservazzjonijiet mingħajr ma jistenna l-iskadenza ta’ kull sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-obbligu li jiġi osservat terminu raġonevoli fit-tmexxija tal-proċeduri amministrattivi jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li l-osservanza tiegħu għandha tiġi żgurata mill-qorti tal-Unjoni u li barra minn hekk huwa kkunsidrat bħala komponent tad-dritt għal amministrazzjoni tajba mill-Artikolu 41(1) tal-Karta (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal‑11 ta’ April 2006, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Angeletti vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑394/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:111">EU:T:2006:111</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0162">162</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑6 ta’ Diċembru 2012, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Füller-Tomlinson vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑390/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:652">EU:T:2012:652</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0115">115</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li, meta t-tul tal-proċedura ma jkunx stabbilit permezz ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, in-natura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> tat-terminu għandha tiġi evalwata skont iċ-ċirkustanzi kollha speċifiċi għal kull każ u, b’mod partikolari, skont l-importanza tat-tilwima għall-persuna kkonċernata, il-kumplessità tal-kawża u l-aġir tal-partijiet (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑28 ta’ Frar 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Eżami mill-ġdid Arango Jaramillo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs BEI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑334/12 RX‑II</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:134">EU:C:2013:134</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, il-Kunsill jindika li huwa kellu bżonn terminu ta’ tliet xhur, jiġifieri mill‑1 ta’ Marzu 2020 sad-data tal-iskadenza tal-aħħar estensjoni tad-Deċiżjoni 2013/255 skont id-Deċiżjoni 2019/806, jiġifieri l‑1 ta’ Ġunju 2020, sabiex iwettaq l-eżami mill-ġdid ta’ kull sena. Tali eżami mill-ġdid jimplika, skont il-Kunsill, l-analiżi tas-sitwazzjoni individwali ta’ madwar tliet mija u ħamsin persuna u entità li isimhom jidher fil-listi inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, il-Kunsill isostni li huwa jirrispondi għall-osservazzjonijiet ippreżentati u joffri l-possibbiltà li jifformula kummenti ġodda, b’tali mod li jkun hemm skambju kontradittorju bejnu u l-persuni kif ukoll l-entitajiet li ppreżentaw osservazzjonijiet matul dan il-perijodu ta’ tliet xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li terminu ta’ tliet xhur sabiex tiġi eżaminata s-sitwazzjoni individwali ta’ madwar tliet mija u ħamsin persuna u entità huwa relattivament qasir. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-istabbiliment ta’ terminu għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal eżami mill-ġdid huwa mezz leġittimu għall-Kunsill sabiex jiżgura ruħu mir-riċezzjoni tal-osservazzjonijiet u tal-provi ppreżentati mill-persuni u mill-entitajiet ikkonċernati qabel it-tmiem tal-fażi ta’ eżami mill-ġdid u mill-kisba ta’ żmien suffiċjenti sabiex dawn jiġu eżaminati bid-diliġenza meħtieġa. Ċertament, it-terminu, ta’ tnax-il jum, li kien jirriżulta mill-iffissar tad-data ta’ skadenza f’dan il-każ kien terminu qasir peress li kien jimplika, għar-rikorrent, li jsir jaf bl-opinjoni u bil-kontenut tar-raġunijiet għall-inklużjoni u li jipproċedi bit-tfassil tal-osservazzjonijiet li jistgħu jinkludu provi. Madankollu, minn naħa, ma huwa impost ebda formaliżmu għall-preżentazzjoni ta’ talba għal eżami mill-ġdid. Bl-istess mod, kuntrarjament għal dak li jsostni r-rikorrent, ma huwiex meħtieġ li jkun irrappreżentat minn avukat sabiex jippreżenta tali talba. Min-naħa l-oħra, it-tressiq ta’ talba għal eżami mill-ġdid tiftaħ djalogu bejn il-Kunsill u l-persuna jew l-entità kkonċernata li la hija limitata <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> u lanqas fin-numru ta’ ittri skambjati. Dan ifisser li xejn ma jipprekludi li talba għal eżami mill-ġdid li jkun fiha osservazzjonijiet sommarji titressaq fit-terminu stabbilit, imbagħad tiġi kkompletata, jekk ikun il-każ, minn osservazzjonijiet jew provi oħra matul skambju kontradittorju sussegwenti mal-Kunsill. Għalhekk, fih innifsu, it-terminu ta’ tnax-il jum mogħti mill-Kunsill fl-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tat‑18 ta’ Frar 2020, imsemmi fil-punt 13 iktar ’il fuq, għall-preżentazzjoni ta’ talba għal eżami mill-ġdid ma jippermettix li jitqies li d-dritt għal smigħ tar-rikorrent ġie miksur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, kif ġie stabbilit fil-punt 91 iktar ’il fuq u kif jirrikonoxxi l-Kunsill, xejn ma jipprekludi li r-rikorrent jippreżenta tali talba, jew osservazzjonijiet, fi kwalunkwe mument, anki wara din id-data ta’ skadenza, konformement mal-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 36/2012. F’dan is-sens, id-data ta’ skadenza stabbilita mill-Kunsill fl-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tat‑18 ta’ Frar 2020, imsemmija fil-punt 13 iktar ’il fuq, jista’ jkollha biss għan purament indikattiv. Tali indikazzjoni hija utli sabiex tippermetti lill-persuni u lill-entitajiet ikkonċernati jressqu t-talba tagħhom għal eżami mill-ġdid qabel ma tintemm il-fażi ta’ eżami mill-ġdid, avveniment intern tal-Kunsill li huma ma jistgħux ikunu jafu bih, u qabel ma jiġu adottati atti ġodda mill-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>It-tieni, fir-rigward tal-argumenti tar-rikorrent ibbażati, minn naħa, fuq il-fatt li l-osservazzjonijiet eventwali ppreżentati ma humiex is-suġġett ta’ analiżi immedjata u, min-naħa l-oħra, fuq il-fatt li l-Kunsill jiddeċiedi li jeżamina l-listi inkwistjoni darba biss fis-sena, għandu jitfakkar, qabel kollox, kif ġie indikat fil-punti 91 u 95 iktar ’il fuq, li r-rikorrent jista’, f’kull mument, jippreżenta osservazzjonijiet li l-Kunsill ikollu jwieġeb għalihom mingħajr ma jistenna l-iskadenza annwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255, kif emendata bid-Deċiżjoni 2015/1836, din id-deċiżjoni hija suġġetta għal sorveljanza kostanti, b’mod li hija estiża, jew emendata jekk ikun il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-għanijiet tagħha ma ntlaħqux. Dan huwa prova, kif jenfasizza ġustament il-Kunsill, li l-atti inizjali ġew adottati mhux wara eżami mill-ġdid ta’ kull sena mwettaq skont l-Artikolu 32(4) tar-Regolament Nru 36/2012, kif emendat bir-Regolament 2015/1828, iżda fix-xahar ta’ Frar 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandhom jiġu miċħuda l-ilmenti tar-rikorrent ibbażati fuq il-qosor tat-terminu mogħti għall-preżentazzjoni ta’ talba għal eżami mill-ġdid tal-atti inizjali u fuq il-fatt li l-Kunsill, billi jeżamina biss il-listi darba fis-sena, ma eżaminax immedjatament l-osservazzjonijiet tiegħu.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL‑QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Maher Al‑Imam huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gervasoni</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Frendo</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Martín y Pérez de Nanclares</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-22 ta’ Settembru 2021.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>