3.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 143/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 488/2008

tat-2 ta’ Ġunju 2008

li jimponi dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Inizjazzjoni

(1)

Fit-23 ta’ Lulju 2007, tressaq ilment dwar importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu tac-Ċina mill-Kunsill Ewropew ta’ l-Industrija tal-Kimika (KEIK) (“il-kwerelant”) f'isem produttur li jirrappreżenta proporzjon ewlieni tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ aċidu ċitriku, f'dan il-każ aktar minn 25 %.

(2)

L-ilment kellu xhieda ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minn dan, li tqieset suffiċjenti biex jiġi ġustifikat l-inizjazzjoni ta’ proċedura.

(3)

Fl-4 ta’ Settembru 2007, il-proċedura nbdiet bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ inizjazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2).

2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura

(4)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti kkonċernati magħrufin u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom, lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi u lill-produtturi Komunitarji bl-inizjazzjoni tal-proċedura ta’ anti-dumping. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ inizjazzjoni.

(5)

Biex il-produtturi esportaturi jkunu jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jew għal trattament individwali (“TI”), f'każ li xtaqu jagħmlu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talba lill-produtturi esportaturi Ċiniżi kkonċernati magħrufin u lir-rappreżentanti tar-RPĊ. Tmien produtturi esportaturi, inklużi gruppi ta’ kumpanniji relatati, talbu TES skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jew b'mod alternattiv TI - f'każ li l-investigazzjoni tistabbilixxi li huma ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal TES.

(6)

Minħabba n-numru apparentement kbir ta’ produtturi esportaturi u importaturi involuti f'din l-investigazzjoni, kien hemm konsiderazzjonijiet ta’ teħid ta’ kampjuni fl-avviż ta’ inizjazzjoni, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(7)

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni kienx se jkun meħtieġ u, jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi u l-importaturi u r-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom intalbu jippreżentaw lilhom infushom u jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta’ inizjazzjoni, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom marbuta mal-prodott ikkonċernat fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ l-avviż ta’ inizjazzjoni.

(8)

Safejn għandhom x’jaqsmu l-produtturi esportaturi, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, intgħażel kampjun fuq il-bażi ta’ l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku fil-Komunità, li raġjonevolment jista’ jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li waslet mingħand il-produtturi esportaturi, intagħżel kampjun ta’ erba’ kumpaniji, jew gruppi ta’ kumpaniji relatati (“il-kumpaniji li ttieħdu għall-kampjun”) li għandhom l-akbar volum ta’ esportazzjonijiet lejn il-Komunità. F’termini ta’ volum ta’ esportazzjonijiet l-erba' kumpaniji li ttieħdu għall-kampjun jirrappreżentaw 79 % ta’ l-esportazzjonijiet totali ta’ aċidu ċitriku mir-RPĊ lejn il-Komunità matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati u ma qajmu l-ebda oġġezzjoni.

(9)

L-erba' produtturi kollha kemm huma li tħallew barra mill-kampjun talbu marġini individwali, skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Kumpanija waħda biss, DSM Citric Acid (Wuxi) Ltd, bagħtet it-tagħrif meħtieġ fi żmien il-perjodu previst. Għaldaqstant, talba kompluta waħda biss waslet għal marġini individwali. Billi din it-talba ma tqisitx bħala waħda ta’ xkiel mhux xieraq u ma kinitx se twaqqaf l-investigazzjoni milli tiġi tterminata sew f'waqtha, it-talba ntlaqgħet.

(10)

Fir-rigward ta’ importaturi Komunitarji mhux relatati, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, intagħżel kampjun fuq il-bażi ta’ l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku lejn il-Komunità, li jista’ jkun investigat b’mod raġjonevoli fiż-żmien disponibbli. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li waslet mingħand l-importaturi Komunitarji mhux relatati, intagħżel kampjun ta’ erba’ kumpaniji, jew gruppi ta’ kumpaniji relatati (“il-kumpaniji li ttieħdu għall-kampjun”) li għandhom l-akbar volum ta’ importazzjonijiet lejn il-Komunità. F’termini ta’ volum ta’ importazzjoni l-erba' kumpaniji li ttieħdu għall-kampjun jirrappreżentaw 36 % ta’ l-importazzjonijiet totali ta’ aċidu ċitriku mir-RPĊ lejn il-Komunità matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati u ma qajmu l-ebda oġġezzjoni. Wieħed mill-importaturi li kien fil-kampjun ma setax jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. It-tliet importaturi li fadal jirrappreżentaw 29 % ta’ l-importazzjonijiet totali ta’ aċidu ċitriku mir-RPĊ lejn il-Komunità matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(11)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ gћad-determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, ћsara li rriżultat kif ukoll l-interess tal-Komunità u wettqet żjarat ta’ verifika fuq il-post fil-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produturi fil-Komunità:

—

Jungbunzlauer Austria AG, Vjenna, l-Awstrija,

—

S.A. Citrique Belge N.V., Tienen, il-Belġju;

(b)

Il-produtturi esportaturi fir-RPĊ:

—

Anhui BBCA Biochemical Co, Ltd, Bengbu City, Provinċja ta’ Anhui,

—

RZBC Co, Ltd, Rizhao, Provinċja ta’ Shandong,

—

TTCA Co., Ltd., Anqiu City, Provinċja ta’ Shandong,

—

Yixing Union Biochemical Co Ltd, Yixing City, Provinċja ta’ Jiangsu,

—

Shanxi Ruicheng, Ruicheng County, Provinċja ta’ Shanxi,

—

Laiwu Taihe Biochemistry Co Ltd, Laiwu City, Provinċja ta’ Shandong,

—

Weifang Ensign Industry Co Ltd, Changle City, Provinċja ta’ Shandong,

—

DSM Citric Acid (Wuxi) Ltd, West Wuxi, Provinċja ta’ Jiangsu;

(c)

Kumpaniji relatati fir-RPĊ:

—

Anhui BBCA Maanshan Biochemical Ltd, Maanshan, Provinċja ta’ Anhui,

—

China National Xin Liang Storage Transportation & Trading Corp, Beijing,

—

DSM (China) Ltd, Shanghai,

—

Shanxi Dimine International Trade, Taiyuan, Provinċja ta’ Shanxi;

(d)

Importaturi mhux relatati fil-Komunità:

—

Azelis group, St Augustin, il-Ġermanja,

—

Rewe Food Ingredients, Köln, il-Ġermanja,

—

Brenntag, Mülheim/Ruhr, il-Ġermanja.

(12)

Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingћataw seduta ta’ smigħ.

(13)

Minћabba l-ћtieġa li jiġi stabbilit valur normali gћall-produtturi esportaturi li jista’ ma jingћatalhomx TES, saret verifika biex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi tad-data minn pajjiż ta’ analoġija, f’dan il-każ il-Kanada (ara l-premessi (40) sa (44), fuq il-post tal-kumpanji li ġejjin:

(e)

Produttur fil-Kanada:

—

Jungbunzlauer Canada, Port Colborne, Ontario.

3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(14)

L-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sat-30 ta’ Ġunju 2007 (“il-perjodu ta’ l-investigazzjoni” jew il-“PI”). Fir-rigward tat-tendenzi rilevanti għall-istima tal-ħsara, il-Kummissjoni analizzat id-data li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-30 ta’ Ġunju 2007 (“il-perjodu meqjus”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Il-Prodott ikkonċernat

(15)

Il-prodott ikkonċernat huwa aċidu ċitriku (inkluż iċ-ċitrat tas-sodju), aċidifikant u regolatur tal-pH għal ħafna applikazzjonijiet bħal xarbiet, ikel, deterġenti, kosmetiċi u farmaċewtiċi. Prinċipalment huwa magħmul miz-zokkor/ġulepp, it-tapjoka, il-qamħ jew il-glukożju (miksub miċ-ċereali) u aġenti differenti għall-fermentazzjoni mikrobika taħt l-ilma tal-karboidrati.

(16)

Il-prodott ikkonċernat jinkludi l-monoidrat ta’ l-aċidu ċitriku (“MAĊ”), aċidu ċitriku anidrus (“AĊA”) u d-deidrat taċ-ċitrat tat-trisodju (“DĊT”). Dawn it-tliet tipi jiffurmaw il-prodott ikkonċernat billi għandhom karatteristiċi kimiċi bażiċi komuni u użu li jixxiebaħ. It-tipi ta’ prodott jaqgħu fi ħdan il-Kodiċijiet NM 2918 14 00 (CAM, CAA) u ex 2918 15 00 (TSC). Il-Kodiċi NM 2918 15 00 jinkludi wkoll imluħa oħrajn u esteri, li m'humiex il-prodott ikkonċernat.

(17)

L-investigazzjoni wriet li t-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat kollha għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi u kimiċi bażiċi u bażikament jintużaw għall-istess għanijiet. Għalhekk dawn jitqiesu bħala li jikkostitwixxu prodott wieħed għall-fini ta’ din il-proċedura.

2.   Il-prodott simili

(18)

L-aċidu ċitriku prodott u mibjugħ fil-Komunità mill-industrija tal-Komunità u l-aċidu ċitriku prodott u mibjugħ fir-RPĊ u fil-Kanada, li għamilha ta’ pajjiż ta’ analoġija, instabu li essenzjalment kellhom l-istess karatteristiċi tekniċi u kimiċi u l-istess użi bażiċi prodotti fir-RPĊ u mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Komunità. Għalhekk huma provviżorjament meqjusa li jixxiebhu skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   ID-DUMPING

1.   Ġenerali

(19)

Kif imsemmi fil-premessa (5) hawn fuq, kien hemm konsiderazzjonijiet ta’ teħid ta’ kampjuni għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ fl-avviż ta’ inizjazzjoni. B'kollox tmien gruppi ta’ kumpaniji wieġbu l-kwestjonarju tat-teħid ta’ kampjuni fiż-żmien stabbilit u pprovdew it-tagħrif mitlub. Huma rrappreżentaw 96 % ta’ l-importazzjonijiet totali li ġew irrappurtati mill-Eurostat. Għaldaqstant il-livell ta’ kooperazzjoni jitqies għoli. Il-produtturi esportaturi kollha talbu TES u TI. Kif issemma fil-premessa (7) hawn fuq, erba’ gruppi ta’ kumpaniji ntgħażlu fil-kampjun fuq il-bażi tal-volum ta’ esportazzjoni tagħhom lejn il-Komunità.

2.   Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (“TES”)

(20)

Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-istħarriġiet ta’ anti-dumping dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali gћal dawk il-produtturi li nstabu li qed jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku gћandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-imsemmi Artikolu.

(21)

Fil-qosor, u għal faċilità ta’ referenza biss, il-kriterji tat-TES qed jingħataw f’forma mqassra hawn taħt:

(1)

Id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż kummerċjali jsiru b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti min-naħa ta’ l-Istat; l-ispejjeż ta’ l-imputs ewlenin sostanzjalment jirriflettu l-valuri tas-suq;

(2)

Id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords bażiċi tal-kontabbiltà li jiġu indipendentement ivverifikati skond l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u jiġu applikati għall-finijiet kollha;

(3)

Ma hemm l-ebda tgħawwiġ sinifikanti li ntiret mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

(4)

Il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabbiltà legali;

(5)

Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu skond ir-rati tas-suq.

(22)

It-tmien kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji kollha ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoperaw f'din il-proċedura talbu t-TES skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu l-formola ta’ talba għal TES għall-produtturi esportaturi fl-iskadenzi mogħtija. Dawn il-gruppi kollha kienu jinkludu kemm il-produtturi tal-prodott ikkonċernat kif ukoll il-kumpaniji relatati mal-produtturi u involuti fin-negozju ta’ l-aċidu ċitriku. Tabilħaqq, hija l-prassi konsistenti tal-Kummissjoni li teżamina jekk grupp ta’ kumpaniji relatati, kumplessivament, jissodisfax il-kundizzjonijiet għat-TES. Il-gruppi li ġejjin kienu talbu TES:

—

Anhui BBCA Biochemical Co, Ltd,

—

RZBC Co, Ltd,

—

TTCA Co., Ltd.,

—

Yixing Union Biochemical Co Ltd,

—

Shanxi Ruicheng,

—

Laiwu Taihe Biochemistry Co Ltd,

—

Weifang Ensign Industry Co Ltd,

—

DSM Citric Acid (Wuxi) Ltd.

(23)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw imsemmija aktar 'il fuq, il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni mressqa fit-talba għal TES fil-bini tal-kumpaniji in kwistjoni kif tqies li kien meħtieġ.

(24)

Żewġ kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji (Laiwu Taihe u DSM Wuxi) issodisfaw il-kriterji kollha kif issemma fil-qosor fil-premessa (20) hawn fuq u setgħu jingħataw TES.

(25)

Tliet kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji (RZBC Co Ltd, TTCA Co., Ltd. u Yixing Union Biochemical) ipotekaw bosta mill-assi tagħhom biex jirċievu self. Minkejja li ipotekaw il-biċċa l-kbira mill-assi tagħhom, kienu xorta f'qagħda li jiggarantixxu self li ngħata lil kumpaniji oħra. Bħala kumpens, RZBC, TTCA Co., Ltd. u Yixing Union Biochemical irċevew garanziji simili għas-self tagħhom mill-istess kumpaniji li għalihom għamluha ta’ garanti. Il-kumpaniji użaw dawn il-garanziji biex jiksbu aktar self li jammonta għal 25 %-50 % ta’ l-assi totali tagħhom. Dawn il-kumpaniji argumentaw li sistema bħal din hi applikata wkoll f'pajjiżi li għandhom ekonomija tas-suq u hi prevista b’mod espliċitu fil-leġiżlazzjoni bankarja Ċiniża. Madankollu, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni wriet li l-politika bankarja normalment tkun tipprovdi self għal frazzjoni biss tal-valur ta’ l-assi użati bħala garanzija u mhux għal ammont li jaqbeż dan il-valur. Barra minn hekk, is-sistema bankarja li minnha nkiseb is-self kienet taħt influwenza sostanzjali ta’ l-Istat. Għalhekk, ġie konkluż li t-tliet kumpaniji msemmija hawn fuq ma ssodisfawx il-kriterju 1 kif issemma fil-qosor fil-premessa (20) hawn fuq. Għal din ir-raġuni, ma setgħux għaldaqstant jingħataw TES.

(26)

Għal żewġ kumpaniji (TTCA Co., Ltd. and Weifang Ensign), il-valur tad-dritt ta’ l-użu ta’ l-art u/jew assi fissi żdied b'mod sostanzjali (500 %-1 500 %) tul perjodu ta’ żmien relattivament qasir, bejn dakinhar li nxtraw jew saru tal-kumpanija bħala kontribuzzjoni ta’ kapital u f'data aktar 'il quddiem (bejn 1 u 5 snin aktar 'il quddiem) meta reġgħu ġew evalwati. Dan juri li l-assi rispettivi nkisbu b'valur taħt il-prezz tas-suq u dan jirrappreżenta sussidju moħbi. Iż-żewġ kumpaniji sostnew li ż-żieda ma kinitx daqshekk sostanzjali u kienet pjuttost konformi maż-żieda normalment osservata fiċ-Ċina għal assi komparabbli. Madankollu, ma ngħatat l-ebda evidenza għal dan. Minħabba l-vantaġġ li rċevew dawn il-kumpaniji b'kisba ta’ assi bi prezzijiet sostanzjalment taħt il-valur tas-suq, il-konformità tal-kriterju 3 kif jidher fil-qosor fil-premessa (20) hawn fuq ma ntlaħqitx.

(27)

Kumpanija fost l-oħrajn, Anhui BBCA Biochemical Co Ltd, irċeviet somma sinifikanti ta’ flus matul il-PI (qrib 10 % ta’ l-assi totali tagħha jew 15 % tal-fatturat annwali tagħha). Barra minn hekk, ċerti kerrejja waslu mingħajr ħlas. Fid-dawl ta’ dan u l-livell sinifikanti ta’ sussidju mħallas, jitqies li l-kriterji 1 u 3 kif imsemmi fil-qosor fil-premessa (20) hawn fuq mhumiex sodisfatti. Il-kummenti tal-kumpanija f’dan ir-rigward ma kinux tali li jbiddlu n-natura tas-sejbiet.

(28)

Kumpanija fost l-oħrajn, Shanxi Ruicheng, irċeviet self privat li jiswa madwar 20 % ta’ l-assi. Għal dan is-self kollu, ma kienx hemm ftehim dwar kundizzjonijiet ta’ ħlas lura (s'issa), u ma kienx hemm ebda akkumulu jew ħlas ta’ interessi. Għalhekk, l-ispejjeż ta’ kreditu tal-kumpanija kienu soġġetti għal tgħawwiġ konsiderevoli. Billi l-kumpanija ma setgħetx tippreżenta kuntratti għal dan is-self, ma jistax jiġi eskluż li kien hemm indħil mill-Istat fir-rigward ta’ dan is-self, u dan ifisser li l-kriterju 1 kif imsemmi fil-qosor fil-premessa (20) hawn fuq ma ntlaħaqx. Il-kummenti tal-kumpanija f’dan ir-rigward ma kinux tali li jbiddlu n-natura tas-sejbiet.

(29)

Fuq il-bażi ta’ dak li ngħad aktar 'il fuq, sitta mit-tmien kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji Ċiniżi li kienu talbu TES ma setgħux juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament Bażiku.

(30)

Għalhekk tqies li TES għandu jingħata lil żewġ kumpaniji (Laiwu Taihe u DSM Wuxi) u jiġi miċħud lis-sitt kumpaniji/gruppi ta’ kumpaniji li jifdal. Il-Kumitat Konsultattiv ġie kkonsultat u ma oġġezzjonax għal dawn konklużjonijiet.

3.   It-trattament individwali (“TI”)

(31)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Bażiku, dazju għall-pajjiż kollu, jekk ikun hemm, huwa stabbilit għal pajjiżi li jaqgħu taħt dan l-Artikolu, ħlief f’dawk il-każi fejn il-kumpaniji jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(32)

Il-produtturi esportaturi kollha li talbu TES talbu wkoll TI f'każ li ma jingħatawx TES.

(33)

Mis-sitt kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji li ma ngħatawx TES, kull waħda minnhom ssodisfat il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) u ngħatat TI.

4.   Il-valur normali

(34)

Il-valur normali kellu jiġi stabbilit għall-erba' kumpaniji kollha kemm huma li ntagħżlu fil-kampjun, flimkien mal-kumpanija unika li bagħtet talba kompluta għal marġini individwali, kif spjegat fil-premessa (8) hawn fuq (il-“kumpaniji eżaminati”).

4.1.   Il-kumpaniji jew il-gruppi ta’ kumpaniji li setgħu jingħataw TES

(35)

Safejn għandha x’taqsam id-determinazzjoni tal-valur normali, għal dawk il-produtturi esportaturi li setgħu jingħataw TES, il-Kummissjoni l-ewwelnett stabbiliet, skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jekk il-bejgħ domestiku tagħhom tal-prodott ikkonċernat kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ bejgħ ta’ din ix-xorta kienx jirrappreżenta mill-inqas 5 % mill-volum ta’ bejgħ totali ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità. Waħha (DSM Wuxi) mill-ħames kumpaniji eżaminati setgħet tingħata TES. Għal din il-kumpanija li setgħet tingħata TES, il-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat instab li kien rappreżentattiv.

(36)

Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip tal- prodott ikkonċernat, mibjugħ fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, setax jitqies li sar tul l-andament normali ta’ kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgћ domestiku bi qligħ lill-klijenti indipendenti, tat-tip ta’ prodott uniku esportat.

(37)

Għal DSM Wuxi, l-investigazzjoni wriet li l-bejgħ tat-tip ta’ prodott uniku esportat ma sarx fl-andament normali ta’ kummerċ. Billi l-bejgħ domestiku ma setax jintuża biex ikun stabbilit il-valur normali, kellu jiġi applikat metodu ieħor. F'dan ir-rigward, il-valur normali nbena skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż ta’ manifattura tal-kumpanija tal-prodott ikkonċernat. Fil-bini ta’ valur normali skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, ammont raġjonevoli għal spejjeż ta’ bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“BĠ&A”) u l-profitt jiżdiedu ma’ l-ispejjeż ta’ manifattura.

(38)

Billi DSM Wuxi ma kellhiex bejgħ domestiku tal-prodott simili fl-andament normali ta’ kummerċ, BĠ&A u l-profitt ma setgħux jiġu stabbiliti skond il-metodotoloġija stabbilita fix-chapeau ta’ l-Art. 2(6) tar-Regolament bażiku. Billi ebda produttur esportatur fil-kampjun ma ngħata TES, BĠ&A u l-profitt ukoll ma setgħux jiġu stabbiliti skond il-metodotoloġija stabbilita fl-Art 2(6)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, billi DSM Wuxi tbiegħ kważi esklużivament aċidu ċitriku, BĠ&A u l-profitt ukoll ma setgħux jiġu stabbiliti skond il-metodotoloġija stabbilita fl-Art 2(6)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni li jiġu stabbiliti BĠ&A u l-profitt skond l-Art 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, intużaw l-ammonti għal BĠ&A u l-profitt għal bejgħ domestiku tal-prodott simili stabbiliti għall-kumpanija li kkooperat fil-pajjiż ta’ analoġija.

(39)

Fejn xieraq, l-ispejjeż ta’ manifattura u l-ispejjeż BĠ&A kif ivverifikat intużaw fil-bini tal-valuri normali.

4.2.   Il-kumpaniji jew il-gruppi ta’ kumpaniji li ma setgħux jingħataw TES

(40)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valur mibni f’pajjiż analogu.

(41)

Fl-avviż ta’ bidu, il-Kummissjoni indikat li hija kienet qed tipprevedi li tuża lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika bħala pajjiż analogu xieraq biex ikun stabbilit valur normali għar-RPĊ. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkumentaw dwar dan. Żewġ partijiet interessati oġġezzjonaw għal din il-proposta. RZBC Co ipproponiet lit-Tajlandja bħala pajjiż analogu.

(42)

Fir-rigward tat-Tajlandja, it-tagħrif disponibbli jissuġġerixxi li l-produzzjoni totali taż-żewġ produtturi Tajlandiżi huwa biss madwar 10 000 tunnellata, li minnhom 5 000 tunnelata huma esportazzjonijiet (l-aktar lejn il-Ġappun). Jekk dan il-bejgħ domestiku (medja ta’ 2 500 tunnellata kull kumpanija) jitqabbel ma’ l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-Komunità (aktar minn 50 000 tunnellata għall-akbar esportaturi), x'aktarx li ebda wieħed mill-produtturi tat-Tajlandja ma għandu bejgħ domestiku rappreżentattiv. Barra minn dan, RZBC tgħid li l-istruttura ta’ l-ispejjeż tal-kumpaniji Tajlandiżi x'aktarx aktar tista’ titqabbel mal-qagħda fir-RPĊ. L-argument ewlieni li jsosni dan ix-xebħ huwa, iżda, li kemm it-Tajlandja kif ukoll ir-RPĊ huma pajjiżi Ażjatiċi. ta’ min jinnota li l-ispejjeż tax-xogħol tipikament jirrappreżentaw 5-10 % tal-fatturat, għalhekk bla dubju m'humiex element ewlieni fl-istruttura ta’ l-ispejjeż ta’ kwalunkwe produttur ta’ l-aċidu ċitriku.

(43)

Tajjeb li wieħed jinnota li l-kumpaniji Tajlandiżi huma b'mod sinifikanti iżgħar mill-kumpaniji fil-pajjiżi ewlenin ta’ produzzjoni (iċ-Ċina, l-UE, l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Brażil). Il-produtturi Ċiniżi ewlenin huma madwar minn 10-20 darba ikbar mill-produtturi Tajlandiżi filwaqt li d-daqs tal-produttur Kanadiż u l-produtturi Ċiniżi ewlenin huwa komparabbli.

(44)

L-Istati Uniti ntgħażlet oriġinarjament bħala pajjiż ta’ analoġija, u ż-żewġ kumpaniji ta’ l-Istati Uniti għall-bidu qablu li jikkooperaw. Wara, iż-żewġ kumpaniji ta’ l-Istati Uniti msemmija hawn fuq irtiraw il-kooperazzjoni tagħhom. L-uniku produttur fil-Kanada u ż-żewġ produtturi fil-Brażil għalhekk ġew ikkuntattjati u ntalbu jikkooperaw fl-investigazzjoni. Madankollu, il-produttur uniku Kanadiż biss ikkoopera fl-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-prezzijiet fis-suq Kanadiż ta’ aċidu ċitriku mibjugħ fl-andament normali ta’ negozju ntużaw bħala bażi biex ikun stabbilit valur normali għat-tipi ta’ prodott komparabbli tal-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES.

5.   Il-prezz ta’ esportazzjoni

(45)

Il-produtturi esportaturi biegħu esportazzjonijiet lejn il-Komunità jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji kummerċjali relatati jew mhux relatati li jinsabu fi ħdan u barra mill-Komunità. Il-kumpaniji kollha jew il-gruppi ta’ kumpaniji setgħu jingħataw TES jew TI

(46)

Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità sar jew direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità jew permezz ta’ kumpaniji kummerċjali mhux relatati, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li għandhom jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(47)

Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità sar permezz ta’ kumpaniji kummerċjali relatati li jinsabu fil-Komunità, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu stabbiliti fuq il-bażi ta’ l-ewwel prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta’ dawn in-negozjanti relatati lil klijenti indipendenti fil-Komunità, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

6.   Il-paragun

(48)

Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta’ kif joħorġu mill-fabbrika u fuq l-istess livell ta’ kummerċ. Biex ikun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa, fil-forma ta’ aġġustamenti, għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabbiltà tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(49)

Fuq il-bażi ta’ dan, konċessjonijiet ta’ trasport u spejjeż ta’ assikurazzjoni, amministrazzjoni, tagħbija u spejjeż anċillari, spejjeż ta’ ppakkjar, spejjeż ta’ kreditu saru fejn kien applikabbli u ġustifikat.

(50)

Għall-bejgħ li sar permezz ta’ importaturi relatati bbażati fil-Komunità, ġie applikat aġġustament skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, fejn intwera li dawn il-kumpaniji jwettqu funzjonijiet simili għal dawk ta’ importatur indipendenti. Dan l-aġġustament kien ibbażat fuq l-BĠ&A ta’ l-importaturi flimkien ma’ profitt, ibbażat fuq data miksuba mingħand importaturi mhux relatati fil-Komunità.

7.   Il-marġnijiet ta’ dumping

(51)

Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-marġnijiet ta’ dumping individwali ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ paragun bejn valur normali medju differenzjat u prezz ta’ esportazzjoni medju differenzjat, skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. Għall-RZBC, billi dan il-grupp ta’ kumpaniji jinkludi żewġ produtturi esportaturi, ġie stabbilit marġini wieħed ta’ dumping bħala medja tal-marġnijiet ta’ dumping taż-żewġ kumpaniji.

(52)

Għall-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun u li ma ngħatawx eżami individwali, il-marġni ta’ dumping ġie kkalkulat bħala medja differenzjata tal-marġnijiet stabbiliti għall-kumpaniji kollha fil-kampjun.

(53)

Minħabba l-livell għoli ta’ kooperazzjoni (96 %), li jissemma fil-premessa 0 hawn fuq, ġie ffissat marġini ta’ dumping għall-pajjiż kollu fuq l-istess livell bħal ta’ l-ogħla marġini misjub għal kumpanija li tikkoopera.

(54)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping provviżorju, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, huma:

Il-kumpanija

Marġni ta’ dumping provviżorju

Anhui BBCA Biochemical Ltd

54,4  %

DSM Citric Acid (Wuxi) Ltd

19,6  %

RZBC Co.

60,1  %

RZBC (Juxian) Co Ltd.

60,1  %

TTCA Co., Ltd.

57,3  %

Yixing Union Biochemical

56,8  %

Laiwu Taihe Biochemistry Co Ltd

57,5  %

Shanxi Ruicheng

57,5  %

Weifang Ensign Industry Co Ltd

57,5  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

60,1  %

D.   ID-DANNU

1.   Produzzjoni tal-Komunità u industrija tal-Komunità

(55)

Fi ħdan il-Komunità, il-prodott simili huwa mmanifatturat minn żewġ kumpaniji. Jungbunzlauer, Austria u S.A. Citrique Belge fil-Belġju (parti mill-grupp DSM, bil-kwartieri ġenerali fl-Iżvizzera). Il-kwerelant Jungbunzlauer jirrappreżenta proporzjon prinċipali tal-produzzjoni Komunitarja totali magħrufa tal-prodott simili, jiġifieri f’dan il-każ aktar minn 25 %. Iż-żewġ produtturi kkooperaw fis-sħiħ fl-investigazzjoni, iżda t-tieni produttur Ewropew ħa pożizzjoni newtrali fl-investigazzjoni.

(56)

S.A. Citrique Belge N.V. kienet għamlet xi importazzjonijiet mir-RPĊ fil-PI. Iżda, il-volumi ta’ importazzjonijiet ma kinux sinifikanti (bejn 1 % u 6 % ta’ produzzjoni matul il-PI - din il-medda tingħata għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità), għalhekk ma tqiesx xieraq li jiġi eskluż dan il-produttur mid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità.

(57)

Billi ż-żewġ produtturi li kkooperaw imsemmija fil-premessa (10) hawn fuq kienu jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità matul il-PI, jitqiesu li jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn issa 'l quddiem se jissejħu l-“industrija tal-Komunità”.

(58)

Billi l-industrija tal-Komunità tikkonsisti biss f'żewġ produtturi, id-data marbuta ma’ l-industrija tal-Komunità kellha tintrabat ma’ indiċi jew intużaw medded biex tinżamm il-kunfidenzjalità skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

2.   Konsum Komunitarju

(59)

Il-konsum tal-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi ta’ bejgħ tal-produzzjoni proprja ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità u d-data dwar il-volumi ta’ importazzjoni tal-Komunità miksuba mill-Eurostat.

(60)

Bejn l-2004 u l-PI, is-suq tal-Komunità għall-prodott ikkonċernat u l-prodott simili żdied sewwa bi 15 %, u dan minħabba żieda fl-applikazzjonijiet ta’ l-aċidu ċitriku.

 

2004

2005

2006

IP

Konsum f'tunnellati

360 000 -380 000

360 000 -380 000

390 000 -410 000

420 000 -440 000

Indiċi (2004 = 100)

100

99

106

115

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(a)   Volum ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati

(61)

Il-volum ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn il-Komunità żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus kollu. L-importazzjonijiet fl-UE żdiedu b’37 % mill-2004 lilhawn.

Importazzjonijiet

2004

2005

2006

IP

PRĊ tunnellati

145 025

151 806

171 703

198 288

Indiċi (2004 = 100)

100

105

118

137

(b)   Sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati

(62)

Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu sewwa b'seba’ punti perċentwali matul il-perjodu kkonċernat. Fid-dettall, tela' b'żewġ punti perċentwali bejn l-2004 u l-2005, b'żewġ punti perċentwali oħra bejn l-2005 u l-2006 u bi tliet punti perċentwali matul il-PI. Fil-PI, is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi kien ta’ 46 %.

(c)   Il-prezzijiet

(i)   L-evoluzzjoni tal-prezzijiet

(63)

Mill-2004 sa l-2005, il-prezz medju ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ żdied bi 3 % imbagħad waqa' f'daqqa b'disa' punti perċentwali mill-2005 sa l-2006. Matul il-PI, il-prezz baqa' fil-livell baxx ta’ l-2006. Globalment, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqas bi 6 % matul il-perjodu kkonsidrat.

Prezzijiet ta’ unità

2004

2005

2006

IP

PRĊ (EUR/tunnellata)

588

606

551

553

Indiċi (2004 = 100)

100

103

94

94

(ii)   It-twaqqigħ tal-prezzijiet

(64)

Għad-determinazzjoni ta’ twaqqigħ fil-prezz, ġiet analizzata d-data tal-prezz li tirreferi għall-PI. Il-prezzijiet rilevanti tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità kienu prezzijiet netti wara t-tnaqqis ta’ skonti u rifużjonijiet. Fejn meħtieġ, dawn il-prezzijiet kienu aġġustati għal livell ex-fabbrika, jiġifieri bl-esklużjoni ta’ l-ispiża tal-ġarr tal-merkanzija fil-Komunità. Il-prezzijiet ta’ importazzjoni tar-RPĊ tneħħewlhom ukoll l-iskontijiet u r-rifużjonijiet u ġew aġġustati, fejn kien meħtieġ, għal valur cif fuq il-fruntiera tal-Komunità b’aġġustament xieraq għad-dazji doganali (6,5 %) u l-ispejjeż post-importazzjoni. Dawn ta’ l-aħħar kienu jinkludu aġġustament għal spejjeż ta’ trattament speċjali mġarrba mill-importaturi fil-Komunità biex jinqatgħu ċerti volumi tal-prodott ikkonċernat qabel ma jsir aktar bejgħ. Il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni tar-RPĊ tqabblu fl-istess livell ta’ kummerċ, jiġifieri ma’ konsumaturi indipendenti fi ħdan is-suq tal-Komunità. Matul il-PI, il-medja differenzjata tal-marġni ta’ twaqqigħ ta’ prezz ikkalkulata b’dan il-mod, espressa bħala perċentwali tal-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità, kienet ta’ 17,42 % għar-RPĊ.

4.   Is-Sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

(65)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami ta’ l-impatt ta’ l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping fuq l-industrija Komunitarja ġab żieda fil-valutazzjoni tal-fatturi ekonomiċi kollha li għandhom rilevanza għall-istat ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu meqjus. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, minћabba li l-analiżi tikkonċerna żewġ kumpaniji biss, ћafna mill-indikaturi huma ppreżentati taħt forma ta’ indiċi jew inkella jingħataw firxiet.

(a)   Produzzjoni, kapaċità u utilizzazzjoni tal-kapaċità

(66)

Il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità żdiedet bi 5 % matul il-perjodu kkonsidrat u l-kapaċità ta’ produzzjoni żdiedet ukoll bi 3 % biex tibbenefika mill-konsum miżjud. Matul il-perjodu kkonsidrat l-utilizzazzjoni tal-kapaċità żdiedet naqra bi 2 %.

 

2004

2005

2006

IP

Produzzjoni f'tunnellati

(firxiet)

260 000 -280 000

265 000 -285 000

270 000 -290 000

275 000 -295 000

Produzzjoni (indiċi)

100

99

102

105

Kapaċità ta’ produzzjoni f'tunnellati (firxiet)

315 000 -335 000

315 000 -335 000

320 000 -340 000

320 000 -340 000

Kapaċità ta’ produzzjoni

(indiċi)

100

100

103

103

Utilizzazzjoni ta’ kapaċità

(indiċi)

100

99

99

102

(b)   Volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq fil-Komunità

(67)

Billi l-industrija tal-Komunità hija magħmula minn żewġ produtturi biss u s-suq tal-Komunità għall-aċidu ċitriku huwa fornit minn tliet postijiet/għejjun biss (l-industrija tal-Komunità, ir-RPĊ, l-Iżrael), id-data marbuta ma’ l-ishma tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità hija ppreżentata taħt format ta’ indiċi biex tinżamm il-kunfidenzjalità tad-data li ntbagħtet b'kunfidenzjalità mill-industrija tal-Komunità, skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

(68)

It-tabella ta’ hawn taħt turi l-andament ta’ l-industrija tal-Komunità fir-rigward tal-bejgħ tagħha lil klijenti indipendenti fil-Komunità. Il-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja lil klijenti indipendenti fil-Komunità żdiedu b'5 % mill-2004 sal-PI. Dan għandu jitqies fid-dawl ta’ żieda ta’ 15 % fil-konsum fil-Komunità. F'dan l-isfond, is-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità ilhu nieżel b'ritmu sostnut mill-2004 sal-PI u bħala total kien ħames punti perċentwali inqas fil-PI.

Industrija tal-Komunità

2004

2005

2006

IP

Volum ta’ bejgħ (indiċi)

100

98

99

105

Sehem mis-suq (indiċi)

100

99

94

91

(69)

Il-prezzijiet ta’ bejgħ ta’ unità żviluppaw kif ġej:

 

2004

2005

2006

IP

Prezzijiet ta’ unità f’EUR

(firxiet)

750-850

750-850

780-880

780-880

Prezzijiet ta’ unità (indiċi)

100

100

102

103

It-tabella turi li l-prezz żdied xi ftit bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Huwa nnutat li l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni ta’ l-aċidu ċitriku hija z-zokkor/ġulepp jew glukożju (miksub miċ-ċereali). Barra minn hekk, l-enerġija hija wkoll spiża maġġuri fil-produzzjoni ta’ l-aċidu ċitriku. Il-piż totali ta’ l-ispiża ta’ enerġija fil-produzzjoni ta’ l-aċidu ċitriku sussegwentement jammonta għal 16 % u għalhekk, f'ċirkostanzi normali, bidla sinifikanti fil-prezzijiet taż-żejt u l-gass hija mistennija jkollha impatt dirett fuq il-prezz tal-bejgħ ta’ l-aċidu ċitriku.

(70)

Instab li l-prezzijiet tas-suq dinji ta’ l-elementi maġġuri (zokkor/ġulepp, glukożju u enerġija) żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkonsidrat, u dan wassal għal spejjeż ta’ produzzjoni konsiderevolment ogħla. Din l-evoluzzjoni ma kinitx riflessa fil-prezzijiet ta’ bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità billi dawn il-prezzijiet żdiedu biss bi 3 % matul l-istess perjodu. Għalhekk, biex ma titlifx klijienti, l-industrija tal-Komunità għaddietilhom biss frazzjoni żgħira ta’ l-ispejjeż ogħla tagħha.

(c)   Stokk

(71)

Iċ-ċifri ta’ hawn taћt jirrappreżentaw il-volumi ta’ l-istokk fi tmiem kull perjodu. Il-livell ta’ stokk naqas bi 28 % biex tiġi sodisfatta d-domanda li qed tiżdied fis-suq.

 

2004

2005

2006

IP

Stokks f'tunnellati (firxiet)

20 000 -25 000

20 000 -25 000

20 000 -25 000

15 000 -20 000

Stokks (indiċi)

100

98

97

72

(d)   L-investimenti u l-ħila li jinġabar kapital

(72)

L-investimenti annwali ta’ l-industrija tal-Komunità fil-produzzjoni tal-prodott simili naqsu b'mod qawwi matul il-perjodu kkonsidrat u kienu limitati fil-PI għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni biss.

 

2004

2005

2006

IP

Investmenti (indiċi)

100

81

82

79

(e)   Profittabbilità, dħul fuq l-investiment u likwidità

(73)

Fid-dawl ta’ spejjeż għolja ħafna u straordinarji ta’ struttur mill-ġdid imġarrba minn produttur Komunitarju, ma tqiesx raġjonevoli li l-profittabbiltà tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-profitt nett qabel it-taxxa. Għaldaqstant, il-profittabbiltà ta’ l-industrija Komunitarja ġiet stabbilita bl-espressjoni tal-profitt operattiv fuq il-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati bħala perċentwali tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ.

 

2004

2005

2006

IP

Profittabilità fuq il-bejgħ tal-KE (firxa)

0 %-10 %

0 %-10 %

(– 10 %)-0 %

(– 10 %)-0 %

Profittabilità fuq il-bejgħ tal-KE (indiċi)

100

141

– 126

– 166

Redditu fuq l-investimenti totali (firxa)

(– 10 %)-0 %

0 %-10 %

(– 10 %)-0 %

(– 15 %)-(– 5 %)

Redditu fuq l-investimenti totali (indiċi)

– 100

124

–75

– 175

Likwidità (indiċi)

100

133

70

61

(74)

Matul il-perjodu meqjus, il-profittabbilità ta’ l-industrija Komunitarja ddeterjorat b'mod sinifikanti. Ir-redditu fuq l-investiment totali ġie kkalkolat bl-espressjoni tal-profitt operattiv tal-prodott simili bħala perċentwali tal-valur nett ta’ kontabilità ta’ assi fissi allokati lill-prodott simili. Dan l-indikatur żviluppa skond il-profittabbiltà, u naqas sewwa matul il-perjodu meqjus. F'dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità nstabet xejra negattiva simili, li rriżultat f'deterjorazzjoni ġenerali drammatika tal-qagħda finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità fil-PI.

(f)   L-impjieg, il-produttività u l-pagi

(75)

L-għadd ta’ impjegati ta’ l-industrija Komunitarja li kienu involuti fil-prodott simili naqas b'9 % bejn l-2004 u l-PI. L-ispiżaq medja tax-xogħol għal kull impjegat, naqas bi 11 %.

 

2004

2005

2006

IP

Numru ta’ impjegati

(indiċi)

100

93

92

91

L-ispiża medja tax-xogħol għal kull ħaddiem (indiċi)

100

90

88

89

Produttivita (indiċi)

100

106

112

115

(76)

L-isforzi ta’ ri-strutturazzjoni biex titnaqqas l-ispiża ta’ produzzjoni, ir-razzjonalizzazzjoni u t-tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati rriżultaw f’żieda fl-output għal kull ħaddiem (żieda ta’ 15 % tul il-perjodu meqjus). Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li, matul il-perjodu meqjus, l-industrija Komunitarja għamlet progress sinifikanti ħafna fir-rigward ta’ l-effiċjenza fl-infiq.

(g)   Id-daqs tal-marġni tad-dumping

(77)

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tal-kobor tal-marġini ta’ dumping attwali, fid-dawl tal-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiż kkonċernat, dan l-impatt ma jistax jitqies bħala negliġibbli.

(h)   L-irkupru minn dumping fl-imgħoddi

(78)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ dumping qabel is-sitwazzjoni evalwata fil-proċedura preżenti, din il-kwistjoni titqies li hija irrelevanti.

5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(79)

Matul il-perjodu meqjus għadd ta’ indikaturi ta’ dannu kellhom żviluppi pożittivi li jidhru: l-industrija tal-Komunità, fi sforz biex ittejjeb l-effettività tagħha, irnexxielha żżid il-volum ta’ bejgħ u produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità u l-produttività filwaqt li naqqset l-istokk u x-xogħol annwali.

(80)

Iżda, fi sfond ta’ konsum li żdied, is-sehem tas-suq tagħha nxtorob b'9 % matul il-perjodu meqjus. Madankollu, l-indikaturi finanzjarji tagħha żviluppaw b'mod negattiv: il-profittabbilità naqset bla waqfin. Id-dħul fuq l-investiment u l-qagħda tal-likwidità żviluppaw ukoll b'mod negattiv. Ir-raġuni għal dan l-iżvilupp hija li ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-materja prima kienet riflessa b'mod parzjali biss fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-prodott simili. Iż-żieda żgħira fil-prezzijiet tal-bejgħ ma kinitx biżżejjed biex l-industrija tal-Komunità żżomm il-marġini tagħha ta’ profitt.

(81)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal, huwa konkluż provviżorjament li l-industrija Komunitarja soffriet ħsara materjali fis-sens ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   IL-KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(82)

Skond l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping ikkawżawx dannu lill-industrija Komunitarju sa tali punt li jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala materjali. Fatturi magħrufa għajr l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping, li fl-istess ħin setgħu kienu qed jagħmlu dannu lill-industrija Komunitarja, kienu eżaminati wkoll biex ikun żgurat li d-dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi l-oħra ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping.

2.   Effett ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(83)

Bejn l-2004 u l-PI, iż-żieda sinifikanti fil-volum ta’ l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping b’37 % u fis-sehem tas-suq Komunitarju korrispondenti, jiġifieri b’seba' punti perċentwali, kif ukoll il-qtugħ fil-prezzijiet li nstab (bejn 15 % u 21 % matul il-PI) ikkoinċidew mad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja, filwaqt li l-prezzijiet medji tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ naqsu b'6 %.

(84)

Għalhekk, l-effett ta’ dan l-aġir ta’ ipprezzar inġust ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-RPĊ kien li l-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità trażżnu u li l-industrija tal-Komunità tilfet is-sehem tas-suq minħabba l-importazzjonijiet bil- prezz imwaqqa'. L-industrija tal-Komunità biex ma titlifx aktar sehem tas-suq ma setgħetx tgħaddi ż-żieda fil-prezzijiet lill-klijenti tagħha sal-punt meħtieġ biex tibqa' tagħmel profitt.

(85)

Minħabba l-koinċidenza fiż-żmien li ġiet stabbilita b’mod ċar bejn, min-naħa waħda, iż-żieda fl-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping bi prezzijiet li kienu ferm irħas mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, u min-naħa l-oħra, it-tnaqqis ta’ profittabbilità u t-tiħżin ta’ indikaturi oħra finanzjarji ta’ l-industrija Komunitarja, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping kellhom rwol determinanti fis-sitwazzjoni ta’ ħsara ta’ l-industrija Komunitarja.

3.   Effett ta’ fatturi oħra

(a)   Importazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi terzi minbarra r-RPĊ

(86)

Skond l-Eurostat, it-tielet pajjiż prinċipali minn fejn jiġi impurtat l-aċidu ċitriku huwa Iżrael. Iżda, is-sehem tas-suq li għandhom l-importazzjonijiet minn Iżrael huwa limitat u għan-niżla tul il-perjodu meqjus, minn 5 % fl-2004 sa 3 % biss matul il-PI. Barra minn hekk, il-prezzijiet medji ta’ importazzjonijiet minn Iżrael huma fl-istess livell jekk mhux ogħla mill-prezzijiet tal-Komunità tul il-perjodu meqjus.

Prezz medju (EUR)

2004

2005

2006

IP

L-Iżrael

807

788

865

839

Indiċi (2004 = 100)

100

98

107

104

(87)

Barra l-importazzjonijiet mill-Iżrael, ma hemmx importazzjonijiet sinifikanti minn pajjiżi oħra. Fuq il-bażi tas-sejbiet fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet, jista’ jiġi konkluż provviżorjament li importazzjonijiet li mhux ġejjin mir-RPĊ mhumiex ta’ kontribut għall-ħsara materjali li soffriet l-industrija Komunitarja.

(b)   Żieda fl-ispejjeż tal-materja prima minħabba r-riforma tas-suq taz-zokkor ta’ l-UE

(88)

Xi partijiet interessati sostnew li kull dannu mġarrab mill-industrija tal-Komunità kien marbut maż-żieda fil-prezz taz-zokkor, li huwa użat bħala materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott simili, minħabba r-riforma tar-reġim taz-zokkor fl-UE u t-tneħħija sussegwenti tal-rifuzjoni ta’ produzzjoni mogħtija lill-industrija tal-kimika.

(89)

F'dan ir-rigward huwa nnutat li produttur fil-Komunità juża bħala materja prima ewlenija l-aktar il-ġulepp, li qatt ma kien suġġett għal rifużjonijiet ta’ produzzjoni minkejja li formalment jaqa' taħt il-politika agrikola komuni għaz-zokkor.

(90)

L-investigazzjoni wriet li fir-rigward ta’ l-użu tagħha taz-zokkor bħala materja prima, l-industrija tal-Komunità kienet tabilħaqq intitolata għal rifużjoni ta’ produzzjoni skond l-organizzazzjoni tas-suq Komuni għaz-zokkor biex iżżomm il-kompetittività tagħha fis-suq dinji. Ir-rifużjonijiet ta’ produzzjoni kienu jikkorrispondu mad-differenza bejn il-prezz ta’ intervent taz-zokkor ta’ l-UE wara li jitnaqqas il-prezz taz-zokkor fis-suq dinji miżjud ma’ l-ammont standard li jikkorrispondi ma’ l-ispejjeż ta’ trasport għall-esportazzjoni taz-zokkor tal-Komunità. Permezz ta’ dan l-industrija tal-Komunità kisbet il-provvisti tagħha ta’ zokkor bi prezzijiet tas-suq dinji.

(91)

Minn Lulju 2006 din is-sistema ġiet riformata billi tnaqqas id-daqs tal-protezzjoni għas-settur taz-zokkor. Skond is-sistema l-ġdida, kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (3), l-ewwelnett l-industrija tal-kimika titħalla tinnegozja b'mod ħieles kwantitajiet u prezzijiet ta’ zokkor industrijali mal-produtturi taz-zokkor u l-koltivaturi tal-pitrava zokkrija, jiġifieri l-metodoloġija ta’ referenza ta’ prezzijiet u l-kwoti f'dan is-settur ġew abbandunati. It-tieni, l-industrija tal-Komunità tista’ wkoll tixtri ċerti kwantitajiet ta’ zokkor industrijali fis-suq dinji mingħajr dazju. Fl-aħħarnett, jekk ma jkunx hemm zokkor disponibbli bi prezz li jikkorrispondi mal-prezz tas-suq dinji, l-industrija tal-kimika tkun intitolata li titlob l-għotja ta’ rifużjoni ta’ produzzjoni. Minn Lulju 2006 l-għoti ta’ dawn ir-rifużjonijiet ta’ produzzjoni qatt ma seħħ, minkejja li għadhom jeżistu. Dan jista’ jitqies bħala indikazzjoni qawwija li kien hemm biżżejjed kwantitajiet ta’ zokkor disponibbli bi prezzijiet tas-suq dinji.

(92)

Barra minn hekk, l-analiżi wriet li skond il-qsim fil-materja prima ta’ l-industrija tal-Komunità użata fil-manifattura tal-prodott simili, iz-zokkor ikkostitwixxa minn 6 sa 21 % (il-firxa qed tingħata minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità) ta’ l-ispiża ta’ manifattura minn Jannar sa Ġunju 2006 u dan ma żdiedx matul il-PI aktar miż-żieda fil-prezzijiet tas-suq dinji għaz-zokkor.

(93)

Għalhekk, l-investigazzjoni wriet li r-riforma tas-suq taz-zokkor ma kellha ebda impatt konsiderevoli fuq il-qagħda ta’ l-ispiża ta’ l-industrija tal-Komunità.

(94)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jiġi provviżorjament konkluż li r-riforma tas-suq taz-zokkor ma kkontribwitx għad-danni materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

(c)   Prezzijiet ta’ l-enerġija dejjem jiżdiedu

(95)

Xi partijiet interessati sostnew li kwalunkwe dannu mġarrab mill-industrija tal-Komunità kien marbut maż-żieda fl-ispejjeż ta’ l-enerġija.

(96)

F'dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-produzzjoni ta’ l-aċidu ċitriku għandha konsum għoli ta’ enerġija fejn il-piż totali ta’ l-ispiża ta’ enerġija fil-produzzjoni jammonta għal 16 % (ara premessa (69) hawn fuq). L-ispiża ta’ l-enerġija tabilħaqq għola relativament b'mod moderat matul il-perjodu meqjus u dan deher fl-ispiża ta’ produzzjoni.

(97)

Kien x'kien il-każ, mhix iż-żieda fl-ispiża ta’ enerġija bħala tali li kellha impatt negattiv fuq il-qagħda finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità, iżda in-nuqqas li dawk l-ispejjeż żejda ta’ enerġija jgħaddu sal-punt meħtieġ għand il-klijenti minħabba li l-prezzijiet waqgħu kawża tal-volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx.

(98)

Barra minn hekk, ġie allegat li ż-żieda fil-prezzijiet ta’ l-enerġija taffettwa b'mod indirett il-produzzjoni ta’ l-aċidu ċitriku billi l-industrija ta’ l-aċidu ċitriku Ewropea tikkompeti ma’ l-industrija tal-bijokarburanti għall-karboidrati li huwa wieħed mis-sustanzi komposti użati fil-produzzjoni ta’ l-aċidu ċitriku. Billi d-domanda għall-enerġija qed tiżdied u daqstant dik għall-bijokarburanti wkoll, il-produtturi tal-bijokarburanti jkunu f'qagħda li jħallsu aktar għal dawn il-karboidrati (jiġifieri zokkor u l-ġulepp residwu, il-glukożju). Dan jgħolli l-ispiża ta’ dawn il-karboidrati għall-industrija tal-Komunità. Iżda, kif uriet l-analiżi ta’ l-ispiża ta’ manifattura ta’ l-industrija tal-Komunità, ara l-premessi (69) u (92) hawn fuq, ma kienx hemm żieda fl-ispiża ta’ manifattura għaz-zokkor jew ġulepp li ma kinitx marbuta maż-żieda ġenerali taz-zokkor fis-suq dinji. Għaldaqstant, ebda impatt dirett ta’ l-industrija tal-bijokarburanti fuq il-produtturi ta’ l-aċidu ċitriku ma seta' jiġi stabbilit. Dan l-argument huwa għalhekk irrifjutat.

(99)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jiġi provviżorjament konkluż li l-konsegwenzi taż-żieda fl-ispejjeż ta’ l-enerġija ma kkontribwewx għad-danni materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

(d)   Kartell ta’ prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità

(100)

Xi partijiet interessati sostnew li t-telf fis-sehem tas-suq għall-produtturi Ewropej kien tort tagħhom stess minħabba l-kartell ta’ l-aċidu ċitriku (1991-1995) li fih ħadu sehem kemm il-kwerelant kif ukoll il-produttur Ewropew l-ieħor, taħt is-sjieda preċedenti. Huma jsostnu li minħabba l-prassi anti-kompetittiva, il-prezz tal-bejgħ kien għoli b'mod artifiċjali u ppermetta lill-produtturi Ċiniżi jidħlu fis-suq. Analiżi ta’ l-istatistika turi li l-mewġa l-kbira fl-importazzjonijiet ta’ l-aċidu ċitriku Ċiniż seħħet bejn l-1998 u 1999 (64 %) u anki iktar bejn l-2002 u l-2004 (137 %), bosta snin wara li kien spiċċa l-kartell.

(101)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jiġi provviżorjament konkluż li l-konsegwenzi tal-prassi anti-kompetittiva li fiha ħadet sehem l-industrija tal-Komunità ma kkontribwewx għad-danni materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

(e)   Iċ-ċaqliq fil-kambju

(102)

Xi partijiet interessati sostnew li d-devalwazzjoni tad-dollaru Amerikan ma’ l-euro kienet favorevoli għall-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku fil-Komunità Ewropea.

(103)

Bejn l-2004 u tmiem il-PI, id-dollaru Amerikan tilef 6,1 % tal-valur tiegħu ma’ l-Euro. La l-iżvilupp tal-prezz ta’ l-industrija Komunitarja lanqas il-volumi ta’ importazzjoni mill-pajjiż kkonċernat jew minn pajjiżi terzi oħra ma jirriflettu d-devalwazzjoni tad-dollaru Amerikan ma’ l-euro.

(104)

Għalhekk id-devalwazzjoni tad-dollaru Amerikan ma’ l-euro trid titqies bħala negliġibbli u ma tistax titqies bħala kawża prinċipali tat-telf tas-sehem tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja.

(105)

Barra dan, ta’ min jiftakar li l-investigazzjoni għandha teżamina jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping (f’termini ta’ prezzijiet u volumi) għamlux ħsara materjali lill-industrija Komunitarja jew jekk ħsara materjali bħal din saritx minħabba fatturi oħra. F’dan ir-rigward, għal dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet, l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku jiddikjara li huwa meħtieġ li turi li l-livell tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping joħloq ħsara. Dan għalhekk jirreferi sempliċement għad-differenza bejn il-livelli tal-prezzijiet, u għalhekk m’hemmx il-ħtieġa għall-analiżi tal-fatturi li jaffettwaw il-livell ta’ dawk il-prezzijiet.

(106)

Iżda, anki jekk jitqies iċ-ċaqliq fil-kambju Dollaru Amerikan/Euro bejn l-2004 u l-PI u anki jekk wieħed jassumi li l-bejgħ kollu ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità sar fl-Amerika, xorta jibqa' aktar minn10 % ta’ qtugħ fil-prezz.

(107)

Għaldaqstant il-konklużjoni provviżorja kienet li l-apprezzament ta’ l-Euro fir-rigward tad-Dollaru Amerikan ma kienx tali li jikser ir-rabta każwali bejn id-dannu stabbilit u l-importazzjonijiet ikkonċernati lejn l-industrija tal-Komunità u għalhekk it-talba kienet miċħuda.

4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(108)

Bħala konklużjoni, l-analiżi ta’ hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat matul il-perjodu meqjus, flimkien ma’ tnaqqis konsiderevoli fil-prezzijiet tagħhom ta’ bejgħ u livell għoli ta’ bejgħ taħt il-prezz normali matul il-PI. Din iż-żieda fis-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet bi prezz baxx ikkoinċidiet ma’ waqgħafis-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità u kriżi fil-prezzijiet b'waqgħa fil-profittabbilità.

(109)

Min-naħa l-oħra, l-eżami tal-fatturi l-oħra li setgħu kienu ta’ ħsara għall-industrija Komunitarja wera li ebda minnhom ma seta’ kellu impatt negattiv sinifikanti.

(110)

Fuq il-bażi ta’ l-analiżi hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat b’mod xieraq l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effetti ta’ ħsara ta’ l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, huwa konkluż provviżorjament li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw ħsara materjali lill-industrja tal-Komunità fis-sens ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

F.   INTERESS TAL-KOMUNITÀ

(111)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar id-dumping, il-ħsara u l-kawżalità, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Komunità li jiġu imposti miżuri f'dan il-każ partikolari. Għal dan l-iskop, u skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset l-impatt li x’aktarx ikollhom il-miżuri għall-partijiet kollha kkonċernati.

1.   Interess ta’ l-industrija Komunitarja

(112)

Kif indikat fil-premessa (10) hawn fuq, l-industrija Komunitarja hija magħmula minn żewġ kumpaniji, b’faċilitajiet ta’ produzzjoni fl-Awstrija u l-Belġju, li jimpjegaw madwar 500 sa 600 persuna direttament involuti fil-produzzjoni, il-bejgħ u l-amministrazzjoni tal-prodott simili. Jekk il-miżuri jiġu imposti, huwa mistenni li t-tnaqqis tal-prezz fuq is-suq Komunitarju jiġi fi tmiem u li l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja jibdew jirkupraw u, b’konsegwenza ta’ dan, is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja għandha titjieb.

(113)

Min-naħa l-oħra, jekk ma jiġux imposti miżuri anti-dumping, aktarx li x-xejra negattiva fl-iżvilupp ta’ l-indikaturi finanzjarji ta’ l-industrija Komunitarja u partikolarment il-profittabbiltà tagħha, jissoktaw. L-industrija Komunitarja mbagħad tissokta titlef is-sehem sinifikanti tagħha mis-suq għaliex ma tkunx tista’ tkompli ssegwi l-prezzijiet tas-suq baxxi b'mod artifiċjali stabbiliti mill-importazzjonijiet mir-RPĊ. Għaldaqstant, ir-riżultat x'aktarx ikun tnaqqis fil-produzzjoni u l-investimenti, l-għeluq ta’ ċerti kapaċitajiet ta’ produzzjoni u tnaqqis ta’ impjiegi fil-Komunità.

(114)

F'dan ir-rigward, ta’ min isemmi li mill-2004 lilhawn tliet produtturi ta’ l-aċidu ċitriku fil-Komunità għalqu.

(115)

Bħala konklużjoni, l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping jippermettu lill-industrija tal-Komunità li tirkupra mill-effetti dannużi tad-dumping li nstab.

2.   L-interess ta’ l-importaturi mhux relatati

(116)

Kif deskritt fil-premessa (9) hawn fuq, erba’ importaturi fil-kampjun bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju u kienu jirrappreżentaw madwar 36 % ta’ l-importazzjonijiet tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat matul il-PI. Wieħed mill-importaturi fil-kampjun ma kienx f'qagħda li jipprovdi t-tagħrif meħtieġ. Għalhekk, il-kwestjonarju tiegħu li ntbagħat ma tqiesx. It-tliet tweġibiet l-oħra għall-kwestjonarju ġew ivverifikati fuq il-post.

(117)

Il-piż globali rrappreżentat mill-aċidu ċitriku fil-fatturat totali ta’ l-attivitajiet ta’ dawn l-importaturi kien żgħir ħafna. Fuq bażi medja, madwar 1 % ta’ dawn l-attivitajiet ta’ l-importaturi jistgħu jintrabtu ma’ importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku mir-RPĊ, u dan xorta waħda jitqies importanti biex il-firxa ta’ prodotti tagħhom tkun kompluta. Ċerti importaturi jixtru l-prodott investigat mhux biss mir-RPĊ iżda wkoll minn sorsi oħra fil-Komunità u barra, inkluż mill-industrija Komunitarja. Il-marġni ta’ profitt medju miksub mill-importaturi fil-kampjun fil-kummerċ tagħhom ta’ l-aċidu ċitriku, huwa madwar 4,4 %.

(118)

L-importaturi fil-Komunità ma jaqblux ma’ l-impożizzjoni tal-miżuri. L-importaturi li kkooperaw sostenw li l-impożizzjoni ta’ miżuri tista’ tagħmel ħsara serja lill-attività tagħhom, għaliex ma jkunux jistgħu jgħaddu ż-żieda fil-prezz lill-utenti. F’dan ir-rigward, l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fuq importazzjonijiet mir-RPĊ aktarx twassal għal korrezzjoni 'l fuq tal-prezzijiet tas-suq. L-effett tad-dazji x'aktarx jitlef mis-saħħa tiegħu fir-riżultat ġenerali ta’ l-importaturi billi l-aċidu ċitriku jirrappreżenta biss parti żgħira mill-fatturat totali tagħhom. Il-bejgħ bi prezzijiet aktar baxxi li baqa' jseħħ wara aġġustament tal-prezzijiet cif fuq il-fruntiera Komunitarja minħabba spejjeż ta’ wara l-importazzjoni wkoll jissuġġerixxi li hemm lok għal żieda fil-prezz. Għalhekk ma jistax jiġi eskluż li l-importaturi jistgħu jgħaddu parti mid-dazji lill-klijenti tagħhom fl-industrija ta’ l-ikel u x-xorb. Ikun xi jkun il-każ, minħabba l-piż limitat ta’ bejgħ ta’ dan il-prodott fl-attivitajiet ta’ l-importaturi, u l-marġni ta’ profitt attwalment miksub kemm globalment kif ukoll minħabba l-bejgħ tagħhom ta’ l-aċidu ċitriku biss, huwa mistenni li d-dazju kif stabbilit provviżorjament mhux se jaffettwa s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dawn l-operaturi ekonomiċi b’mod sinifikanti.

(119)

Barra minn hekk, ġie sostnut li jekk jiġu imposti dazji, dan jista’ jwassal għal qagħda ta’ suq duwopolistika fis-suq tal-Komunità, u tiġi eskluża l-kompetizzjoni minn pajjiżi terzi. Xi partijiet interessati qajmu tħassib dwar kemm il-produtturi Ewropej jistgħux jissodisfaw id-domanda fl-Ewropa li dejjem tiżdied. Din l-investigazzjoni wriet li, anki kieku operat bil-kapaċità kollha tagħha, l-industrija tal-Komunità kienet tkun f'qagħda li tissodisfa biss 75 % tad-domanda Ewropea matul il-PI. F'dan ir-rigward, ta’ min jenfażizza li d-dazji anti-dumping ma għandhomx ikollhom l-effett li jwaqqfu l-importazzjonijiet kollha, iżda li jerġgħu jġibu qagħda ta’ kompetizzjoni ġusta. Flimkien ma’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi bħall-Iżrael, qed jiġi konkluż provviżorjament li dan jiżgura provvista suffiċjenti li tissodisfa d-domanda tal-Komunità. Madankollu, il-livell ta’ importazzjonijiet Ċiniżi se jiġi eżaminat mill-qrib wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji biex tiġi analizzata l-qagħda tal-provvista fis-suq ta’ l-UE.

(120)

Minkejja li l-importaturi/distributuri huma kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri, jista’ jiġi konkluż fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli li kwalunkwe vantaġġ li jistgħu jiksbu jekk ma jiġux imposti miżuri anti-dumping ikun ferm inqas mill-interess ta’ l-industrija Komunitarja billi l-effett ta’ prassi inġusta u dannuża mir-RPĊ jiġi newtralizzat.

3.   Interess ta’ l-utenti

(121)

Għaxar utenti mlew kwestjonarju ta’ l-utenti. It-tweġibiet ma kinux kompluti u għalhekk ma setgħux jiġu inklużi kompletament fl-analiżi, għalkemm jidher ċar li l-aċidu ċitriku jintuża f'ħafna applikazzjonijiet differenti iżda fi kwantitajiet żgħar. Għalhekk, l-impatt ta’ kull dazju anti-dumping ma jkunx sinifikanti għall-ispiża totali tagħhom ta’ produzzjoni. Utent wieħed biss fost dawk li kkooperaw wera li l-impożizzjoni ta’ xi miżuri jkollha impatt kbir fuq in-negozju tiegħu mingħajr ma saħħaħ aktar dan l-argument.

(122)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni ġenerali, il-qagħda ta’ l-utenti fil-Komunità x'aktarx li għalhekk mhux se tkun affettwata b'mod sostanzjali mill-miżuri proposti.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(123)

L-effetti ta’ l-impożizzjoni ta’ miżuri mistennija li jippermettu lill-industrija tal-Komunità li tikseb mill-ġdid il-bejgћ u l-ishma tas-suq mitlufa kif ukoll li ttejjeb il-profittabilità tagћha. Minћabba s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ deterjorament ta’ l-industrija tal-Komunità, hemm riskju reali li, fin-nuqqas ta’ miżuri, l-industrija tal-Komunità jista’ jkollha tagћlaq il-faċilitajiet ta’ produzzjoni tagћha u tagћti s-sensji lill-ћaddiema. B'mod ġenerali, l-utenti fil-Komunità jibbenefikaw ukoll mill-impożiżzjoni ta’ miżuri, fis-sens li l-provvista ta’ volumi suffiċjenti ta’ aċidu ċitriku ma tkunx fil-periklu filwaqt li ż-żieda ġenerali fil-prezz tax-xiri ta’ l-aċidu ċitriku tkun moderata. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li ma jeżistux raġunijiet konvinċenti biex ma jiġux imposti miżuri fil-każ preżenti minħabba raġunijiet ta’ interess Komunitarju.

G.   PROPOSTA GĦALL-MIŻURI PROVIŻORJI ANTI-DUMPING

(124)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar id-dumping, il-ћsara, il-kawżalità u l-interess tal-Komunità, gћandhom jiġu imposti miżuri provviżorji biex tiġi evitata aktar ћsara lill-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

1.   Livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara

(125)

Il-livell tal-miżuri anti-dumping provviżorji għandu jkun biżżejjed biex tkun eliminata l-ħsara lill-industrija Komunitarja kkawżata mill-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping, mingħajr ma jinqabżu l-marġnijiet tad-dumping misjuba. Meta jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti dannużi tad-dumping, tqies li kwalunkwe miżura għandha tħalli lill-industrija Komunitarja tagħmel profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġjonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet bi prezz ta’ dumping. F'dan ir-rigward, ġiet applikata mira ta’ profitt ta’ 9 %, fuq il-bażi tal-profitt li sar qabel iż-żieda kbira fl-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ aċidu ċitriku.

2.   Miżuri provviżorji

(126)

Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawnhekk u skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, qiegħed jitqies li għandu jiġi impost dazju provviżorju anti-dumping fil-livell l-aktar baxx li nstab tal-marġini tad-dumping u tal-ħsara, skond ir-regola ta’ inqas dazju, li huwa l-marġini ta’ dannu li nstab fil-każijiet kollha.

(127)

Il-livell ta’ kooperazzjoni kienu għoli ħafna, għalhekk instab xieraq li d-dazju għall-kumpaniji li fadal, li ma kkooperawx fl-investigazzjoni, jiġi stabbilit fil-livell ta’ l-ogħla dazju li għandu jiġi impost fuq il-kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni. Għaldaqstant, id-dazju residwu ġie stabbilit għar-rata ta’ 49,3 %.

(128)

Bħala konsegwenza, id-dazji provviżorji ta’ anti-dumping għandhom ikunu kif ġej:

Esportaturi fil-kampjun

Dazju anti-dumping propost

Anhui BBCA Biochemical Ltd Co Ltd

42,2  %

DSM Citric Acid (Wuxi) Ltd

13,2  %

RZBC Co

43,2  %

RZBC (Juxian) Co Ltd

43,2  %

TTCA Co., Ltd.

49,3  %

Yixing Union Biochemical

38,8  %

Laiwu Taihe Biochemistry Co Ltd

43,2  %

Shanxi Ruicheng

43,2  %

Weifang Ensign Industry Co Ltd

43,2  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

49,3  %

(129)

Il-miżuri ta’ anti-dumping ta’ hawn fuq huma stabbiliti b'mod provviżorju taħt sura ta’ dazji ad valorem. Minħabba li l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità tista’ ma tkunx biżżejjed biex tissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq tal-Komunità (ara premessa 119), il-livell ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ wara l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji se jiġi eżaminat mill-qrib. Jekk jidher li hemm xi diffikultajiet fil-provvista ta’ l-aċidu ċitriku fis-suq tal-Komunità, titqies l-applikazzjoni ta’ forma alternattiva ta’ miżuri.

3.   Dispożizzjoni Finali

(130)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, gћandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li gћamlu lilhom infushom magћrufa fil-limitu taż-żmien speċifikat fl-avviż ta’ ftugħ ikunu jistgћu jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u jitolbu seduta. Barra minn hekk, wieħed għandu jgħid li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgħu jerġgħu jitqiesu għall-finijiet ta’ kull miżura definittiva.

(131)

Ir-rati tad-dazju ta’ anti-dumping individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni attwali. Gћalhekk, jirriflettu l-qagħda misjuba matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-maqlub tad-dazju komuni għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklużivament applikabbli għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fir-RPĊ u li jiġu prodotti minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Prodotti importati li huma mmanifatturati minn kwalunkwe kumpanija oћra li ma tissemmix speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagћha, inklużi l-entitajiet relatati ma dik imsemmija speċifikament, ma jistgћux igawdu minn din ir-rata u gћandhom ikunu suġġetti gћar-rata ta’ dazju li tapplika gћall-pajjiż kollu.

(132)

Kwalunkwe talba gћall-applikazzjoni ta’ din ir-rata ta’ dazju ta’ anti-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem ta’ l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew ta’ bejgћ) gћandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak ta’ l-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet ta’ produzzjoni u ta’ bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi għalhekk emendat billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenefikaw minn dazji individwali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju provviżorju ta’ anti-dumping huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku u taċ-ċitrat tat-trisodju li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2918 14 00 u ex 2918 15 00 (Kodiċi TARIC 2918 15 00 10) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata ta’ dazju anti-dumping provviżorja applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Il-kumpanija

Dazju anti-dumping (%)

Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC

Anhui BBCA Biochemical Co Ltd - No 73, Fengyuandadao Road, Bengbu City 233010, Provinċja ta’ Anhui, ir-RPĊ

42,2

A874

DSM Citric Acid (Wuxi) Ltd - West Side of Jincheng Bridge, Wuxi 214024, Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

13,2

A875

RZBC Co Ltd - No 9 Xinghai West Road, Rizhao, Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

43,2

A876

RZBC (Juxian) Co Ltd, West Wing, Chenyang North Road, Provinċja ta’ Ju County Shandong, ir-RPĊ

43,2

A877

TTCA Co., Ltd. – West, Wenhe Bridge North, Anqiu City, Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

49,3

A878

Yixing Union Biochemical Co Ltd – Industry Zone Yixing City 214203, Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

38,8

A879

Laiwu Taihe Biochemistry Co Ltd, ir-RPĊ

43,2

A880

Shanxi Ruicheng Yellow River Chemicals Co Ltd, ir-RPĊ

43,2

A881

Weifang Ensign Industry Co Ltd, ir-RPĊ

43,2

A882

Il-kumpaniji l-oħra kollha

49,3

A999

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-komunità tal-prodott imsemmi f’paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-proviżjoni ta’ garanzija, ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali fis-seħħ.

Artikolu 2

Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgћu jagħmlu rikjesta għall-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagћhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni.

Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)   ĠU C 205, 4.9.2007, p. 14.

(3)   ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p.1)