|
22.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/54 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/661
tat-2 ta’ Diċembru 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kriterji komuni biex jitqiesu l-implimentazzjoni jew it-tneħħija ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportatur tal-ajru li jopera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jipprevedi l-istabbiliment ta’ lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fit-territorji li għalihom japplikaw it-Trattati. |
|
(2) |
L-istabbiliment tal-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru huwa bbażat fuq kriterji komuni għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar ta’ trasportatur tal-ajru mfassla fil-livell tal-Unjoni. Dawn il-kriterji komuni huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
|
(3) |
Valutazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 imwettqa mill-Kummissjoni identifikat diversi oqsma fejn l-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament tista’ tittejjeb sabiex jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi. F’dawn l-aħħar snin, il-ġestjoni tas-sikurezza tal-ajru ġiet appoġġata minn avvanzi tekniċi ġodda li ppermettew il-kejl ta’ evidenza verifikabbli fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kapaċitajiet tal-operaturi ta’ pajjiżi terzi u l-informazzjoni li tirriżulta minn spezzjonijiet fir-rampa biex jintlaħqu l-istandards rilevanti tas-sikurezza. Barra minn hekk, il-ġbir ta’ għarfien xjentifiku, permezz tal-attivitajiet tar-riċerka tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, isaħħaħ il-kapaċità tagħha li tevalwa sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza ta’ operatur. Għalhekk, jeħtieġ li l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jiġi emendat biex jitqiesu dawk l-iżviluppi. |
|
(4) |
Il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jelenkaw l-elementi li għandhom jitqiesu meta tiġi kkunsidrata l-impożizzjoni ta’ projbizzjoni (jew ta’ restrizzjonijiet fuq l-operar). F’konformità mal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-lista tal-Unjoni għandha tiġi aġġornata sabiex jitneħħa trasportatur tal-ajru minnha meta n-nuqqasijiet fis-sikurezza jkunu ġew rimedjati u ma jkun hemm l-ebda raġuni oħra, abbażi tal-kriterji komuni, biex it-trasportatur tal-ajru jinżamm fuq dik il-lista. Għal raġunijiet ta’ trasparenza, jeħtieġ li jiġu elenkati l-elementi meħtieġa għall-valutazzjoni jekk il-kriterji komuni, li n-nuqqas ta’ rispett tagħhom wassal għall-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet imsemmija qabel, ma jibqgħux issodisfati iktar. |
|
(5) |
Jista’ jinkiseb għadd ta’ titjib billi jiġi emendat l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 dwar il-kriterji komuni użati biex tiġi kkunsidrata l-impożizzjoni [jew it-tneħħija] ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell tal-Unjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
“ANNESS
Kriterji komuni li għandhom jiġu kkunsidrati għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell tal-Unjoni
Id-deċiżjonijiet għal azzjoni fil-livell tal-Unjoni għandhom jittieħdu skont il-merti ta’ kull każ individwali. Skont il-merti ta’ kull każ, trasportatur jew it-trasportaturi kollha ċċertifikati fl-istess stat jista’/jistgħu jkun(u) eliġibbli għal azzjoni fil-livell tal-Unjoni.
A.
Fil-kunsiderazzjoni ta’ jekk jenħtieġx li trasportatur jew it-trasportaturi kollha tal-ajru jiġi/u totalment jew parzjalment projbit(i), għandu jiġi evalwat jekk it-trasportatur tal-ajru hux qed jissodisfa l-istandards rilevanti tas-sikurezza billi jitqiesu dawn li ġejjin:|
1. |
Evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet serji fis-sikurezza min-naħa ta’ trasportatur tal-ajru:
|
|
2. |
Nuqqas ta’ kapaċità u/jew rieda ta’ trasportatur tal-ajru li jindirizza nuqqasijiet fis-sikurezza kif murija permezz ta’:
|
|
3. |
Nuqqas ta’ kapaċità u/jew rieda tal-awtoritajiet b’responsabbiltà għas-sorveljanza regolatorja ta’ trasportatur tal-ajru biex jindirizzaw nuqqasijiet fis-sikurezza kif murija permezz ta’:
|
B.
F’konformità mal-Artikolu 4(1)(b) ta’ dan ir-Regolament, meta jitqies jekk il-lista tal-Unjoni għandhiex tiġi aġġornata biex trasportatur tal-ajru jitneħħa mil-lista minħabba li n-nuqqasijiet fis-sikurezza jkunu ġew rimedjati u ma jkun hemm l-ebda raġuni oħra, abbażi tal-kriterji komuni elenkati fit-taqsima A, biex it-trasportatur tal-ajru jinżamm fil-lista tal-Unjoni, l-elementi li ġejjin jistgħu jitqiesu li jipprovdu evidenza ta’ dan:|
1. |
evidenza verifikabbli li n-nuqqasijiet identifikati jkunu ġew rettifikati b’mod sostenibbli, li tindika li t-trasportatur tal-ajru jikkonforma għalkollox mal-istandards rilevanti tas-sikurezza u jkun qed jimplimentahom; |
|
2. |
ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportaturi tal-ajru mwettqa mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportaturi tal-ajru f’konformità mal-proċess tal-ICAO, b’evidenza li l-attivitajiet kollha jkunu ġew dokumentati kif xieraq; |
|
3. |
evidenza verifikabbli tal-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza u tal-implimentazzjoni effettiva tagħhom mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportatur tal-ajru; |
|
4. |
kapaċità verifikabbli tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportatur tal-ajru biex jinfurzaw sistema regolatorja soda; |
|
5. |
evidenza verifikabbli li s-sorveljanza effettiva tkun qed titwettaq mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportatur tal-ajru, li tippermetti l-infurzar u r-rispett adegwat tal-istandards rilevanti tas-sikurezza; |
|
6. |
informazzjoni miġbura permezz tal-proċess TCO, dwar jekk twettaqx monitoraġġ inizjali jew kontinwu mill-Aġenzija; |
|
7. |
informazzjoni miġbura permezz tal-ispezzjonijiet fir-rampa. |
(1) Programm Ewropew rigward il-prestazzjoni ta’ spezzjonijiet fir-rampa fuq inġenji tal-ajru użati minn operaturi ta’ pajjiżi terzi (SAFA) jew użati minn operaturi taħt is-sorveljanza regolatorja ta’ Stat Membru ieħor tal-UE (SACA).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).