31.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/96


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/714

tat-28 ta’ Marzu 2023

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali,fir-rigward tal-awdituri esterni ta’ Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Frar 2023 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Central Bank of Ireland (BĊE/2023/1) (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jridu jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Fl-2016, Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għażel lil Mazars bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2016 sal-2020. Fl-15 ta’ Novembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/2018 (2), li testendi l-mandat ta’ Mazars bħala awdituri esterni għal Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għas-snin finanzjarji 2021 sal-2022.

(3)

Il-mandat ta’ Mazars bħala awdituri esterni attwali ta’ Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland jiskadi wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2022. Huwa għalhekk neċessarju li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2023.

(4)

Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għażel lil Grant Thornton Ireland bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2023 sal-2027, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2028 u 2029.

(5)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Grant Thornton Ireland jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għas-snin finanzjarji 2023 sal-2027, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2028 u 2029.

(6)

B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (3) tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Grant Thornton Ireland huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni ta’ Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għas-snin finanzjarji 2023 sal-2027.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

E. BUSCH


(1)   ĠU C 66, 23.2.2023, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2018 tal-15 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland (ĠU L 413, 19.11.2021, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).