European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2609

8.10.2024

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2609

tas-7 ta’ Ottubru 2024

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għan-napropammid, għall-piridaben u għat-tebufenpirad f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi ta’ residwi (“MRLs”) għan-napropammid (2), għall-piridaben (3) u għat-tebufenpirad (4) ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Matul ir-rieżami ta’ dawk l-MRLs f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) identifikat xi informazzjoni bħala mhux disponibbli għal ċerti prodotti. L-informazzjoni disponibbli kienet biżżejjed biex l-Awtorità tipproponi MRLs li huma sikuri għall-konsumaturi. Fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament ġew indikati lakuni fid-data dwar id-data sa meta l-applikant kellu jibgħat lill-Awtorità l-informazzjoni nieqsa b’appoġġ għall-MRLs proposti.

(3)

Għan-napropammid fil-frott taċ-ċitru, fil-frawli u fil-frott tal-kannamiela jew fuqhom, l-applikant issottoemtta l-informazzjoni nieqsa dwar l-istabbiltà tal-ħżin tiegħu. L-Awtorità kkonkludiet li l-lakuna fid-data indikata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ġiet indirizzata biżżejjed (5). Għalhekk, għal dawk il-prodotti, jixraq li jinżammu l-MRLs eżistenti u li jitħassru n-noti f’qiegħ il-paġna rispettivi li jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(4)

Għan-napropammid fil-mirtilli, fil-cranberries, fil-passolina (sewda, ħamra u bajda), fir-ribes (ħodor, ħomor u sofor), fil-Warda Skoċċiża u fil-Frott tas-sebuqa jew fuqhom, l-applikant issottometta l-informazzjoni nieqsa dwar l-istabbiltà tal-ħżin. Madankollu, l-applikant ma ssottomettiex l-informazzjoni nieqsa dwar il-metaboliżmu tal-għelejjel għal dawk il-prodotti. L-Awtorità kkonkludiet li l-lakuna fid-data identifikata qabel dwar il-metaboliżmu tal-għelejjel ma ġietx indirizzata u rrakkomandat li l-maniġers tar-riskju jikkunsidraw li jbaxxu l-MRLs f’dawk il-prodotti jew fuqhom sal-limitu ta’ determinazzjoni (“LOD”). Għalhekk, għal dawk il-prodotti, jixraq li jiġu stabbiliti l-MRLs għan-napropammid għal-LOD speċifiku għall-prodott u li jitħassru n-noti f’qiegħ il-paġna rispettivi li jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(5)

Għan-napropammid fil-ħxejjex aromatiċi u fil-fjuri li jittieklu jew fuqhom, l-applikant ma ssottomettiex l-informazzjoni nieqsa dwar il-provi tar-residwi. L-Awtorità kkonkludiet li l-lakuna fid-data identifikata qabel ma ġietx indirizzata u rrakkomandat li l-maniġers tar-riskju jikkunsidraw li jbaxxu l-MRLs f’dawk il-prodotti jew fuqhom sal-LOD. Għalhekk, għal dawn il-prodotti, jixraq li jiġu stabbiliti l-MRLs għan-napropammid għal-LOD speċifiku għall-prodott u li jitħassru n-noti f’qiegħ il-paġna rispettivi li jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(6)

Għan-naproprammid fl-infużjonijiet erbali mill-fjuri, mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi, mill-għeruq, fl-infużjonijiet erbali minn kwalunkwe parti oħra tal-pjanti, u fil-ħwawar tal-frott jew fuqhom, l-applikant ma ssottomettiex l-informazzjoni nieqsa dwar il-metodu analitiku għall-matriċijiet li diffiċli jiġu analizzati. L-Awtorità kkonkludiet li għalkemm dik il-lakuna fid-data ma ġietx indirizzata, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jinżammu peress li diġà jinsabu fl-LOD. Għalhekk, għal dawk il-prodotti, jixraq li jinżammu l-MRLs għan-napropammid fl-LOD u li jitħassru n-noti f’qiegħ il-paġna rispettivi li jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(7)

Għall-piridaben fit-tuffieħ, fil-lanġas, fl-isfarġel, fin-naspli, fil-loquat/naspli tal-ġappun, u fil-frott taż-żerriegħa ieħor jew fuqhom, l-applikant ma ssottomettiex l-informazzjoni nieqsa dwar il-provi tar-residwi. Madankollu, id-data l-ġdida dwar ir-residwi dwar il-lanġas u t-tuffieħ ġiet sottomessa b’appoġġ għal Prattiki Agrikoli Tajbin alternattivi għal grupp ta’ frott taż-żerriegħa. L-Awtorità kkonkludiet li l-provi tar-residwi pprovduti huma biżżejjed (6) biex jinkiseb MRL aktar baxx għall-grupp kollu ta’ frott taż-żerriegħa. Għalhekk, għall-frott taż-żerriegħa, jixraq li l-MRLs jiġu stabbiliti għal-livell propost mill-Awtorità u li jitħassru n-noti f’qiegħ il-paġna rispettivi li jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(8)

Għall-piridaben fil-berquq, fil-ħawħ u fil-fażola (bl-imżiewed) jew fuqhom, l-applikant ma ssottomettiex l-informazzjoni nieqsa dwar il-provi tar-residwi. L-Awtorità kkonkludiet li l-lakuna fid-data identifikata qabel ma ġietx indirizzata u rrakkomandat li l-maniġers tar-riskju jikkunsidraw li jbaxxu l-MRLs għal dawk il-prodotti sal-LOD. Għalhekk, għal dawk il-prodotti, jixraq li jiġu stabbiliti l-MRLs għall-piridaben għal-LOD speċifiku għall-prodott u li jitħassru n-noti f’qiegħ il-paġna rispettivi li jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(9)

Għall-piridaben fil-bovini (muskoli, xaħam, fwied, kliewi), fin-nagħaġ (muskoli, xaħam, fwied, kliewi), fil-mogħoż (muskoli, xaħam, fwied, kliewi), fl-ekwini (muskoli, xaħam, fwied, kliewi) u fil-ħalib (baqar, nagħaġ, mogħoż, żwiemel) jew fuqhom, l-applikant issottometta l-informazzjoni nieqsa dwar l-istabbiltà tal-ħżin, l-istudji dwar l-għalf u l-metodi analitiċi. L-Awtorità kkonkludiet li l-lakuna fid-data indikata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ġiet indirizzata biżżejjed. Għalhekk, għall-ħalib (baqar, nagħaġ, mogħoż, żwiemel) jixraq li jinżammu l-MRLs li diġà jinsabu fl-LOD u peress li issa jista’ jinkiseb LOD aktar baxx ta’ 0,01 mg/kg bl-użu tal-metodu analitiku pprovdut mill-applikant għall-bovini (muskoli, xaħam, fwied, kliewi), għan-nagħaġ (muskoli, xaħam, fwied, kliewi), għall-mogħoż (muskoli, xaħam, fwied, kliewi), għall-ekwini (muskoli, xaħam, fwied, kliewi), jixraq li l-LOD attwali ta’ 0,05 mg/kg għal dawk il-prodotti jitbaxxa għal-LOD ta’ 0,01 mg/kg, jiġi stabbilit dak l-LOD u jitħassru n-noti f’qiegħ il-paġna rispettivi li jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(10)

Għat-tebufenpirad fil-berquq, fil-ħawħ, fit-tut u fiċ-ċawsli iswed, l-applikant issottometta l-informazzjoni nieqsa dwar il-provi tar-residwi u l-Awtorità kkonkludiet li l-lakuna fid-data indikata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 kienet indirizzata biżżejjed (7). Abbażi tal-provi tar-residwi pprovduti, l-Awtorità pproponiet li jitbaxxew l-MRLs eżistenti għall-berquq u l-ħawħ u li jinżammu l-MRLs għat-tut u għaċ-ċawsli iswed. Għalhekk, għall-berquq u għall-ħawħ, jixraq li l-MRLs jiġu stabbiliti għal-livell propost mill-Awtorità u li jinżammu l-MRLs għat-tut u għaċ-ċawsli iswed u li jitħassru n-noti f’qiegħ il-paġna rispettivi li jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(11)

Għat-tebufenpirad fil-fażola (bl-imżiewed) u fil-ħops jew fuqhom, l-applikant ma ssottomettiex l-informazzjoni nieqsa dwar il-provi tar-residwi għall-fażola (bl-imżiewed) u dwar il-metodi analitiċi għall-ħops. L-Awtorità kkonkludiet li l-lakuna fid-data identifikata qabel ma ġietx indirizzata u rrakkomandat li l-maniġers tar-riskju jikkunsidraw li jbaxxu l-MRLs għal dawk il-prodotti sal-LOD. Għalhekk, għal dawk il-prodotti, jixraq li jiġu stabbiliti l-MRLs għat-tebufenpirad għal-LOD speċifiku għall-prodott u li jitħassru n-noti f’qiegħ il-paġna rispettivi li jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(12)

Għat-tebufenpirad fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali jew fuqhom, ħlief l-għasel u prodotti oħra tal-apikultura, l-applikant issottometta l-informazzjoni nieqsa. L-Awtorità kkonkludiet li l-lakuna fid-data indikata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ġiet indirizzata biżżejjed. Għalhekk, għal dawk il-prodotti, jixraq li jinżammu l-MRLs eżistenti għat-tebufenpirad u li jitħassru n-noti f’qiegħ il-paġna rispettivi li jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(13)

Għat-tebufenpirad fl-għasel u fi prodotti oħra tal-apikultura jew fuqhom, l-applikant ma ssottomettiex l-informazzjoni nieqsa dwar l-metodi analitiċi speċifiċi għall-għasel. L-Awtorità kkonkludiet li l-lakuna fid-data identifikata preċedentement ma ġiex indirizzata u rrakkomandat li jinżamm l-MRL attwali, li huwa fl-LOD. Għalhekk, għal dawk il-prodotti, jixraq li jinżamm l-MRL għat-tebufenpirad fl-LOD u li jitħassru n-noti f’qiegħ il-paġna rispettivi li jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(14)

Għat-tebufenpirad fl-għeneb tal-mejda jew fuqhom, l-Awtorità sabet li ma setax jiġi eskluż li d-doża akuta ta’ referenza tinqabeż bl-MRL attwali. Għalhekk, il-maniġers tar-riskju pproponew li jiġi stabbilit MRL aktar baxx għall-għeneb tal-mejda, abbażi tal-Prattiki Agrikoli Tajbin ta’ riżerva inqas kritiċi u sikuri (8). Għalhekk jixraq li jitbaxxa l-MRL eżistenti għat-tebufenpirad fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(15)

Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li ċerti LODs jiġu adattati. Dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti, l-iżviluppi tekniċi jippermettu li jiġu stabbiliti LODs aktar baxxi.

(16)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom ġew meqjusa.

(17)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(18)

Sabiex ikun hemm lok għall-kummerċjalizzazzjoni, għall-ipproċessar u għall-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għall-prodotti li jkunu ġew introdotti fis-suq fl-Unjoni qabel ma bdew japplikaw l-MRLs il-ġodda u li għalihom inżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Dan huwa l-każ għall-prodotti kollha ħlief għat-tebufenpirad fl-għeneb tal-mejda jew fuqhom.

(19)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs.

(20)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti kollha li jkunu ġew introdotti fis-suq tal-Unjoni qabel it-28 ta’ April 2025 ħlief għat-tebufenpirad fl-għeneb tal-mejda jew fuqhom.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-28 ta’ April 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/770 tat-8 ta’ Ġunju 2020 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-miklobutanil, għan-napropammid u għas-sintofen f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 184, 12.6.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/770/oj).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/90 tat-18 ta’ Jannar 2019 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi ta’ residwi għall-bromukonażol, għall-karbossinu, għall-ossidu tal-fenbutatin, għall-fenpirażammina u għall-piridaben f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 22, 24.1.2019, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/90/oj).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/693 tas-7 ta’ April 2017 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwi għal bitertanol, klormekwat u tebufenpirad f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/693/oj).

(5)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, “Evaluation of confirmatory data following the Article 12 MRL review for napropamide” (EFSA Journal, 2023;21(7):8125).

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, “Evaluation of confirmatory data following Article 12 MRL review and modification of the existing MRLs in pome fruits for pyridaben” (EFSA Journal, 2023;21(4):7970).

(7)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, “Evaluation of confirmatory data following the Article 12 MRL review for tebufenpyrad” (EFSA Journal 2023;21(2):7774).

(8)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, “Review of the existing maximum residue levels for tebufenpyrad according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005” (EFSA Journal 2016;14(4):4469).


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-kolonni għan-napropammid, għall-piridaben u għat-tebufenpirad huma sostitwiti b’dan li ġej:

" Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi ta’ residwi (f’mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (1)

Napropammid (somma ta’ isomeri)

Piridaben (F)

Tebufenpirad (F)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

0,01  (*1)

 

 

0110000

Frott taċ-ċitru

 

 

0,6

0110010

Grejpfrut

 

0,5

 

0110020

Larinġ

 

0,3

 

0110030

Lumi

 

0,3

 

0110040

Xkomp

 

0,3

 

0110050

Mandolin

 

0,3

 

0110990

Oħrajn (2)

 

0,3

 

0120000

Ġewż tas-siġar

 

0,05

0,01  (*1)

0120010

Lewż

 

 

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

 

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

 

 

0120040

Qastan

 

 

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

 

 

0120060

Ġellewż

 

 

 

0120070

Macadamia

 

 

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

 

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

 

 

0120100

Pistaċċi

 

 

 

0120110

Ġewż

 

 

 

0120990

Oħrajn (2)

 

 

 

0130000

Pomu

 

0,15

 

0130010

Tuffieħ

 

 

0,3

0130020

Lanġas

 

 

0,3

0130030

Sfarġel

 

 

0,8

0130040

Naspli

 

 

0,8

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

 

0,8

0130990

Oħrajn (2)

 

 

0,01  (*1)

0140000

Frott tal-għadma

 

0,01  (*1)

 

0140010

Berquq

 

 

0,3

0140020

Ċiras (ħelu)

 

 

0,01  (*1)

0140030

Ħawħ

 

 

0,3

0140040

Għanbaqar

 

 

0,2

0140990

Oħrajn (2)

 

 

0,01  (*1)

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

 

 

0151000

(a)

għeneb

 

0,01  (*1)

 

0151010

Għeneb tal-mejda

 

 

0,4

0151020

Għeneb għall-inbid

 

 

0,6

0152000

(b)

frawli

 

0,9

1

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0,01  (*1)

 

0153010

Tut

 

 

0,05

0153020

Tut salvaġġ

 

 

0,05

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

 

0,15

0153990

Oħrajn (2)

 

 

0,01  (*1)

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

0,01  (*1)

1,5

0154010

Mirtill

 

 

 

0154020

Cranberries

 

 

 

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

 

 

 

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

 

 

 

0154050

Warda skoċċiża

 

 

 

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

 

 

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

 

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

 

 

0154990

Oħrajn (2)

 

 

 

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0161000

(a)

b’qoxra li tittiekel

 

 

 

0161010

Tamal

 

 

 

0161020

Tin

 

 

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

 

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

 

 

0161050

Karambola

 

 

 

0161060

Kaki

 

 

 

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

 

 

 

0161990

Oħrajn (2)

 

 

 

0162000

(b)

b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

 

 

 

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

 

 

0162020

Liċċi

 

 

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

 

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

 

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

 

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

 

 

0162990

Oħrajn (2)

 

 

 

0163000

(c)

b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

 

 

0163010

Avokado

 

 

 

0163020

Banana

 

 

 

0163030

Mango

 

 

 

0163040

Papaja

 

 

 

0163050

Rummien

 

 

 

0163060

Ċerimoja

 

 

 

0163070

Gwava

 

 

 

0163080

Ananas

 

 

 

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

 

 

0163100

Durian

 

 

 

0163110

Il-frotta tal-annona

 

 

 

0163990

Oħrajn (2)

 

 

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

 

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0211000

(a)

patata

 

 

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

 

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

 

 

0212020

Patata ħelwa

 

 

 

0212030

Jammijiet

 

 

 

0212040

Ararut

 

 

 

0212990

Oħrajn (2)

 

 

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

 

 

0213010

Pitravi

 

 

 

0213020

Zunnarija

 

 

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

 

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

 

 

0213050

Artiċokks

 

 

 

0213060

Zunnarija bajda

 

 

 

0213070

Tursin ta' Hamburg

 

 

 

0213080

Ravanell

 

 

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

 

 

0213100

Swedes

 

 

 

0213110

Lift

 

 

 

0213990

Oħrajn (2)

 

 

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0220010

Tewm

 

 

 

0220020

Basal

 

 

 

0220030

Xalotti

 

 

 

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

 

 

 

0220990

Oħrajn (2)

 

 

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

0,01  (*1)

 

 

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

 

 

0231010

Tadam

 

0,15

0,8

0231020

Bżar ħelu

 

0,3

0,01  (*1)

0231030

Brunġiel

 

0,15

0,8

0231040

Bamja

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0231990

Oħrajn (2)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

 

0,15

 

0232010

Ħjar

 

 

0,3

0232020

Ħjar tal-pikles

 

 

0,5

0232030

Zukkini

 

 

0,3

0232990

Oħrajn (2)

 

 

0,01  (*1)

0233000

(c)

kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

 

0,01  (*1)

 

0233010

Bettieħ

 

 

0,3

0233020

Qara’ aħmar

 

 

0,01  (*1)

0233030

Dulliegħ

 

 

0,3

0233990

Oħrajn (2)

 

 

0,01  (*1)

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

0,01  (*1)

 

 

0241010

Brokkli

 

 

 

0241020

Pastard

 

 

 

0241990

Oħrajn (2)

 

 

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

0,01  (*1)

 

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

 

 

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

 

 

 

0242990

Oħrajn (2)

 

 

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

0,05  (*1)

 

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

 

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

 

 

 

0243990

Oħrajn (2)

 

 

 

0244000

(d)

ġdur

0,05  (*1)

 

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

 

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

0,05

 

 

0251020

Ħass

0,01  (*1)

 

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

0,01  (*1)

 

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

0,01  (*1)

 

 

0251050

Krexxuni tal-art

0,01  (*1)

 

 

0251060

Aruka

0,05

 

 

0251070

Mustarda ħamra

0,05

 

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

0,05

 

 

0251990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0252010

Spinaċi

 

 

 

0252020

Burdlieq

 

 

 

0252030

Weraq tas-selq

 

 

 

0252990

Oħrajn (2)

 

 

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0254000

(d)

krexxuni

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0255000

(e)

ċikwejra

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,02  (*1)

0,02  (*1)

0,02  (*1)

0256010

Maxxita

 

 

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

 

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

 

 

0256040

Tursin

 

 

 

0256050

Salvja

 

 

 

0256060

Klin

 

 

 

0256070

Timu

 

 

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

 

 

0256090

Weraq tar-rand

 

 

 

0256100

Stregun

 

 

 

0256990

Oħrajn (2)

 

 

 

0260000

Legumi

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

 

 

 

0260020

Fażola (bla mżiewed)

 

 

 

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

 

 

 

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

 

 

 

0260050

Għads

 

 

 

0260990

Oħrajn (2)

 

 

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0270010

Spraġ

 

 

 

0270020

Kardun

 

 

 

0270030

Krafes

 

 

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

 

 

0270050

Qaqoċċ

 

 

 

0270060

Kurrat

 

 

 

0270070

Rabarbru

 

 

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

 

 

0270090

Qlub tal-palm

 

 

 

0270990

Oħrajn (2)

 

 

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

 

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

 

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

 

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0300000

BUS U ĦEMES

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0300010

Fażola

 

 

 

0300020

Għads

 

 

 

0300030

Piżelli

 

 

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

 

 

0300990

Oħrajn (2)

 

 

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0,01  (*1)

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

 

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,02

 

0,01  (*1)

0401020

Karawett

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,02

 

0,01  (*1)

0401040

Ġulġlien

0,02

 

0,01  (*1)

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,02

 

0,01  (*1)

0401060

Żerriegħa tal-lift

0,02

 

0,01  (*1)

0401070

Fażola tas-sojja

0,02

 

0,01  (*1)

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,02

 

0,01  (*1)

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,02

 

0,05  (*1)

0401100

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

0,02

 

0,01  (*1)

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

0,02

 

0,01  (*1)

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

0,02

 

0,01  (*1)

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,02

 

0,01  (*1)

0401140

Qannebusa

0,02

 

0,01  (*1)

0401150

Fażola tar-riġnu

0,02

 

0,01  (*1)

0401990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0402000

Frott taż-żejt

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

 

 

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

 

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

 

 

0402040

Kapok

 

 

 

0402990

Oħrajn (2)

 

 

 

0500000

ĊEREALI

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0500010

Xgħir

 

 

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

 

 

0500030

Qamħirrum

 

 

 

0500040

Millieġ komuni

 

 

 

0500050

Ħafur

 

 

 

0500060

Ross

 

 

 

0500070

Segala

 

 

 

0500080

Sorgu

 

 

 

0500090

Qamħ

 

 

 

0500990

Oħrajn (2)

 

 

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0610000

Tejiet

 

 

 

0620000

Kafeni

 

 

 

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

 

 

 

0631000

(a)

mill-fjuri

 

 

 

0631010

Kamumella

 

 

 

0631020

Ibisku

 

 

 

0631030

Ward

 

 

 

0631040

Ġiżimin

 

 

 

0631050

Tilju

 

 

 

0631990

Oħrajn (2)

 

 

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

 

 

0632010

Frawla

 

 

 

0632020

Rooibos

 

 

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

 

 

0632990

Oħrajn (2)

 

 

 

0633000

(c)

mill-għeruq

 

 

 

0633010

Valerjana

 

 

 

0633020

Ġinseng

 

 

 

0633990

Oħrajn (2)

 

 

 

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

 

 

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

 

 

 

0650000

Ħarrub

 

 

 

0700000

ĦOPS

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0800000

ĦWAWAR

 

 

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0810010

Ħlewwa

 

 

 

0810020

Kemmun iswed

 

 

 

0810030

Karfus

 

 

 

0810040

Kosbor

 

 

 

0810050

Kemmun

 

 

 

0810060

Xibt

 

 

 

0810070

Bużbież

 

 

 

0810080

Fienu

 

 

 

0810090

Noċemuskata

 

 

 

0810990

Oħrajn (2)

 

 

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

 

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

 

 

0820030

Karwija

 

 

 

0820040

Kardamomu

 

 

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

 

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

 

 

0820070

Vanilja

 

 

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

 

 

0820990

Oħrajn (2)

 

 

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0830010

Kannella

 

 

 

0830990

Oħrajn (2)

 

 

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

 

 

0840010

Għud is-sus

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0840020

Ġinġer (10)

 

 

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

 

 

0840990

Oħrajn (2)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

 

 

0850020

Kappar

 

 

 

0850990

Oħrajn (2)

 

 

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0860010

Żagħfran

 

 

 

0860990

Oħrajn (2)

 

 

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0870010

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

 

 

0870990

Oħrajn (2)

 

 

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0900010

Pitravi ħelu

 

 

 

0900020

Kannamieli

 

 

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

 

 

0900990

Oħrajn (2)

 

 

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

 

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

1011000

(a)

mill-ħnieżer

 

 

 

1011010

Muskoli

 

 

 

1011020

Xaħam

 

 

 

1011030

Fwied

 

 

 

1011040

Kliewi

 

 

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

 

 

1011990

Oħrajn (2)

 

 

 

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

 

 

1012010

Muskoli

 

 

 

1012020

Xaħam

 

 

 

1012030

Fwied

 

 

 

1012040

Kliewi

 

 

 

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

 

 

1012990

Oħrajn (2)

 

 

 

1013000

(c)

min-nagħaġ

 

 

 

1013010

Muskoli

 

 

 

1013020

Xaħam

 

 

 

1013030

Fwied

 

 

 

1013040

Kliewi

 

 

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

 

 

1013990

Oħrajn (2)

 

 

 

1014000

(d)

mill-mogħoż

 

 

 

1014010

Muskoli

 

 

 

1014020

Xaħam

 

 

 

1014030

Fwied

 

 

 

1014040

Kliewi

 

 

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

 

 

1014990

Oħrajn (2)

 

 

 

1015000

(e)

mill-ekwini

 

 

 

1015010

Muskoli

 

 

 

1015020

Xaħam

 

 

 

1015030

Fwied

 

 

 

1015040

Kliewi

 

 

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

 

 

1015990

Oħrajn (2)

 

 

 

1016000

(f)

mill-pollam

 

 

 

1016010

Muskoli

 

 

 

1016020

Xaħam

 

 

 

1016030

Fwied

 

 

 

1016040

Kliewi

 

 

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

 

 

1016990

Oħrajn (2)

 

 

 

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

 

 

1017010

Muskoli

 

 

 

1017020

Xaħam

 

 

 

1017030

Fwied

 

 

 

1017040

Kliewi

 

 

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

 

 

1017990

Oħrajn (2)

 

 

 

1020000

Ħalib

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

 

 

1020020

Nagħaġ

 

 

 

1020030

Mogħoż

 

 

 

1020040

Żwiemel

 

 

 

1020990

Oħrajn (2)

 

 

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

1030010

Tiġieġ

 

 

 

1030020

Papri

 

 

 

1030030

Wiżż

 

 

 

1030040

Summien

 

 

 

1030990

Oħrajn (2)

 

 

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

1050000

Amfibji u Rettili

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

 

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

 

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

 

 

(+)

Kombinament ta’ pestiċidi u prodotti li għalih teżisti nota f’qiegħ il-paġna. Il-lista tan-noti f’qiegħ il-paġna hija pprovduta hawn taħt.

Piridaben (F)

(F)

Solubbli fix-xaħam

Tebufenpirad (F)

(F)

Solubbli fix-xaħam"


(*1)  Jindika l-limitu minimu ta’ determinazzjoni analitika.

(1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRL, jenħtieġ li ssir referenza għall-Anness I.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2609/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)