|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/832 |
7.3.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/832
tal-4 ta’ Marzu 2024
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fis-67 sessjoni tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi dwar l-iskedar ta’ sustanzi taħt il-Konvenzjoni Unika dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata bil-Protokoll tal-1972, u l-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi tal-1971
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 83(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata bil-Protokoll tal-1972, (“il-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi”) daħlet fis-seħħ fit-8 ta’ Awwissu 1975. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi, il-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi (CND) tista’ tiddeċiedi li żżid sustanzi mal-Iskedi ta’ dik il-Konvenzjoni. Hija tista’ tagħmel bidliet fl-Iskedi biss f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), iżda tista’ wkoll tiddeċiedi li ma tagħmilx bidliet irrakkomandati mid-WHO. |
|
(3) |
Il-Konvenzjoni tan-NU dwar is-Sustanzi Psikotropiċi tal-1971 (“il-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi”) daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Awwissu 1976. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi, is-CND tista’ tiddeċiedi li żżid sustanzi mal-Iskedi ta’ dik il-Konvenzjoni, jew li tneħħihom, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO. Is-CND għandha setgħat diskrezzjonali estensivi biex tqis fatturi ekonomiċi, soċjali, legali, amministrattivi u fatturi oħra, iżda ma tistax taġixxi b’mod arbitrarju. |
|
(5) |
Il-bidliet fl-Iskedi tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi u l-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi għandhom riperkussjonijiet diretti fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-kontroll tad-drogi. Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI (1) tapplika għas-sustanzi elenkati fl-Iskedi ta’ dawk il-Konvenzjonijiet. Għalhekk, kwalunkwe bidla fl-Iskedi ta’ dawk il-Konvenzjonijiet hija inkorporata direttament fir-regoli komuni tal-Unjoni. |
|
(6) |
Matul is-67 sessjoni tagħha, skedata li ssir mill-14 sat-22 ta’ Marzu 2024 fi Vjenna, is-CND għandha tiddeċiedi dwar iż-żieda ta’ ħames sustanzi ġodda mal-Iskedi tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi u tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
|
(7) |
L-Unjoni ma hijiex parti għall-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi jew għall-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. Għandha status ta’ osservatur bla ebda dritt tal-vot fis-CND, li 13-il Stat Membru huma membri tagħha bid-dritt tal-vot fis-67 sessjoni tagħha (2). Huwa meħtieġ li l-Kunsill jawtorizza lil dawk l-Istati Membri jesprimu l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-iskedar ta’ sustanzi taħt dawk il-Konvenzjonijiet peress li tali deċiżjonijiet dwar iż-żieda ta’ sustanzi ġodda mal-Iskedi tagħhom jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni. |
|
(8) |
Id-WHO rrakkomandat iż-żieda ta’ sustanza ġdida fl-Iskeda I tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi, tliet sustanzi ġodda fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi, u sustanza ġdida fl-Iskeda IV tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
|
(9) |
Is-sustanzi kollha rieżaminati mill-Kumitat tal-Esperti tad-WHO dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (ECDD) u rrakkomandati għall-iskedar mid-WHO huma mmonitorjati miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) bħala sustanzi psikoattivi ġodda skont it-termini tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(10) |
Skont il-valutazzjoni mill-ECDD, il-bromażolam (l-isem tal-IUPAC: 8-bromo-1-metil-6-phenil-4H-[1,2,4]triażolo[4,3-a][1,4]benżodiażepina) hija benżodiażepina b’potenza relattivament għolja. Il-bromażolam ġiet rieżaminata qabel mill-ECDD fil-45 laqgħa tiegħu u tqiegħdet taħt sorveljanza. Il-bromażolam ma għandha l-ebda użu terapewtiku jew awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni magħrufa. Hemm biżżejjed evidenza li l-bromażolam qed tiġi abbużata, jew x’aktarx li tiġi abbużata, u tista’ tikkostitwixxi problema soċjali u tas-saħħa pubblika li tiġġustifika li titqiegħed taħt kontroll internazzjonali. B’hekk, id-WHO tirrakkomanda li l-bromażolam titqiegħed fl-Iskeda IV tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
|
(11) |
Il-bromażolam instabet fi 19-il Stat Membru u hija kkontrollata f’mill-inqas erba’ Stati Membri. Il-bromażolam hija soġġetta għal monitoraġġ mill-EMCDDA. Każ ta’ avvelenament akut wieħed b’esponiment ikkonfermat għall-bromażolam ġie irrapportat minn Stat Membru wieħed. Każ ta’ avvelenament akut addizzjonali b’esponiment issuspettat għall-bromażolam ġie rrapportat minn Stat Membru wieħed. Total ta’ 15-il mewta b’esponiment ikkonfermat għall-bromażolam ġew irrapportati minn ħames Stati Membri. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li tiżdied il-bromażolam mal-Iskeda IV tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
|
(13) |
Skont il-valutazzjoni mill-ECDD, il-butonitażen (l-isem tal-IUPAC: S2-[(4-butossifenil)metil]-N,N-dietil-5-nitro-1H-benżimidażol -1-etanamina) hija opjojde sintetiku dderivat mill-benżimidażol (“nitażen”) bi struttura kimika u azzjoni farmakoloġika simili għal dawk tad-drogi fl-Iskeda I tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi. Il-butonitażen ma ġietx rieżaminata qabel mill-ECDD. Il-butonitażen ma għandha l-ebda użu terapewtiku jew awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni magħrufa. Hemm biżżejjed evidenza li l-butonitażen qed tiġi abbużata, jew x’aktarx li tiġi abbużata, u tista’ tikkostitwixxi problema soċjali u tas-saħħa pubblika li tiġġustifika li titqiegħed taħt kontroll internazzjonali. B’hekk, id-WHO tirrakkomanda li l-butonitażen titqiegħed fl-Iskeda I tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi. |
|
(14) |
Il-butonitażen instabet f’seba’ Stati Membri u hija kkontrollata f’mill-inqas tliet Stati Membri. Il-butonitażen hija taħt monitoraġġ intensiv mill-EMCDDA. Ġiet irrapportata mewta waħda b’esponiment ikkonfermat għall-butonitażen minn Stat Membru wieħed. |
|
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li tiżdied il-butonitażen mal-Iskeda I tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi. |
|
(16) |
Skont il-valutazzjoni mill-ECDD, it-3-klorometkatinon (3-CMC; l-isem tal-IUPAC: 1-(3-klorofenil)-2-(metilammin)propan-1-on) hija stimulant sintetiku tal-familja tal-katinon. It-3-CMC hija analogu għall-mediċina metkatinon li hija kkontrollata skont l-Iskeda I tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. It-3-CMC bħalissa mhijiex taħt kontroll internazzjonali, iżda l-isomeru tagħha 4-CMC tqiegħed taħt kontroll internazzjonali fl-2020. It-3-CMC ma ġietx rieżaminata qabel mill-ECDD. It-3-CMC ma għandha l-ebda użu terapewtiku jew awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni magħrufa. Hemm biżżejjed evidenza li t-3-CMC qed tiġi abbużata, jew x’aktarx qed tiġi abbużata, u tista’ tikkostitwixxi problema soċjali u tas-saħħa pubblika li tiġġustifika li titqiegħed taħt kontroll internazzjonali. B’hekk, id-WHO tirrakkomanda li t-3-CMC titqiegħed fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
|
(17) |
Ir-riskji tat-3-CMC ġew ivvalutati mill-kumitat xjentifiku tal-EMCDDA u diġà ġiet inkluża fid-definizzjoni ta’ “droga” skont id-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI bid-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/1326 (4). Hija soġġetta għal monitoraġġ mill-EMCDDA. Fil-mument tal-valutazzjoni tar-riskju, f’Novembru 2021, it-3-CMC kienet instabet fi 23 Stat Membru. Total ta’ 10 imwiet b’esponiment ikkonfermat għat-3-CMC ġew irrapportati minn żewġ Stati Membri u każ ta’ avvelenament akut wieħed b’esponiment ikkonfermat għat-3-CMC ġie rrapportat minn Stat Membru wieħed. |
|
(18) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li tiżdied it-3-CMC mal-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
|
(19) |
Skont il-valutazzjoni mill-ECDD, id-dipentilon (l-isem tal-IUPAC: 1-(1,3-benżodiossol-5-yl)-2-(dimetilammino)pentan-1-on) hija stimulant sintetiku tal-familja tal-katinon. Għandha struttura kimika u farmakoloġija simili għal dawk ta’ katinoni sintetiċi oħra tal-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. Id-dipentilon ma ġietx rieżaminata qabel mill-ECDD. Id-dipentilon ma għandha l-ebda użu terapewtiku jew awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni magħrufa. Hemm biżżejjed evidenza li d-dipentilon qed tiġi abbużata, jew x’aktarx li tiġi abbużata, u tista’ tikkostitwixxi problema soċjali u tas-saħħa pubblika li tiġġustifika li titqiegħed taħt kontroll internazzjonali. Ma ġie rrapportat l-ebda użu mediku approvat. B’hekk, id-WHO tirrakkomanda li d-dipentilon titqiegħed fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
|
(20) |
Id-dipentilon instabet f’16-il Stat Membru u hija kkontrollata f’mill-inqas erba’ Stati Membri. Id-dipentilon hija soġġetta għal monitoraġġ mill-EMCDDA. |
|
(21) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li tiżdied id-dipentilon mal-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
|
(22) |
Skont il-valutazzjoni mill-ECDD, it-2-fluworodeskloroketamina (2-FDCK; l-isem tal-IUPAC: 2-(2-fluworofenil))-2-metilammino-ċikloeksanun) hija arilċikloessilamina li hija kimikament relatata mal-ketamina anestetika diżassoċjattiva. It-2-FDCK ma ġietx rieżaminata qabel mill-ECDD. It-2-FDCK ma għandha l-ebda użu terapewtiku jew awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni magħrufa. Hemm biżżejjed evidenza li t-2-FDCK qed tiġi abbużata, jew x’aktarx qed tiġi abbużata, u tista’ tikkostitwixxi problema soċjali u tas-saħħa pubblika li tiġġustifika li titqiegħed taħt kontroll internazzjonali. B’hekk, id-WHO tirrakkomanda li t-2-FDCK titqiegħed fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
|
(23) |
It-2-FDCK instabet fi 22 Stat Membru u hija kkontrollata f’mill-inqas ħames Stati Membri. It-2-FDCK hija taħt monitoraġġ intensiv mill-EMCDDA. Żewġt imwiet b’esponiment ikkonfermat għat-2-FDCK ġew irrapportati minn żewġ Stati Membri. Total ta’ 11-il-każ ta’ avvellement akut b’esponiment ikkonfermat għat-2-FDCK ġew irrapportati minn tliet Stati Membri. Każ addizzjonali ta’ avvelenament akut b’esponiment issuspettat għat-2-FDCK ġie rrapportat minn Stat Membru wieħed. |
|
(24) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li tiżdied it-2-FDCK mal-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
|
(25) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-CND, peress li d-deċiżjonijiet dwar l-iskedar fir-rigward tal-ħames sustanzi ser jinfluwenzaw b’mod dirett il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni, jiġifieri d-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI. |
|
(26) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi espressa mill-Istati Membri li huma membri tas-CND, li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni. |
|
(27) |
Id-Danimarka hija marbuta bid-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(28) |
L-Irlanda hija marbuta bid-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni mill-Istati Membri fis-67 sessjoni tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi li ser issir mill-14 sat-22 ta’ Marzu 2024, rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar iż-żieda ta’ sustanzi fl-Iskedi tal-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata bil-Protokoll tal-1972, u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sustanzi Psikotropiċi tal-1971, ser tkun f’konformità ma’ dik stipulata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati Membri li huma membri tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VERLINDEN
(1) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta’ Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 8).
(2) Il-Belġju, Spanja, Franza, l-Italja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja u l-Finlandja.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1).
(4) Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/1326 tat-18 ta’ Marzu 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI rigward l-inklużjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda fid-definizzjoni ta’ “droga” (ĠU L 200, 29.7.2022, p. 148).
ANNESS
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Istati Membri li huma membri tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi, u li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni, matul is-67 sessjoni tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi, mill-14 sat-22 ta’ Marzu 2024, dwar l-iskedar ta’ sustanzi:
|
(1) |
Il-bromażolam għandha tiġi inkluża fl-Iskeda IV tal-Konvenzjoni dwar is-Sostanzi Psikotropiċi. |
|
(2) |
Il-butonitażen għandha tiġi inkluża fl-Iskeda I tal-Konvenzjoni dwar id-Drogi Narkotiċi. |
|
(3) |
It-3-Klorometkatinon (3-CMC) għandha tiġi inkluża fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
|
(4) |
Id-dipentilon għandha tiġi inkluża fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sostanzi Psikotropiċi. |
|
(5) |
It-2-Fluworodeskloroketamina (2-FDCK) għandha tiġi inkluża fl-Iskeda II tal-Konvenzjoni dwar is-Sustanzi Psikotropiċi. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/832/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)