7.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/142


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1111

tas-6 ta’ Ġunju 2023

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportatur tal-ajru li jopera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(2)

Ċerti Stati Membri u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) għaddew lill-Kummissjoni informazzjoni li hija rilevanti għall-aġġornament ta’ dik il-lista, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali wkoll ipprovdew informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ li dik il-lista tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi ta’ deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta’ projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq trasportatur tal-ajru li jkun inkluż fil-lista stabbilita fl-Annessi A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lit-trasportaturi tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, jissottomettu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE”).

(5)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-konsultazzjonijiet li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/660 (3), mal-awtoritajiet kompetenti u mat-trasportaturi tal-ajru tal-Armenja, tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, tal-Iraq u tal-Kirgistan. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Arġentina, fil-Kongo (Brazzaville), fl-Eġittu, fil-Każakistan, fil-Kenja, fil-Madagascar, fil-Moldova, fin-Nepal, fil-Pakistan u fis-Sudan t’Isfel.

(6)

L-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa għall-evalwazzjoni inizjali u l-monitoraġġ kontinwu tal-awtorizzazzjonijiet minn operaturi ta’ pajjiżi terzi (“TCO”), maħruġa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (4).

(7)

L-Aġenzija infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fil-kuntest tal-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”), f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(8)

Barra minn hekk, l-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-proġetti ta’ assistenza teknika li saru fil-pajjiżi terzi milqutin minn projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 474/2006. Barra minn hekk, l-Aġenzija pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal iktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u teknika potenzjali tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-pajjiżi terzi, bl-għan li dawn jiġu megħjuna jiżguraw il-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili applikabbli. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal tali talbiet fuq bażi bilaterali, b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Aġenzija. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni saħqet mill-ġdid fuq is-siwi tal-għoti ta’ informazzjoni lill-komunità internazzjonali tal-avjazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-għodda ta’ Sħubija tal-Assistenza għall-Implimentazzjoni tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”), dwar l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi pprovduta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha.

(9)

Il-Eurocontrol ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE b’aġġornament dwar l-istatus tal-funzjonijiet ta’ allarm tas-SAFA u tat-TCO, inkluż l-istatistika dwar il-messaġġi ta’ allert għat-trasportaturi tal-ajru pprojbiti.

Trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni

(10)

Wara l-analiżi mill-Aġenzija tal-informazzjoni li ħarġet mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq l-inġenji tal-ajru tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni, kif ukoll mill-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni li twettqu mill-Aġenzija, u kkomplementata bl-informazzjoni li rriżultat minn spezzjonijiet u awditi speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri u l-Aġenzija, fir-rwol ta’ awtoritajiet kompetenti, ħadu ċerti miżuri korrettivi u ta’ infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar dawk il-miżuri.

(11)

L-Istati Membri u l-Aġenzija, fir-rwol ta’ awtoritajiet kompetenti, saħqu mill-ġdid li lesti jaġixxu kif meħtieġ f’każ li informazzjoni pertinenti dwar is-sikurezza tkun tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità min-naħa tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni ma’ standards tas-sikurezza rilevanti.

Trasportaturi tal-ajru mill-Armenja

(12)

F’Ġunju 2020, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736 (6).

(13)

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu, il-Kummissjoni identifikat li, f’Diċembru 2022, it-trasportatur tal-ajru l-ġdid Armenian Airlines ġie ċċertifikat mill-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Armenja (“CAC”). Peress li s-CAC ma pprovdiex lill-Kummissjoni bl-evidenza biex juri li għandu kapaċità suffiċjenti biex jimplimenta u jinforza l-istandards tas-sikurezza rilevanti, il-ħruġ ta’ ċertifikat tal-operatur tal-ajru (“AOC”) lil dan it-trasportatur tal-ajru ġdid ma jiggarantix konformità suffiċjenti mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti.

(14)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li, fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Armenja, il-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex it-trasportatur tal-ajru Armenian Airlines jiġi inkluż fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(15)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Trasportaturi tal-ajru mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(16)

F’Marzu 2006, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo ġew inklużi fir-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(17)

Fuq talba tal-Autorité de l’Aviation Civile tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“AAC/RDC”), saret laqgħa teknika fid-19 ta’ April 2023. Matul dik il-laqgħa teknika, l-AAC/RDC ipprovdiet preżentazzjoni komprensiva tal-organizzazzjoni u tal-funzjonijiet tagħha, u l-miżuri meħuda biex tittejjeb is-sorveljanza tas-sikurezza fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. L-AAC/RDC infurmat ukoll lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati preliminari taż-żjara tal-Programm Universali ta’ Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (“USOAP”) tal-ICAO li saret f’Settembru 2022 u fi Frar 2023.

(18)

Il-laqgħa wriet li l-AAC/RDC għad trid tipprovdi lill-Kummissjoni b’aktar kjarifiki u evidenza dwar ċerti azzjonijiet u miżuri meħuda, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru u tat-tiġdid tal-validità tal-AOCs.

(19)

Matul dik il-laqgħa teknika, l-AAC/RDC infurmat lill-Kummissjoni li t-trasportaturi tal-ajru AB BUSINESS, AIR KASAI, GOMA EXPRESS u TRACEP CONGO AVIATION ġew iċċertifikati mill-aħħar aġġornament li pprovdiet lill-Kummissjoni fis-6 u t-13 ta’ Mejju 2020.

(20)

L-ICAO, permezz tal-Bullettin Elettroniku tagħha 2023/18 tal-1 ta’ Mejju 2023, innotifikat lill-Istati kontraenti tagħha bl-identifikazzjoni ta’ żewġ każijiet ta’ Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza (“SSC”) waqt l-awditu tagħha ta’ Frar 2023, li jappartjenu għaż-żona tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru b’rabta mal-proċeduri tat-titjir bl-istrumenti u mal-ispezzjonijiet tat-titjiriet għall-għajnuniet għan-navigazzjoni.

(21)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-AAC/RDC u n-notifika ta’ żewġ SSCs mill-ICAO, il-Kummissjoni ġġustifikat riżervi dwar il-kapaċità tal-AAC/RDC li tiżgura li l-operazzjonijiet minn trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo jitwettqu f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti. B’konsegwenza ta’ dan, se jsiru aktar laqgħat tekniċi biex jiġi mmonitorjat il-progress tal-kapaċità tal-AAC/RDC biex tiżgura li s-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni tagħha tikkonforma mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza.

(22)

Peress li l-AAC/RDC ma wrietx kapaċità suffiċjenti biex timplimenta u tinforza l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, il-ħruġ ta’ AOC lit-trasportaturi tal-ajru AB BUSINESS, AIR KASAI, GOMA EXPRESS, u TRACEP CONGO AVIATION ma jiggarantix konformità suffiċjenti ma’ dawn l-istandards, u għalhekk dawn it-trasportaturi tal-ajru jenħtieġ li jiżdiedu fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(23)

Fit-8 ta’ Mejju 2023, l-AAC/RDC ipprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza li t-trasportatur tal-ajru MWANT JET ma għadx għandu AOC validu. Għalhekk dan it-trasportatur tal-ajru jenħtieġ li jitneħħa mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(24)

Skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li l-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex it-trasportatur tal-ajru MWANT JET jitneħħa mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u t-trasportaturi tal-ajru AB BUSINESS, AIR KASAI, GOMA EXPRESS u TRACEP CONGO AVIATION jiġu miżjuda fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(25)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Trasportaturi tal-ajru mill-Iraq

(26)

F’Diċembru 2015, it-trasportatur tal-ajru Iraqi Airways ġie inkluż fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 (7).

(27)

Bħala parti mill-konsultazzjonijiet li għaddejjin bħalissa dwar il-Lista tal-UE tas-Sikurezza tal-Ajru (“ASL”), il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Aġenzija u l-Istati Membri, organizzat għadd ta’ laqgħat tekniċi mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Iraq (“ICAA”) u mal-Iraqi Airways. Dawk id-diskussjonijiet iffukaw fuq l-isforzi mwettqa mill-ICAA fl-indirizzar tat-tħassib dwar is-sikurezza li kien ġie identifikat qabel mill-Kummissjoni u mill-esperti tal-Aġenzija, kif ukoll fir-rigward tas-sorveljanza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati tal-Iraq.

(28)

Fl-20 ta’ April 2023, bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tal-Kummissjoni, saret laqgħa teknika bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-Istati Membri u l-ICAA. Matul dik il-laqgħa, l-ICAA pprovdiet informazzjoni dwar diversi elementi ewlenin relatati mal-attivitajiet tagħhom ta’ sorveljanza tas-sikurezza, filwaqt li enfasizzat id-deċiżjoni tal-gvern Iraqi li jalloka riżorsi sostanzjali biex jappoġġa l-isforzi tal-ICAA biex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tas-sikurezza fil-pajjiż, b’mod partikolari għat-taħriġ tal-ispetturi u faċilitajiet xierqa.

(29)

Fir-rigward tas-sorveljanza tas-sikurezza, l-ICAA ddivulgat li hemm sitt detenturi ta’ AOC, erba’ Organizzazzjonijiet ta’ Manutenzjoni Approvati u Organizzazzjoni waħda tat-Traffiku tal-Ajru bbażati fl-Iraq li għalihom hija responsabbli l-ICAA.

(30)

L-ICAA rrappurtat li kienet ġiet abbozzata Liġi tal-Avjazzjoni ġdida li tinsab għaddejja minn konsultazzjoni, u meta tgħaddi se twassal għal bidliet sinifikanti fir-regolamenti u proċeduri interni tal-ICAA. Barra minn hekk, l-ICAA bħalissa qed taħdem fuq l-aġġornament tal-Qafas On-Line tal-ICAO, sakemm issir ir-reviżjoni tal-ICAO tal-Pjan ta’ Azzjoni Korrettiva (“CAP”) propost mill-ICAA.

(31)

Matul dik il-laqgħa teknika, l-ICAA infurmat ukoll lill-Kummissjoni li l-Ispetturi tal-Operazzjonijiet ta’ Titjir (“FOI”) kienu ġestiti parzjalment permezz tad-deżinjazzjoni tal-bdoti tal-operaturi tal-ajru fuq bażi part-time. Barra minn hekk, huma ppreżentaw il-pjanijiet tagħhom biex jirreklutaw FOIs dedikati full-time. Deċiżjoni reċenti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Ministri ppermettiet lill-ICAA tikkuntratta u tirrekluta esperti fl-oqsma tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru, tal-liċenzjar, tal-valutazzjoni medika, tal-ajrunavigabbiltà, tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudromi.

(32)

Barra minn hekk, il-laqgħa teknika inkludiet skambju qasir dwar id-deċiżjoni riċenti li tiċħad id-domanda għal awtorizzazzjoni ta’ TCO li ttieħdet għal raġunijiet ta’ sikurezza.

(33)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi li qed isiru mill-ICAA u l-fatt li l-ICAA hija impenjata li twettaq l-obbligi internazzjonali tagħha fir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni. Minkejja dawn l-iżviluppi, l-informazzjoni pprovduta sa issa teħtieġ aktar verifika permezz ta’ laqgħat tekniċi addizzjonali.

(34)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Iraq.

(35)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Iraq mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(36)

Meta kwalunkwe informazzjoni pertinenti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, jista’ jkun li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi tal-ajru mill-Kirgiżistan

(37)

F’Ottubru 2006, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kirgiżistan ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2006 (8).

(38)

Fit-12 ta’ Mejju 2023, bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tal-Kummissjoni, saret laqgħa teknika bejn il-Kummissjoni u r-rappreżentanti mill-Aġenzija tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Istat taħt il-patroċinju tal-Kabinett tal-Ministri tar-Repubblika tal-Kirgistan (“CAA KG”).

(39)

Matul dik il-laqgħa, is-CAA KG esprimiet l-impenn tagħha li tidħol fi djalogu dwar is-sikurezza mal-Kummissjoni bl-għan li eventwalment jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, u enfasizzat ir-rieda tagħha li torganizza laqgħat addizzjonali kif jitqies meħtieġ mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, is-CAA KG wiegħdet li taqsam kwalunkwe informazzjoni pertinenti dwar is-sikurezza mal-Kummissjoni bħala parti mill-konsultazzjonijiet uffiċjali li jinvolvu l-awtoritajiet regolatorji responsabbli għas-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kirgiżistan, inklużi r-riżultati miż-żjara tal-USOAP ippjanata għal Settembru 2023.

(40)

Barra minn hekk, is-CAA KG ipprovdiet ħarsa ġenerali komprensiva tal-istruttura organizzattiva tagħha u ddeskriviet il-pjanijiet tagħha għall-istabbiliment tal-entità l-ġdida li se tkun responsabbli għall-proċess tas-sorveljanza tas-sikurezza, u li tirraporta direttament lis-CAA KG.

(41)

Is-CAA KG semmiet l-istatus tal-implimentazzjoni tal-Programm tal-Istat għas-Sikurezza u enfasizzat l-emendi li saru fil-Kodiċi tal-Ajru tal-Kirgiżistan. Barra minn hekk, is-CAA KG spjegat li kienu qed jistinkaw b’mod attiv biex isiru istituzzjoni li tiffinanzja lilha nnifisha, li jippermettilhom iżidu r-riżorsi tagħhom u jallokaw fondi addizzjonali għat-taħriġ tal-ispetturi tagħhom.

(42)

Minkejja dawn l-iżviluppi pożittivi, bħalissa ma hemmx biżżejjed evidenza sostanzjata li s-CAA KG indirizzat b’mod effettiv it-tħassib kollu dwar is-sikurezza li wassal għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2006.

(43)

Barra minn hekk, fis-16 ta’ Mejju 2023, is-CAA KG infurmat lill-Kummissjoni li l-AOCs tat-trasportaturi tal-ajru Air Manas u Valor Air kienu ġew revokati. Għalhekk dawn it-trasportaturi tal-ajru jenħtieġ li jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(44)

Fl-istess ħin, is-CAA KG infurmat ukoll lill-Kummissjoni li t-trasportaturi tal-ajru l-ġodda Aero Nomad Airlines, CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES, Global 8 Airlines, Mac.KG Airlines, Aircompany Moalem Aviation, SAPSAN Airline, Sky Jet u TRANS CARAVAN KG kienu ġew iċċertifikati. Peress li s-CAA/KG ma wrietx kapaċità suffiċjenti biex timplimenta u tinforza l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, il-ħruġ ta’ AOC lil dawn it-trasportaturi tal-ajru l-ġodda ma jiggarantix konformità suffiċjenti ma’ dawn l-istandards, u għalhekk dawn it-trasportaturi tal-ajru jenħtieġ li jiżdiedu fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(45)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li, fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Kirgiżistan, il-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex it-trasportaturi tal-ajru Aero Nomad Airlines, CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES, Global 8 Airlines, Mac.KG Airlines, Aircompany Moalem Aviation, SAPSAN Airline, Sky Jet u TRANS CARAVAN KG jiġu inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, u biex Air Manas u Valor Air jitneħħew minn dak l-Anness.

(46)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kirgistan mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(47)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(48)

Minħabba l-implikazzjonijiet tas-sikurezza, l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jagħrfu l-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet malajr u, meta jkun xieraq, b’urġenza. Għaldaqstant, huwa essenzjali li, sabiex jiġu mħarsa l-informazzjoni sensittiva kif ukoll il-pubbliku li jivvjaġġa, kwalunkwe deċiżjoni fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni tiġi ppubblikata u tidħol fis-seħħ minnufih wara l-adozzjoni tagħha.

(49)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE stabbilit skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness A huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

l-Anness B huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Adina VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/660 tat-2 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi regoli dettaljati għal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ operar fl-Unjoni msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 473/2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83 22.3.2023, p. 47).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736 tat-2 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 172, 3.6.2020, p. 7).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 tal-10 ta’ Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 328, 12.12.2015, p. 67).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2006 tat-12 ta’ Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 filwaqt li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 910/2006 (ĠU L 283, 14.10.2006, p. 27).


ANNESS I

“Anness A

LISTA TA’ TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B’XI EĊĊEZZJONIJIET  (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti)

Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) jew Numru tal-Liċenzja Operattiva

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

Stat tal-Operatur

AVIOR AIRLINES

ROI-RNR-011

ROI

Il-Venezwela

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

Is-Suriname

IRAN ASEMAN AIRLINES

FS-102

IRC

L-Iran

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

L-Iraq

AIR ZIMBABWE (PVT)

177/04

AZW

Iż-Żimbabwe

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

L-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

L-Afganistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines u Heli Malongo, inkluż

 

 

L-Angola

AEROJET

AO-008/11-07/17 TEJ

TEJ

L-Angola

GUICANGO

AO-009/11-06/17 YYY

Mhux magħruf

L-Angola

AIR JET

AO-006/11-08/18 MBC

MBC

L-Angola

BESTFLYA AIRCRAFT MANAGEMENT

AO-015/15-06/17YYY

Mhux magħruf

L-Angola

HELIANG

007/11-08/18 YYY

Mhux magħruf

L-Angola

SJL

AO-014/13-08/18YYY

Mhux magħruf

L-Angola

SONAIR

AO-002/11-08/17 SOR

SOR

L-Angola

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Armenja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Armenja

AIRCOMPANY ARMENIA

AM AOC 065

NGT

L-Armenja

ARMENIAN AIRLINES

AM AOC 076

AAG

L-Armenja

ARMENIA AIRWAYS

AM AOC 063

AMW

L-Armenja

ARMENIAN HELICOPTERS

AM AOC 067

KAV

L-Armenja

FLY ARNA

AM AOC 075

ACY

L-Armenja

FLYONE ARMENIA

AM AOC 074

FIE

L-Armenja

NOVAIR

AM AOC 071

NAI

L-Armenja

SHIRAK AVIA

AM AOC 072

SHS

L-Armenja

SKYBALL

AM AOC 073

Mhux applikabbli

L-Armenja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kongo (Brazzaville) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Kongo (Brazzaville)

CANADIAN AIRWAYS CONGO

CG-CTA 006

TWC

Il-Kongo (Brazzaville)

EQUAFLIGHT SERVICES

CG-CTA 002

EKA

Il-Kongo (Brazzaville)

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Il-Kongo (Brazzaville)

TRANS AIR CONGO

CG-CTA 001

TSG

Il-Kongo (Brazzaville)

SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO

CG-CTA 004

Mhux magħruf

Il-Kongo (Brazzaville)

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC)

AB BUSINESS

AAC/DG/OPS-09/14

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC)

AIR FAST CONGO

AAC/DG/OPS-09/03

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC)

AIR KASAI

AAC/DG/OPS-09/11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC)

AIR KATANGA

AAC/DG/OPS-09/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC)

BUSY BEE CONGO

AAC/DG/OPS-09/04

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA)

AAC/DG/OPS-09/02

DBP

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC)

CONGO AIRWAYS

AAC/DG/OPS-09/01

COG

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC)

GOMA EXPRESS

AAC/DG/OPS-09/13

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC)

KIN AVIA

AAC/DG/OPS-09/10

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC)

MALU AVIATION

AAC/DG/OPS-09/05

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC)

SERVE AIR CARGO

AAC/DG/OPS-09/07

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC)

SWALA AVIATION

AAC/DG/OPS-09/06

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC)

TRACEP CONGO AVIATION

AAC/DG/OPS-09/15

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC)

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Il-Djibouti

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

Il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC Nru 004

ERT

L-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC Nru 005

NAS

L-Eritrea

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kirgistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Kirgistan

AERO NOMAD AIRLINES

57

ANK

Il-Kirgistan

AEROSTAN

08

BSC

Il-Kirgistan

AIR COMPANY AIR KG

50

KGC

Il-Kirgistan

AIRCOMPANY MOALEM AVIATION

56

AMA

Il-Kirgistan

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Il-Kirgistan

CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES

58

KAS

Il-Kirgistan

FLYSKY AIRLINES

53

FSQ

Il-Kirgistan

GLOBAL 8 AIRLINES

59

Mhux magħruf

Il-Kirgistan

HELI SKY

47

HAC

Il-Kirgistan

KAP.KG AIRCOMPANY

52

KGS

Il-Kirgistan

MAC.KG AIRLINES

61

MSK

Il-Kirgistan

SAPSAN AIRLINE

54

KGB

Il-Kirgistan

SKY JET

60

SJL

Il-Kirgistan

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Il-Kirgistan

TRANS CARAVAN KG

55

TCK

Il-Kirgistan

TEZ JET

46

TEZ

Il-Kirgistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja.

 

 

Il-Liberja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

Il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

Il-Libja

AL MAHA AVIATION

030/18

Mhux magħruf

Il-Libja

BERNIQ AIRWAYS

032/21

BNL

Il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

Il-Libja

GLOBAL AIR TRANSPORT

008/05

GAK

Il-Libja

HALA AIRLINES

033/21

HTP

Il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

Il-Libja

LIBYAN WINGS AIRLINES

029/15

LWA

Il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

Il-Libja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

In-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

In-Nepal

ALTITUDE AIR

085/2016

Mhux magħruf

In-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

In-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

In-Nepal

SUMMIT AIR

064/2010

Mhux magħruf

In-Nepal

HELI EVEREST

086/2016

Mhux magħruf

In-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

HIM

In-Nepal

KAILASH HELICOPTER SERVICES

087/2018

Mhux magħruf

In-Nepal

MAKALU AIR

057 A/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

MANANG AIR PVT

082/2014

Mhux magħruf

In-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

PRABHU HELICOPTERS

081/2013

Mhux magħruf

In-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

In-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħruf

In-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

In-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

In-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

In-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

In-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

YETI AIRLINES

037/2004

NYT

In-Nepal

It-trasportaturi tal-ajru kollha li ġejjin iċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tar-Russja

 

 

Ir-Russja

AURORA AIRLINES

486

SHU

Ir-Russja

AVIACOMPANY "AVIASTAR-TU" CO. LTD

458

TUP

Ir-Russja

IZHAVIA

479

IZA

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY "AIR COMPANY "YAKUTIA"

464

SYL

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY "RUSJET"

498

RSJ

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY "UVT AERO"

567

UVT

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY SIBERIA AIRLINES

31

SBI

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY SMARTAVIA AIRLINES

466

AUL

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY "IRAERO" AIRLINES

480

IAE

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY "URAL AIRLINES"

18

SVR

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY ALROSA AIR COMPANY

230

DRU

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY NORDSTAR AIRLINES

452

TYA

Ir-Russja

JS AVIATION COMPANY "RUSLINE"

225

RLU

Ir-Russja

JSC YAMAL AIRLINES

142

LLM

Ir-Russja

LLC "NORD WIND"

516

NWS

Ir-Russja

LLC “AIRCOMPANY IKAR”

36

KAR

Ir-Russja

LTD. I FLY

533

RSY

Ir-Russja

POBEDA AIRLINES LIMITED LIABILITY COMPANY

562

PBD

Ir-Russja

PUBLIC JOINT STOCK COMPANY "AEROFLOT - RUSSIAN AIRLINES"

1

AFL

Ir-Russja

ROSSIYA AIRLINES, JOINT STOCK COMPANY

2

SDM

Ir-Russja

SKOL AIRLINE LLC

228

CDV

Ir-Russja

UTAIR AVIATION, JOINT-STOCK COMPANY

6

UTA

Ir-Russja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

São Tomé u Príncipe

AFRICA'S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

São Tomé u Príncipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

São Tomé u Príncipe

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

 

 

Sierra Leone

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Is-Sudan

ALFA AIRLINES SD

54

AAJ

Is-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

Is-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Is-Sudan

ELDINDER AVIATION

8

DND

Is-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

GNF

Is-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Is-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Is-Sudan

KUSH AVIATION CO.

60

KUH

Is-Sudan

NOVA AIRWAYS

46

NOV

Is-Sudan

SUDAN AIRWAYS CO.

1

SUD

Is-Sudan

SUN AIR

51

SNR

Is-Sudan

TARCO AIR

56

TRQ

Is-Sudan

”.

(1)  It-trasportaturi tal-ajru mniżżlin fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.


ANNESS II

“ANNESS B

LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI  (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti)

Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”)

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

Stat tal-Operatur

Tip ta’ inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

Marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun(u) disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

Stat tar-reġistrazzjoni

IRAN AIR

IR.AOC.100

IRA

L-Iran

L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747

L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif imsemmi fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif imsemmi fl-AOC

L-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Il-Korea ta’ Fuq

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: żewġ (2) inġenji tal-ajru tat-tip TU-204.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: P-632, P-633.

Il-Korea ta’ Fuq

”

(1)  It-trasportaturi tal-ajru mniżżlin fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.