|
1.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 97/2011
tat-30 ta’ Settembru 2011
li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness X tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2010 tal-1 ta’ Ottubru 2010 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/425/UE tat-28 ta’ Lulju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/767/KE rigward l-istabbiliment, il-manutenzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ listi ta’ fiduċja ta’ fornituri ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni sorveljati/akkreditati mill-Istati Membri (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 1b (id-Deciżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE) fl-Anness X għall-Ftehim:
“, kif emendat permezz ta’:
|
— |
32010 D 0425: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/425/UE tat-28 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 199, 31.7.2010, p. 30).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2010/425/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 332, 16.12.2010, p. 52.
(2) ĠU L 199, 31.7.2010, p. 30.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.