European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1453

21.5.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1453

tas-17 ta' Mejju 2024

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li sabiex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom sabiex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji jew taż-żoni tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u tal-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew taż-żoni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar sitt tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fl-istati ta’ California (1), Idaho (1), Michigan (3) u Minnesota (1), li ġew ikkonfermati bejn l-24 ta’ April 2024 u l-10 ta’ Mejju 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI, l-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti stabbiliet żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentat politika ta’ qerda biex tikkontrolla l-preżenza tal-HPAI u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda.

(7)

L-Istati Uniti ressqu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu aktar tixrid tal-HPAI bħala segwitu għat-tifqigħat riċenti fl-istati ta’ California, Idaho, Michigan u Minnesota.

(8)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żona bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti, jenħtieġ li jiġi sospiż id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat riċenti fl-istati ta’ California, Idaho, Michigan u Minnesota, sabiex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(9)

Barra minn hekk, l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(10)

L-Istati Uniti ressqu informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta mal-11-il tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ California (3), Colorado (1), Indiana (1), Nebraska (1), North Carolina (1), North Dakota (1), Ohio (1), u Oregon (2), li ġew ikkonfermati bejn l-20 ta’ Ottubru 2023 u l-20 ta’ Frar 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(11)

L-Istati Uniti ssottomettew ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara dawn it-tifqigħat tal-HPAI, l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lestew ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati.

(12)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Istati Uniti, u jidhrilha li dawn ipprovdew garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti fl-Unjoni miż-żoni kkonċernati, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex ta’ theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni kkonċernati tal-Istati Uniti, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika kurrenti fir-rigward tal-HPAI fl-Istati Uniti.

(14)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Istati Uniti, jenħtieġ li l-emendi li għandhom isiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament isiru effettivi bħala kwistjoni ta’ urġenza.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2024

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B, l-entrata għall-Istati Uniti hija emendata kif ġej:

(i)

ir-ringiela għaż-żona US-2.475 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.475

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

20.10.2023

1.4.2024”;

(ii)

ir-ringiela għaż-żona US-2.514 hija sostitwita b’dan li ġej:

‘US

L-Istati Uniti

US-2.514

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

16.11.2023

18.4.2024”;

(iii)

ir-ringiela għaż-żona US-2.525 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.525

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

15.11.2023

18.4.2024”;

(iv)

ir-ringiela għaż-żona US-2.561 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.561

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

7.12.2023

21.4.2024”;

(v)

ir-ringiela għaż-żona US-2.573 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.573

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

7.12.2023

31.3.2024”;

(vi)

ir-ringiela għaż-żona US-2.582 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.582

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

13.12.2023

30.3.2024”;

(vii)

ir-ringiela għaż-żona US-2.605 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.605

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

28.12.2023

21.4.2024”;

(viii)

ir-ringiela għaż-żona US-2.620 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.620

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

25.1.2024

6.4.2024”;

(ix)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.622 u US-2.623 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.622

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

6.2.2024

3.4.2024

US-2.623

N, P1

 

8.2.2024

27.3.2024”;

(x)

ir-ringiela għaż-żona US-2.629 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.629

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

20.2.2024

25.4.2024”;

(xi)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.644 sa US-2.649 wara r-ringiela għaż-żona US-2.643:

“US

L-Istati Uniti

US-2.644

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

24.4.2024

 

US-2.645

N, P1”

 

26.4.2024

 

US-2.646

N, P1”

 

2.5.2024

 

US-2.647

N, P1”

 

2.5.2024

 

US-2.648

N, P1”

 

9.5.2024

 

US-2.649

N, P1”

 

10.5.2024”;

 

(b)

fil-Parti 2, fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.644 sa US-2.649 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.643:

“L-Istati Uniti

US-2.644

L-Istat ta’ Michigan

Ottawa 01

Il-Kontea ta’ Ottawa: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 85.9632179°W 43.1437496°N)

US-2.645

L-Istat ta’ Michigan

Gratiot 01

Il-Kontea ta’ Gratiot: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 84.7826846°W 43.2777822°N)

US-2.646

L-Istat ta’ Minnesota

Dodge 03

Kontea ta’ Dodge: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 92.9605249°W 44.1465876°N)

US-2.647

L-Istat ta’ Michigan

Gratiot 02

Il-Kontea ta’ Gratiot: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 84.7869481°W 43.2875626°N)

US-2.648

L-Istat ta’ California

San Francisco 01

Il-Kontea ta’ San Francisco: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 122.4222415°W 37.8133168°N)

US-2.649

L-Istat ta’ Idaho

Jerome 01

Il-Kontea ta’ Jerome: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 114.5768431°W 42.8408598°N)’;

(2)

fl-Anness XIV fil-Parti 1, it-Taqsima B, l-entrata għall-Istati Uniti hija emendata kif ġej:

(a)

ir-ringieli għaż-żona US-2.475 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.475

POU, RAT

N, P1”

 

20.10.2023

1.4.2024

GBM

P1

 

20.10.2023

1.4.2024”;

(b)

ir-ringieli għaż-żona US-2.514 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.514

POU, RAT

N, P1”

 

16.11.2023

18.4.2024

GBM

P1

 

16.11.2023

18.4.2024”;

(c)

ir-ringieli għaż-żona US-2.525 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.525

POU, RAT

N, P1”

 

15.11.2023

18.4.2024

GBM

P1

 

15.11.2023

18.4.2024”;

(d)

ir-ringieli għaż-żona US-2.561 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.561

POU, RAT

N, P1”

 

7.12.2023

21.4.2024

GBM

P1

 

7.12.2023

21.4.2024”;

(e)

ir-ringieli għaż-żona US-2.573 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.573

POU, RAT

N, P1”

 

7.12.2023

31.3.2024

GBM

P1

 

7.12.2023

31.3.2024”;

(f)

ir-ringieli għaż-żona US-2.582 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.582

POU, RAT

N, P1”

 

13.12.2023

30.3.2024

GBM

P1

 

13.12.2023

30.3.2024”;

(g)

Ir-ringieli għaż-żona US-2.605 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.605

POU, RAT

N, P1”

 

28.12.2023

21.4.2024

GBM

P1

 

28.12.2023

21.4.2024”;

(h)

Ir-ringieli għaż-żona US-2.620 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.620

POU, RAT

N, P1”

 

25.1.2024

6.4.2024

GBM

P1

 

25.1.2024

6.4.2024”;

(i)

ir-ringieli għaż-żoni US-2.622 u US-2.623 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.622

POU, RAT

N, P1”

 

6.2.2024

3.4.2024

GBM

P1

 

6.2.2024

3.4.2024

US-2.623

POU, RAT

N, P1”

 

8.2.2024

27.3.2024

GBM

P1

 

8.2.2024

27.3.2024”;

(j)

Ir-ringieli għaż-żona US-2.629 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.629

POU, RAT

N, P1”

 

20.2.2024

25.4.2024

GBM

P1

 

20.2.2024

25.4.2024”;

(k)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.644 sa US-2.649 wara r-ringieli għaż-żona US-2.643:

“US

L-Istati Uniti

US-2.644

POU, RAT

N, P1”

 

24.4.2024

 

GBM

P1

 

24.4.2024

 

US-2.645

POU, RAT

N, P1”

 

26.4.2024

 

GBM

P1

 

26.4.2024

 

US-2.646

POU, RAT

N, P1”

 

2.5.2024

 

GBM

P1

 

2.5.2024

 

US-2.647

POU, RAT

N, P1”

 

2.5.2024

 

GBM

P1

 

2.5.2024

 

US-2.648

POU, RAT

N, P1”

 

9.5.2024

 

GBM

P1

 

9.5.2024

 

US-2.649

POU, RAT

N, P1”

 

10.5.2024

 

GBM

P1

 

10.5.2024”.

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1453/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)