Official Journal L 237 , 26/08/1983 P. 0004 - 0004
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0127
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 2 P. 0129
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0127
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 2 P. 0129
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Lulju 1983 Dwar id-dħul tal-Komunità fil-Konvenzjoni dwar is-Sajd u l-Konservazzjoni tar-riżorsi ħajja fil-Baħar Baltiku u l-Ibħra ta' Madwaru, kif emendata bil-Protokoll tal-Konferenza tar-rappreżentanti ta' l-Istati Parti fil-Konvenzjoni ffirmata f'Varsavja fil-11 ta' Novembru 1982 (83/414/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekononomika Ewropea u b' mod partikolari l-artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi t-tmexxija u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajja fil-baħar baltiku u l-ibħra ta' madwaru teħtieġ regolazzjoni internazzjonali; Billi, għal dan il-għan, il-Konvenzjoni dwar is-sajd u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajja fil-baħar baltiku u l-ibħra ta' madwaru, minn issa ‘l quddiem imsejħa "l-Konvenzjoni ta' Gdansk" , ġiet iffirmata fi Gdansk fit-13 ta' Settembru 1973 u daħlet fis-seħħ fit-28 ta' Lulju 1974; Billi l-Komunità għandha kompetenza esklussiva sabiex tieħu miżuri ta' konservazzjoni dwar ir-riżorsi ħajja tal-baħar mhux biss b' mod awtonomu iżda wkoll permezz ta' obbligi kuntrattwali lejn terzi pajjiżi u fil-qafas ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali; Billi ż-żewġ Stati Membri li huma partijiet kontraenti fil-Konvenzjoni ta' Gdansk, jiġifieri r-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fl-1977 ippreżentaw lill-Gvern Pollakk depositarju tal-Konvenzjoni, proposti għall-emendi tal-konvenzjoni sabiex ikun possibbli d-dħul fiha mill-Komunità; Billi l-Istati Parti tal-Konvenzjoni ta' Gdansk, iffirmaw fil-11 ta' Novembru 1982 protokoll li fih proposti għall-emendi tal-Konvenzjoni inter alia l-proposta Daniża-Ġermaniża msemmija; Billi dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ 90 jum wara li l-Gvern Depożitarju jirċievi n-notifiki ta' l-aċċettazzjoni ta' l-emendi mill-Partijiet kollha; billi wara dan id-dħul fis-seħħ il-Komunità' tista' tidħol fil-Konvenzjoni ta' Gdansk; Billi sabiex tikkontribwixxi għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajja fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni ta' Gdansk u fejn is-sajjieda tal-Komunità' jaħdmu, hemm bżonn li l-Komunità' tidħol f'din il-Konvenzjoni, IDDEĊIDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Id-dħul tal-Komunità Ekonomika Ewropea fil-Konvenzjoni dwar is-sajd u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajja fil-baħar baltiku u l-ibħra ta' madwaru, kif emendata bil-protokoll tal-konferenza tar-rappreżentanti ta' l-Istati Parti f'din il-Konvenzjoni, iffirmata f'Varsavja fil-11 ta' Novembru 1982, hija hawn approvata mill-Komunità'. It-testi ta' din il-Konvenzjoni u l-Protokoll huma l-annessi ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jddepożita l-istrument tad-dħul mal-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu Pollakk skond l-Artikolu XVIII tal-Konvenzjoni [3]. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, il-25 ta' Lulju 1983. Għall-Kunsill Il-President C. Simitis [1] ĠU C 117, tat-30.4.1983, p. 4. [2] Opinjoni mogħtija fit-8 ta' lulju 1983 (sa issa mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni għall-Komunità' ser tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjai tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------