|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2462 |
27.3.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11517 – CKI / CKA / PHOENIX ENERGY)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/2462)
1.
Fl-20 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CK Infrastructure Holdings Limited (“CKI”, Bermuda), ikkontrollata minn CK Hutchison Holdings Limited (Il-Gżejjer Cayman), |
|
— |
CK Asset Holdings Limited (“CKA”, il-Gżejjer Cayman), |
|
— |
Phoenix Energy Holdings Limited u s-sussidjajri tagħha (“Phoenix Energy”, ir-Renju Unit). |
CKI u CKA se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Phoenix Energy kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
CKI hija kumpanija globali ta’ infrastruttura li għandha investimenti diversifikati fl-infrastruttura tal-enerġija, fl-infrastruttura tat-trasport, fl-infrastruttura tal-ilma, fil-ġestjoni tal-iskart, fl-irkupru enerġetiku, fl-infrastruttura domestika u fin-negozju relatat mal-infrastruttura, |
|
— |
CKA hija komglomerat multinazzjonali b’attivitajiet varji, fost l-oħrajn, l-iżvilupp tal-proprjetà u l-investiment, il-ġestjoni tal-proprjetajiet u tal-proġetti, l-infrastruttura u l-operat ta’ assi utilitarji, |
|
— |
Phoenix Energy hija s-sid u topera d-distribuzzjoni tal-gass fiż-żoni ta’ Belfast, Larne, East Down u Whitehead fl-Irlanda ta’ Fuq. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11517 – CKI / CKA / PHOENIX ENERGY
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2462/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)