|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2612 |
8.10.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2612
tas-7 ta’ Ottubru 2024
li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-kitosan, għall-klopiralid, għad-difenokonażol, għar-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, għall-flonikammid, għall-proteini idrolizzati, u għal-lavandulil seneċjoat f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (maximum residue levels, “MRLs”) għas-sustanza attiva flonikammid ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-MRLs għas-sustanzi attivi klopiralid u difenokonażol ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Ma ġewx stabbiliti MRLs speċifiċi għall-kitosan, għar-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, għall-proteini idrolizzati, u għall-lavandulil seneċjoat u dawk is-sustanzi ma ddaħħlux fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, u għaldaqstant japplika l-valur prestabbilit stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tiegħu. |
|
(2) |
Fir-rigward tal-klopiralid tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fejn intalbet modifika tal-MRLs eżistenti għall-għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura. Fir-rigward tad-difenokonażol, tressqet applikazzjoni bħal din għas-segala u l-qamħ. Fir-rigward tal-flonikammid, tressqet applikazzjoni bħal din għall-patata, għall-ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata, għall-ispinaċi u weraq simili, għall-fażola (bla miżwed), għall-kardun, għall-krafes, għall-bużbież ta’ Firenze u għar-rabarbru. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni bagħtet l-applikazzjonijiet, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni, u d-dossiers ta’ sostenn lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”). |
|
(4) |
L-Awtorità vvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta’ evalwazzjoni, eżaminat b’mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat opinjoni motivata dwar l-MRLs proposti (2). Bagħtet l-opinjonijiet motivati tagħha lill-applikanti, lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri, u ppubblikathom. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-MRLs għad-difenokonażol fil-qamħ u fis-segala, l-Awtorità kkonkludiet li kienet meħtieġa kunsiderazzjoni ulterjuri mill-maniġers tar-riskju peress li l-esponiment kroniku ġenerali tqies provviżorju sakemm titressaq data ta’ konferma dwar il-metaboliżmu/id-degradazzjoni preferenzjali possibbli tal-erba’ sterjoisomeri tad-difenokonażol fil-pjanti u fl-annimali u l-impatt tal-isomerizzazzjoni fuq it-tossiċità tad-difenokonażol. Peress li l-qamħ u s-segala huma kontributuri minuri għall-esponiment kroniku ġenerali, u peress li l-Awtorità kkonfermat li mhuwiex mistenni li jseħħ qbiż tal-limitu anke jekk wieħed jassumi bidla possibbli fil-proporzjon tal-isomeri tiegħu, jixraq li l-MRL il-ġdid għad-difenokonażol fil-qamħ u fis-segala jiġi stabbilit fil-livell ta’ 0,1 mg/kg propost mill-Awtorità. |
|
(6) |
Fir-rigward tal-modifiki proposti l-oħrajn kollha tal-MRLs għall-klopiralid, għad-difenokonażol u għall-flonikammid mitluba mill-applikanti, l-Awtorità kkonkludiet li kienu ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha tad-data u li dawn il-modifiki kienu aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumatur abbażi ta’ valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi għal 27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumaturi. L-Awtorità qieset l-aktar informazzjoni reċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi ta’ dawk is-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawk is-sustanzi mill-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista’ jkun fihom dawk is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba l-konsum għoli tal-prodotti rilevanti ma juri li hemm riskju li tinqabeż id-doża aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza. |
|
(7) |
Abbażi tal-opinjonijiet tal-Awtorità, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti elenkati fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, ġie konkluż li l-modifiki proposti għall-MRL huma aċċettabbli. |
|
(8) |
Il-kitosan ġie approvat bħala sustanza bażika bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/456 (3). Ir-residwi tad-distillazzjoni tax-xaħam u l-proteini idrolizzati ġew imġedda bħala sustanzi attivi b’riskju baxx bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1755 (4) u (UE) 2024/821 (5), rispettivament. Il-lavandulil seneċjoat ġie approvat bħala sustanza attiva b’riskju baxx bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/646 (6). Il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ dawk is-sustanzi mhumiex mistennija li jwasslu għall-preżenza ta’ residwi fil-prodotti tal-ikel jew tal-għalf li jistgħu jkunu ta’ riskju għall-konsumaturi, u għalhekk, mhumiex meħtieġa MRLs. Għalhekk jixraq li dawk is-sustanzi jiddaħħlu fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.
(2) EFSA 2024. Modification of the existing maximum residue level for clopyralid in honey. EFSA Journal, 22 (1), e8546. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8546.
EFSA 2023. Modification of the existing maximum residue levels for difenoconazole in wheat and rye. EFSA Journal, 21(8), e08207. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8207.
EFSA 2023. Modification of the existing maximum residue levels for flonicamid in various crops EFSA Journal, 22(1), e8545. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8545.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/456 tal-21 ta’ Marzu 2022 li japprova s-sustanza bażika kitosan f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011(ĠU L 93, 22.3.2022, p. 138, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/456/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1755 tal-11 ta’ Settembru 2023 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva b’riskju baxx, ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 224, 12.9.2023, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1755/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/821 tat-8 ta’ Marzu 2024 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva b’riskju baxx, proteini idrolizzati, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L, 2024/821, 11.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/821/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/646 tat-13 ta’ Mejju 2020 li japprova s-sustanza attiva Lavandulyl senecioate, bħala sustanza b’risku baxx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 151, 14.5.2020, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/646/oj).
ANNESS
L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, il-kolonna għall-flonikammid hija sostitwita b’dan li ġej: "Residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fil-Parti A tal-Anness III, il-kolonni għall-klopiralid u d-difenokonażol huma sostitwiti b’dan li ġej: "Residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
fl-Anness IV, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
(*1) Jindika l-limitu l-aktar baxx ta’ determinazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*2) Jindika l-limitu l-aktar baxx ta’ determinazzjoni analitika
(2) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2612/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)