<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-411/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0411</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:602">EU:C:2022:602</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20220801">1.8.2022</DATE> – Kawża C‑411/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Familienkasse Niedersachsen-Bremen</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P>1 ta’ Awwissu 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadinanza tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-persuni</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/38/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 24(1) u (2)</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċċji tas-sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 883/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċċji tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra ekonomikament inattivi matul l-ewwel tliet xhur ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑411/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Bremen (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Bremen, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑20 ta’ Awwissu 2020, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑2 ta’ Settembru 2020, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">S</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Familienkasse Niedersachsen-Bremen der Bundesagentur für Arbeit,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, L. Bay Larsen, Viċi President, A. Arabadjiev, A. Prechal, K. Jürimäe (Relatur), C. Lycourgos, E. Regan, N. Jääskinen u I. Ziemele, Presidenti ta’ Awla, M. Ilešič, F. Biltgen, P. G. Xuereb u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u R. Kanitz, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn J. Pavliš, M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin u B.‑R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑16 ta’ Diċembru 2021,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72), kif ukoll l-Artikolu 24 tad-Direttiva Nru 2004/38/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familji tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE, 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn S, ċittadina tal-Unjoni li toriġina minn Stat Membru għajr ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, u l-Familienkasse Niedersachsen-Bremen der Bundesagentur für Arbeit (il-Fond tal-Allowances tal-Familja għas-Sassonja t’Isfel u Bremen tal-Aġenzija Federali għall-Impjieg, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Fond tal-allowances tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar iċ-ċaħda, minn din tal-aħħar, tat-talba għall-allowances tal-familja mressqa minn S għall-perijodu li jikkorrispondi għall-ewwel tliet xhur tar-residenza tagħha fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 883/2004</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(j), (k) u (z) tar-Regolament Nru 883/2004 jinkludi d-definizzjonijiet li ġejjin għall-finijiet ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(j)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>residenza<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> tfisser il-post fejn persuna għandha r-residenza abitwali tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(k)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>żjara<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser residenza temporanja;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(z)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>benefiċċju marbut mal-familja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser il-benefiċċji kollha in natura jew fi flus maħsuba biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-familja, minbarra għotjiet ta’ pagamenti għall-manteniment u allowances speċjali marbutin mat-twelid ta’ tarbija u ma’ adozzjoni msemmija fl-Anness I.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tal-imsemmija regolament, l-Artikolu 2(1) tiegħu jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dan ir-Regolament għandhu japplika għal ċittadini ta’ Stat Membru, persuni mingħajr Stat u refuġjati li għandhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru li huma jew li kienu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru jew ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, kif ukoll għall-membri tal-familji tagħhom u għas-superstiti tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materia</HT>e tal-imsemmi regolament, l-Artikolu 3(1) tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għal-leġislazzjoni kollha li tikkonċerna l-fergħat li ġejjin tas-sigurtà soċjali:</P><P>[…]</P><P>(j) benefiċċji marbuta mal-familja.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament 883/2004 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom igawdu l-istess benefiċċji u għandhom ikunu suġġetti għall-istess obbligi taħt il-leġislazzjoni ta’ kull Stat Membru daqs li kieku kienu ċittadini ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament jipprevedi f’dawn it-termini r-regoli ġenerali dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed biss. Din il-leġislazzjoni għandha tkun determinata skond dan it-Titolu.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-Artikolu 12 sa 16:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>persuna impjegata maċ-ċivil għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru li għalih hija suġġetta l-amministrazzjoni li timpjegah jew li timpjegaha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>persuna li tirċievi benefiċċji minħabba li ma taħdimx skond l-Artikolu 65 taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha, għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>persuna msejħa jew imsejħa mill-ġdid biex isservi fil-forzi armati jew biex tagħmel servizz maċ-ċivil fi Stat Membru, għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>kull persuna oħra li għaliha ma japplikawx is-subparagrafi (a) sa (d) għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha: dan iżda mingħajr ħsara għal disposizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament li jiggarantixxu benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Stati Membri oħra.</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="284" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 284, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT><P><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn hemm differenza fl-opinjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta’ żewġ Stati Membri jew aktar dwar id-determinazzjoni tar-residenza ta’ persuna li għaliha japplika r-Regolament bażiku, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu bi ftehim komuni ċ-ċentru ta’ interessi tal-persuna kkonċernata, abbażi ta’ evalwazzjoni globali tal-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-fatti relevanti, li jistgħu jinkludu fejn ikun il-każ:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>it-tul ta’ żmien u l-kontinwità tal-preżenza fit-territorju tal-Istati Membri kkonċernati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>is-sitwazzjoni tal-persuna, li tinkludi:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>in-natura u l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kwalunkwe attività li titwettaq, b’mod partikolari l-post fejn din l-attività normalment titwettaq, l-istabbiltà tal-attività u t-tul ta’ żmien ta’ kwalunkwe kuntratt tax-xogħol;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>l-istatus tal-familja u r-rabtiet tal-familja tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>it-twettiq ta’ kwalunkwe attività mingħajr ħlas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iv)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ studenti, is-sors tad-dħul tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(v)</NO.P><TXT>is-sitwazzjoni tad-dar domestika tagħha, partikolarment kemm hi permanenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(vi)</NO.P><TXT>l-Istat Membru li fih il-persuna hija meqjusa li tirrisjedi għal finijiet ta’ tassazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-konsiderazzjoni tal-kriterji diversi bbażati fuq il-fatti relevanti kif stabbilit fil-paragrafu 1 ma twassalx għal qbil bejn l-istituzzjonijiet konċernati, l-intenzjoni tal-persuna, kif hi tidher minn tali fatti u ċirkostanzi, speċjalment ir-raġunijiet li wasslu lill-persuna biex tiċċaqlaq, għandhom jiġu kkunsidrati bħala deċiżivi meta jkun qed jiġi stabbilit il-Stat Membru ta’ residenza reali ta’ dik il-persuna.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/38</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-premessi 9, 10, 20 u 21 tad-Direttiva 2004/38 jistabbilixxu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>(9)</NO.P><TXT>Iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni għandhom ikollhom id-dritt li jgħixu fl-Istat Membru ospitanti għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur mingħajr ma jkunu suġġetti għal xi kondizzjonijiet jew xi formalitajiet għajr il-ħtieġa li jkollhom karta ta’ l-identità jew passaport li huma validi, mingħajr preġudizzju għal trattament aktar favorevoli applikabbli għal dawk li qed ifittxu xogħol, kif rikonoxxuti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Dawk il-persuni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ residenza m’għandhomx, madankollu, ikunu ta’ piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu inizjali ta’ residenza. Għalhekk, id-dritt ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u għall-membri tal-familja tagħhom għal perjodi li jaqbżu t-tliet xhur għandu jkun bla ħsara għal kondizzjonijiet.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Skond il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni skond iċ-ċittadinanza, iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jgħixu fi Stat Membru skond din id-Direttiva għandhom igawdu, f’dak l-Istat Membru, trattament ugwali bħaċ-ċittadini f’oqsma koperti mit-Trattat, bla ħsara għal dawk id-disposizzjonijiet speċifiċi kif previsti b’mod ċar mit-Trattat u mil-liġi sekondarja.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jkun l-Istat Membru ospitanti li jiddeċiedi jekk jagħtix għajnuna soċjali matul l-ewwel tliet xhur ta’ residenza, jew għal perjodu itwal f’każ ta’ dawk li qed ifittxu xogħol, liċ-ċittadini ta’ l-Unjoni għajr dawk li huma ħaddiema jew persuni li jaħdmu għal rashom jew li jżommu dan l-istatus jew lill-membri tal-familja tagħhom, jew manteniment għall-istudji, inkluż it-taħriġ professjonali, qabel l-akkwist tad-dritt ta’ residenza permanenti minn dawn l-istess persuni.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni għandhom id-dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur mingħajr xi kondizzjonijiet jew formalitajiet għajr il-ħtieġa li jkollhom karta ta’ l-identità jew passaport li huma validi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għall-membri tal-familja li għandhom passaport validu li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru, li qed jakkumpanjaw jew li se jingħaqdu maċ-ċittadin ta’ l-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Ċittadini ta’ l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom għandhom id-dritt ta’ residenza kif previst fl-Artikolu 6, sakemm ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 24 tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għal disposizzjonijiet speċifiċi kif previsti b’mod ċar fit-Trattat u fil-liġi sekondarja, iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni li jgħixu skond din id-Direttiva fit-territorju ta’ l-Istat Membru ospitanti għandhom igawdu trattament ugwali bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru fl-iskop tat-Trattat. Il-benefiċċju ta’ dan id-dritt għandu jkun estiż għall-membri tal-familja li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru u li għandhom id-dritt ta’ residenza jew għandhom residenza permanenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istat Membru ospitanti m’għandux ikun obbligat li jattribwixxi d-dritt ta’ għajnuna soċjali matul l-ewwel tliet xhur ta’ residenza jew, fejn xieraq, matul il-perjodu itwal previst fl-Artikolu 14(4)(b), lanqas mhu obbligat, qabel il-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti, li jawtorizza għajnuna ta’ manteniment għall-istudji, inkluż taħriġ professjonali, li jikkonsisti f’konċessjonijiet ta’ l-istudenti jew f’self għal studenti lill-persuni li mhumiex ħaddiema, persuni li jaħdmu għal rashom, persuni li jżommu t-tali status u membri tal-familja tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 62 tal-Einkommensteuergesetz (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul), fil-verżjoni tagħha ppubblikata fit‑8 ta’ Ottubru 2009 (BGBl. 2009 I, p. 3366), kif emendata mill-Gesetz gegen illegale Beschäftigung und Sozialleistungsmissbrauch (il-Liġi Kontra x-Xogħol Illegali u l-Abbuż ta’ Benefiċċji Soċjali, BGBl. 2019 I, p. 1066), u li daħlet fis-seħħ fit‑18 ta’ Lulju 2019 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>EStG<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="062.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Fir-rigward tat-tfal fis-sens tal-Artikolu 63, hija intitolata għall-allowances tal-familja taħt din il-liġi, kull persuna:</P><P>1. li għandha d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħha fit-territorju nazzjonali</P><P>[…]</P><P>Sabiex ikun eliġibbli għall-allowances tal-familja taħt il-paragrafu 1, il-benefiċjarju għandu jiġi identifikat permezz tan-numru ta’ identifikazzjoni assenjat lilu […]. L-assenjazzjoni sussegwenti tan-numru ta’ identifikazzjoni għandha effett retroattiv fuq ix-xhur li matulhom il-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel sentenza jkunu ssodisfatti.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="062.001A"><NO.PARAG>(1a)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-[Unjoni] jew ta’ Stat li għalih japplika l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jistabbilixxi d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu fit-territorju nazzjonali, ma jistax jitlob allowances tal-familja għall-ewwel tliet xhur wara l-istabbiliment tad-domiċilju jew tar-residenza abitwali. Din ir-regola ma tapplikax jekk jipprova li jirċievi dħul nazzjonali fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(1), numri 1 sa 4, bl-eċċezzjoni tad-dħul imsemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 19(1), numru 2. Wara l-iskadenza tal-perijodu msemmi fl-ewwel sentenza, huwa jista’ jitlob allowances tal-familja, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2) jew (3) tal-[Gesetz über die allgemeine Freizügigkeit von Unionsbürgern (il-liġi dwar il-Moviment Liberu taċ-Ċittadini tal-Unjoni)], ma jkunux ġew issodisfatti jew li l-kundizzjonijiet biss previsti fl-Artikolu 2(2), Nru 1a, tal-Liġi dwar il-Moviment Liberu taċ-Ċittadini tal-Unjoni jkunu ssodisfatti mingħajr ma l-ebda kundizzjoni oħra msemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ din il-liġi ma tkun ġiet issodisfatta qabel. L-eżami biex jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-allowances tal-familja humiex issodisfatti skont it-tieni sentenza huwa fid-diskrezzjoni unika tal-Fond tal-Allowances tal-Familja […]. Meta, f’każ bħal dan, il-Fond tal-Allowances tal-Familja jiċħad applikazzjoni għall-allowances tal-familja, għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-immigrazzjoni. Meta jkun bl-użu ta’ dokumenti ffalsifikati jew mibdula, jew billi qarraq, li l-applikant ikun wassal biex wieħed jemmen li huwa kien issodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jintalbu l-allowances tal-familja, il-Fond tal-Allowances tal-Familja għandu jinforma b’dan immedjatament lill-awtorità kompetenti tal-immigrazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, S, hija l-omm ta’ tliet itfal imwielda, rispettivament, fl-2003, fl-2005 u fl-2010. V, il-konjuġi tagħha, huwa missier dawn it-tfal. Dawn il-ġenituri u t-tfal tagħhom huma ċittadini ta’ Stat Membru ieħor għajr ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Mejju 2015, S talbet, għall-ewwel darba, lill-Fond għall-Allowances tal-Familja l-għoti ta’ allowances tal-familja għat-tliet ulied tagħha. Dan il-korp laqa’ din it-talba permezz ta’ deċiżjoni tat‑13 ta’ Mejju 2015 u beda jħallasha dawn l-allowances b’mod regolari, sat‑3 ta’ Ġunju 2016. F’din l-aħħar data, l-imsemmi korp iddeċieda li jirtira d-deċiżjoni tiegħu tat‑13 ta’ Mejju 2015, li jieqaf iħallas l-imsemmija allowances lil S mix-xahar ta’ Mejju 2016 u li jitolbu l-ħlas lura tal-allowances tal-familja mħallsa għal dan l-aħħar xahar. Din id-deċiżjoni ġiet wara t-tħassir <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, mill-awtorità ta’ reġistrazzjoni, ta’ S u tat-tliet itfal tagħha mill-indirizz tagħhom fi Bremerhaven (il-Ġermanja), minħabba li r-residenza tagħhom kienet vojta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Diċembru 2017, S ippreżentat applikazzjoni għall-allowances tal-familja għal tnejn mit-tliet itfal tagħha mingħand il-Familienkasse Nordrhein-Westfalen Nord (il-Fond għall-Allowances tal-Familja tan-Nordrhein-Westfalen, il-Ġermanja) fejn indikat indirizz f’Herne (il-Ġermanja). Madankollu, l-ittri mibgħuta minn dan il-korp fl-indirizz li ġie informat bihom ġew irritornati bl-indikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>destinatarju mhux magħruf<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. B’deċiżjoni tal‑1 ta’ Awwissu 2018, l-imsemmi korp għalhekk ċaħad it-talba ta’ S għar-raġuni li hija ma kellhiex id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħha fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fi tmiem ix-xahar ta’ Ottubru 2019, S adixxa lill-Fond għall-Allowances tal-Familja b’talba ġdida għall-allowances tal-familja għat-tliet ulied tiegħu, għall-perijodu mill‑1 ta’ Awwissu 2019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑27 ta’ Diċembru 2019, il-Fond għall-Allowances tal-Familja ċaħad din it-talba. Dan il-korp ikkonstata li S, V u uliedhom kienu ilhom jirrisjedu fil-Ġermanja mid‑19 ta’ Awwissu 2019, peress li din id-data tikkorrispondi għad-dħul tagħhom fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru provenjenti mill-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom u għall-installazzjoni tagħhom f’appartament fi Bremerhaven (il-Ġermanja). Madankollu, l-imsemmija korp kkunsidra li S ma kinitx irċeviet dħul nazzjonali matul l-ewwel tliet xhur wara l-istabbiliment tar-residenza tagħha fil-Ġermanja. Għaldaqstant, l-istess korp ddeċieda li hija ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 62(1a) tal-EStG sabiex tkun tista’ titlob il-benefiċċju tal-allowances tal-familja għal dak li jirrigwarda dan il-perijodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑6 ta’ April 2020, il-Fond għall-Allowances tal-Familja ċaħad l-ilment imressaq minn S kontra d-deċiżjoni tiegħu tas‑27 ta’ Diċembru 2019, u b’hekk ikkonferma lil din tal-aħħar. Huwa kkunsidra li S ma kinitx teżerċita attività bi ħlas u li V kien eżerċita attività negliġibbli matul il-perijodu mill‑5 ta’ Novembru 2019 sat‑12 ta’ Diċembru 2019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>S adixxiet lill-qorti tar-rinviju, il-Finanzgericht Bremen (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Bremen, il-Ġermanja), b’rikors intiż għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba tagħha għall-allowances tal-familja u għall-kundanna tal-Fond għall-Allowances tal-Familja għall-ħlas tal-allowances tal-familja għax-xhur ta’ Awwissu sa Ottubru 2019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, fl-ewwel lok, l-allowances tal-familja jaqgħu, fil-Ġermanja, taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>benefiċċji marbuta mal-familja<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j) tar-Regolament Nru 883/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) ta’ dan ir-regolament. Fil-fatt, dawn huma ffinanzjati mhux mill-kontribuzzjonijiet tal-benefiċjarji, iżda mit-taxxa. Huma jingħataw abbażi ta’ sitwazzjoni legalment iddefinita, indipendentement minn kull kundizzjoni ta’ dħul u mingħajr ebda evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali tal-benefiċjarji. Dawn l-allowances huma intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-familja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, din il-qorti tosserva li l-Artikolu 62(1a) tal-EStG, li tirriżulta minn emenda leġiżlattiva li saret fix-xahar ta’ Lulju 2019, jagħmel differenza fit-trattament bejn ċittadin ta’ Stat Membru li ma huwiex ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja li jistabbilixxi d-domiċilju tiegħu jew ir-residenza abitwali tiegħu f’dan l-aħħar Stat Membru u ċittadin Ġermaniż li jistabbilixxi d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu hemmhekk wara residenza fi Stat Membru ieħor. Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, bħal S, jiġi rrifjutat il-benefiċċju tal-allowances tal-familja matul l-ewwel tliet xhur tar-residenza tiegħu meta ma jipproduċix il-prova tal-eżerċizzju ta’ attività bi ħlas fil-Ġermanja. Min-naħa l-oħra, ċittadin Ġermaniż jibbenefika minnha, minn dawn l-ewwel tliet xhur, anki meta ma jeżerċitax tali attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tesponi li, fl-abbozz ta’ liġi li wasslet għaż-żieda tal-paragrafu 1a mal-Artikolu 62 tal-EStG, il-leġiżlatur Ġermaniż ikkunsidra li din id-differenza fit-trattament kienet konformi mad-dritt tal-Unjoni minħabba li din tippermetti li jiġi evitat influss ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra, li jkun ta’ natura li joħloq piż mhux raġonevoli fuq is-sistema Ġermaniża ta’ assigurazzjoni soċjali. Din id-differenza fit-trattament hija barra minn hekk iġġustifikata fid-dawl tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38, peress li l-ħlas ta’ allowances tal-familja lil ċittadini ta’ Stat Membru għajr ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja li ma jeżerċitawx attività bi ħlas f’dan l-aħħar Stat Membru jkollu, fuq il-finanzi pubbliċi tiegħu, l-istess effett bħall-għoti ta’ benefiċċji soċjali lil dawn iċ-ċittadini. Madankollu, il-leġiżlatur imsemmi ma kienx indirizza b’mod espliċitu, f’dan l-abbozz ta’ liġi, l-impatt possibbli tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004. Fl-aħħar, billi għamel riferiment għas-sentenza tal‑14 ta’ Ġunju 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑308/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:436">EU:C:2016:436</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-leġiżlatur Ġermaniż iġġustifika din l-inugwaljanza fit-trattament permezz tan-neċessità li jiġu protetti l-finanzi tal-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li l-kwistjoni dwar jekk l-allowances tal-familja inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38, hija madankollu diskussa fid-duttrina. Għalhekk, huwa b’mod partikolari avvanzat li dawn l-allowances tal-familja ma jaqgħux taħt l-imsemmi kunċett, iżda jikkostitwixxu, inkwantu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>benefiċċji tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j) tar-Regolament Nru 883/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) tiegħu, benefiċċji tas-sigurtà soċjali fil-veru sens tal-kelma, peress li l-għoti tagħhom ma huwiex suġġett għal kundizzjonijiet ta’ riżorsi. Ċertament, f’każ bħal dan, skont ir-Regolament Nru 883/2004, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kompetenti sabiex tiddeċiedi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ benefiċċji tal-familja liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra residenti fil-Ġermanja mingħajr ma teżerċita hemmhekk attività bi ħlas. Madankollu, dan ir-regolament jipprevedi, fl-Artikolu 4 tiegħu, obbligu ta’ trattament ugwali li jipprovdi li ċ-ċittadini ta’ Stat Membru ieħor għandhom ikunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet għall-għoti bħal dawk li japplikaw għaċ-ċittadini nazzjonali. Dan ir-regolament ma fih ebda dispożizzjoni li tippermetti li ssir differenza fit-trattament bħal dik osservata f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-aħħar mill-aħħar, is-soluzzjoni tal-kawża prinċipali tiddependi, skont il-qorti tar-rinviju, mill-punt dwar jekk id-diskriminazzjoni diretta stabbilita bl-Artikolu 62(1) tal-EStG hijiex ipprojbita mill-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 jew jekk tistax tiġi ġġustifikata abbażi tad-deroga għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament imsemmija fl-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi il-Finanzgericht Bremen (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Bremen) iddeċidiet li tissospendi l-proċedimenti u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>L-Artikolu 24 tad-Direttiva [2004/38] u l-Artikolu 4 tar-Regolament [Nru 883/2004] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li jistabbilixxi d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu fit-territorju nazzjonali u li ma jiġġustifika l-ebda dħul nazzjonali minn attività agrikola jew tal-forestrija, attività industrijali jew kummerċjali, attività bħala ħaddiem li jaħdem għal rasu jew attività bħala persuna impjegata, ma jistax jitlob, għall-ewwel tliet xhur wara l-istabbiliment tad-domiċilju jew tar-residenza abitwali, benefiċċji tal-familja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j), moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) tar-Regolament [Nru 883/2004], filwaqt li ċittadin tal-Istat Membru kkonċernat, li jinsab fl-istess sitwazzjoni, jista’ jitlob benefiċċji tal-familja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j), moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) tar-Regolament [Nru 883/2004], mingħajr ma jrid jipprova dħul nazzjonali minn attività agrikola jew tal-forestrija, attività industrijali jew kummerċjali, attività bħala ħaddiem li jaħdem għal rasu jew attività bħala persuna impjegata?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li stabbilixxa r-residenza abitwali tiegħu fit-territorju tal-ewwel Stat Membru u li huwa ekonomikament inattiv sa fejn ma jeżerċitax attività remunerata fih, jiġi rrifjutat il-benefiċċju ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>benefiċċji marbuta mal-familja<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j), tar-Regolament Nru 883/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) ta’ dan ir-regolament, matul l-ewwel tliet xhur tar-residenza tiegħu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, filwaqt li ċittadin ekonomikament inattiv tal-imsemmi Stat Membru jibbenefika minn tali benefiċċji, inkluż matul l-ewwel tliet xhur wara r-ritorn tiegħu fl-istess Stat Membru wara li jkun għamel użu, skont id-dritt tal-Unjoni, tad-dritt tiegħu ta’ moviment u ta’ residenza fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni huwa intiż li jkun l-istatus fundamentali taċ-ċittadini tal-Istati Membri li jippermetti lil dawk fost dawn tal-aħħar li jinsabu fl-istess sitwazzjoni li jiksbu, indipendentement min-nazzjonalità tagħhom u bla ħsara għall-eċċezzjonijiet espressament previsti f’dan ir-rigward, l-istess trattament ġuridiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑20 ta’ Settembru 2001, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Grzelczyk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑184/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:458">EU:C:2001:458</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑15 ta’ Lulju 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>The Department for Communities in Northern Ireland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑709/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:602">EU:C:2021:602</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Kull ċittadin tal-Unjoni jista’ għalhekk jinvoka l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità li tinsab fl-Artikolu 18 TFUE, ippreċiżata f’dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat FUE, fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 u fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38, fis-sitwazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt il-qasam ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-dritt tal-Unjoni. Dawn is-sitwazzjonijiet jinkludu, fost oħrajn, l-eżerċizzju tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri mogħtija mill-Artikolu 21 TFUE, bla ħsara għal-limitazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet iddefiniti mit-Trattati kif ukoll mill-miżuri adottati b’applikazzjoni tagħhom. (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑20 ta’ Settembru 2001, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Grzelczyk</NAME.CASE>,<?PAGE NO="10"?> <NO.CASE>C‑184/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:458">EU:C:2001:458</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑21 ta’ Frar 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>N.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑46/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:97">EU:C:2013:97</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑15 ta’ Lulju 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>A (Kura tas-saħħa pubblika)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑535/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:595">EU:C:2021:595</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/38 tistabbilixxi tali limitazzjonijiet u kundizzjonijiet. Din id-direttiva pprevediet sistema gradwali fir-rigward tad-dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti li, filwaqt li essenzjalment tinkludi l-istadji u l-kundizzjonijiet previsti fl-istrumenti differenti tad-dritt tal-Unjoni u tal-ġurisprudenza preċedenti għal din id-direttiva, twassal għad-dritt ta’ residenza permanenti (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2011, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ziolkowski u Szeja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑424/10 u C‑425/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:866">EU:C:2011:866</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel tliet xhur tar-residenza fl-Istat Membru ospitanti, l-uniċi koperti mid-domanda preliminari, l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom id-dritt li jirrisjedu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal perijodu ta’ mhux iktar minn tliet xhur, mingħajr kundizzjonijiet jew formalitajiet oħra għajr il-ħtieġa li jkollhom karta tal-identità valida jew passaport validu. L-Artikolu 14(1) tal-imsemmija direttiva jżomm dan id-dritt sakemm iċ-ċittadin tal-Unjoni kif ukoll il-membri tal-familja tiegħu ma jsirux piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat Membru ospitanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑21 ta’ Diċembru 2011, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ziolkowski u Szeja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑424/10 u C‑425/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:866">EU:C:2011:866</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑25 ta’ Frar 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>García-Nieto <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑299/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:114">EU:C:2016:114</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ċittadin tal-Unjoni, anki jekk ekonomikament inattiv, għandu, fl-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2004/38, moqri flimkien mal-Artikolu 14(1) tagħha, dritt ta’ residenza għal perijodu ta’ tliet xhur fi Stat Membru li ma huwiex ċittadin tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li S kienet tinsab, matul l-ewwel tliet xhur tar-residenza tagħha fil-Ġermanja, f’sitwazzjoni ta’ residenza legali skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2004/38, moqri flimkien mal-Artikolu 14(1) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-kawża prinċipali tikkonċerna l-għoti, mill-Istat Membru ospitanti, ta’ allowances tal-familja, fis-sens tal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>benefiċċji tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j) tar-Regolament Nru 883/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) ta’ dan ir-regolament, benefiċċji mogħtija awtomatikament lill-familji li jissodisfaw ċerti kriterji oġġettivi li jirrigwardaw b’mod partikolari d-daqs tagħhom, id-dħul tagħhom u r-riżorsi kapitali tagħhom, mingħajr ebda evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali, u li huma intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-familja (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑14 ta’ Ġunju 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:436">EU:C:2016:436</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑21 ta’ Ġunju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta wkoll li dan huwa l-każ tal-allowances tal-familja inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li dawn jingħataw lill-benefiċjarji tagħhom abbażi ta’ sitwazzjoni legalment iddefinita, li hija indipendenti mill-bżonnijiet personali tagħhom, u li l-għoti tagħhom huwa intiż mhux li jiggarantixxi l-mezzi ta’ għajxien tagħhom, iżda sabiex jikkumpensa l-ispejjeż tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 jistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>regola ta’ kunflitt<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> intiża sabiex tiddetermina l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-ġbir tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament, fosthom<?PAGE NO="11"?> il-benefiċċji tal-familja, li jistgħu jintalbu mill-persuni kollha minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 11(3)(a) sa (d) tal-imsemmi regolament, jiġifieri, b’mod partikolari, il-persuni ekonomikament mhux attivi. Mill-applikazzjoni ta’ din ir-regola jirriżulta li dawn l-aħħar persuni jaqgħu, bħala prinċipju, taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑14 ta’ Ġunju 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:436">EU:C:2016:436</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑15 ta’ Lulju 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>A (Kura tas-saħħa pubblika)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑535/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:595">EU:C:2021:595</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Skont l-Artikolu 1(j) tar-Regolament Nru 883/2004, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>residenza<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> jindika, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, il-post fejn il-persuna kkonċernata tirrisjedi abitwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tesponi li S u l-familja tagħha kienu stabbilixxew ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju Ġermaniż matul il-perijodu ta’ tliet xhur inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Peress li hija ekonomikament inattiva, S għalhekk tidher li taqa’, skont l-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) u mal-Artikolu 3(1)(j) ta’ dan ir-regolament, taħt il-leġiżlazzjoni Ġermaniża f’dak li jirrigwarda l-għoti ta’ benefiċċji tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-preċiżazzjonijiet preliminari li għandu jiġi ddeterminat jekk, peress li jinsab f’sitwazzjoni ta’ residenza legali skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2004/38, moqri flimkien mal-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva, ċittadin tal-Unjoni ekonomikament inattiv jistax jinvoka l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament maċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti ekonomikament inattivi, li jirritornaw f’dan l-Istat Membru wara li jkunu għamlu użu, skont id-dritt tal-Unjoni, mid-dritt tagħhom ta’ moviment u ta’ residenza, fi Stat Membru ieħor, għall-finijiet tal-għoti ta’ allowances tal-familja, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j) tar-Regolament Nru 883/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 4 tar‑Regolament Nru 883/2004 u tal‑Artikolu 24 tad‑Direttiva 2004/38</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punt 27 ta’ din is-sentenza, id-domanda magħmula tirrigwarda l-interpretazzjoni kemm tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 kif ukoll tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38, sa fejn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jippreċiżaw il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Sa fejn din il-kwistjoni hija marbuta, b’mod partikolari, mad-determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38, għandha tiġi ddeterminata l-portata ta’ din id-dispożizzjoni, qabel ma tiġi eżaminata dik tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑Artikolu 24 tad‑Direttiva 2004/38</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38 jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li kull ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti bis-saħħa ta’ din id-direttiva għandu jibbenefika mill-ugwaljanza fit-trattament bħaċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jibbenefika għalhekk lil kull ċittadin tal-Unjoni li r-residenza tiegħu, fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti, josserva l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑11 ta’ Novembru 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2358">EU:C:2014:2358</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑25 ta’ Frar 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>García-Nieto <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑299/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:114">EU:C:2016:114</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38 jistabbilixxi deroga mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li jibbenefikaw minnu ċ-ċittadini tal-Unjoni minbarra l-ħaddiema impjegati, il-persuni li jaħdmu għal rashom, il-persuni li jżommu dan l-istatus u l-membri tal-familja tagħhom, li jirrisjedu fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti, billi jippermetti lil dan tal-aħħar li ma jagħtix id-dritt għall-benefiċċji ta’ għajnuna soċjali, b’mod partikolari matul l-ewwel tliet xhur tar-residenza (sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Brey</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑140/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:565">EU:C:2013:565</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>L-Istat Membru ospitanti jista’ għalhekk jinvoka d-deroga tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38 sabiex jirrifjuta li jagħti lil ċittadin tal-Unjoni li jagħmel użu mid-dritt tiegħu ta’ residenza fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru benefiċċju ta’ għajnuna soċjali matul l-ewwel tliet xhur ta’ din ir-residenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ Frar 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>García-Nieto <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑299/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:114">EU:C:2016:114</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi ddeterminat jekk l-allowances tal-familja inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>dritt ta’ għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>dritt ta’ għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, jirreferi għall-iskemi kollha ta’ għajnuna stabbiliti minn awtoritajiet pubbliċi, kemm fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, li jirrikorri għalihom individwu li ma għandux riżorsi suffiċjenti sabiex jissodisfa l-bżonnijiet bażiċi tiegħu, kif ukoll għal dawk tal-familja tiegħu u li jirriskja, minħabba f’hekk, li jsir, matul ir-residenza tiegħu, piż fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istat Membru ospitanti, li jista’ jkollu konsegwenzi fuq il-livell ġenerali tal-għajnuna li jista’ jingħata minn dan l-Istat (sentenzi tad‑19 ta’ Settembru 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Brey</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑140/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:565">EU:C:2013:565</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑11 ta’ Novembru 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-333/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2358">EU:C:2014:2358</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, kif ġie rrilevat fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, l-allowances tal-familja inkwistjoni fil-kawża prinċipali jingħataw indipendentement mill-bżonnijiet individwali tal-benefiċjarju tagħhom u ma humiex intiżi li jiżguraw il-mezzi ta’ għixien tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, tali allowances ma jaqgħux, kif ikkunsidra l-Avukat Ġenerali fil-punt 54 tal-konklużjonijiet tiegħu, taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>dritt ta’ għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi vverifikat ukoll jekk, kif issuġġerixxa l-Gvern Ġermaniż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38 għandux, fid-dawl tar-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> tiegħu, jiġi interpretat fis-sens li, għal dak li jikkonċerna l-għoti ta’ benefiċċji li ma humiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>dritt ta’ għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, huwa jippermettix madankollu lill-Istat Membru ospitanti jidderoga mill-ugwaljanza fit-trattament li bħala prinċipju għandhom jibbenefikaw minnu ċ-ċittadini tal-Unjoni f’sitwazzjoni ta’ residenza legali fit-territorju tagħha, skont l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 14(1) tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, minn naħa, għandu jitfakkar li, bħala deroga mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE u li l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38 jikkostitwixxi biss espressjoni speċifika tiegħu, il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu 24 għandu jiġi interpretat b’mod strett u b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, inklużi dawk dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑21 ta’ Frar 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>N.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑46/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:97">EU:C:2013:97</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑6 ta’ Ottubru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Jobcenter Krefeld</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑181/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:794">EU:C:2020:794</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Jobcenter Krefeld</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑181/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:794">EU:C:2020:794</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Qabel kollox, fir-rigward tal-kliem tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38, ma hemm xejn fil-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li jippermetti li jiġi kkunsidrat li, permezz tagħha, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jippermetti lill-Istat Membru ospitanti li jidderoga mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li bħala prinċipju għandhom jibbenefikaw minnu ċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu legalment fit-territorju tiegħu għal dak li jikkonċerna benefiċċji li ma humiex dawk ta’ għajnuna soċjali. Għall-kuntrarju, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 57 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-imsemmija dispożizzjoni jirriżulta b’mod ċar li din tikkonċerna esklużivament il-benefiċċji ta’ għajnuna soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-kuntest regolamentari tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punt 31 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva jżomm id-dritt ta’ residenza sa tliet xhur sakemm iċ-ċittadin tal-Unjoni u l-membri tal-familja tiegħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Dan l-Artikolu 14 b’hekk isostni l-interpretazzjoni li l-possibbiltà ta’ deroga mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, abbażi tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38, hija limitata għall-benefiċċji ta’ għajnuna soċjali u li din ma tistax tiġi estiża għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fl-aħħar, din l-interpretazzjoni hija konformi mal-għan tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38, li huwa intiż, skont il-premessa 10 ta’ din id-direttiva, li jinżamm il-bilanċ finanzjarju mhux tas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri, iżda tas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>sistema ta’ għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 62 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-deroga mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament prevista fl-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38 ma hijiex applikabbli għas-sitwazzjoni li fiha, matul l-ewwel tliet xhur tar-residenza tiegħu fl-Istat Membru ospitanti, ċittadin tal-Unjoni jitlob, mhux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>dritt ta’ għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, iżda għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>benefiċċji marbuta mal-familja<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j) tar-Regolament Nru 883/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑Artikolu 4 tar‑Regolament Nru 883/2004</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li ċittadin tal-Unjoni, ekonomikament inattiv, li jkun ittrasferixxa r-residenza abitwali tiegħu fl-Istat Membru ospitanti jaqa’, skont l-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004, taħt il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru fir-rigward tal-għoti ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li din id-dispożizzjoni għandha l-għan mhux biss li tevita l-applikazzjoni simultanja ta’ diversi leġiżlazzjonijiet nazzjonali għal sitwazzjoni partikolari u l-kumplikazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw minnha, iżda wkoll li tipprekludi li l-persuni li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament jiġu mċaħħda mill-protezzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni li tkun applikabbli għalihom (sentenzi tal‑14 ta’ Ġunju 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:436">EU:C:2016:436</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑15 ta’ Lulju 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>A (Kura tas-saħħa pubblika)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑535/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:595">EU:C:2021:595</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, ir-Regolament Nru 883/2004 ma jorganizzax sistema komuni ta’ sigurtà soċjali, iżda jħalli jissussistu sistemi nazzjonali distinti u għandu bħala għan uniku li jiżgura koordinazzjoni bejn dawn tal-aħħar sabiex jiggarantixxi l-eżerċizzju effettiv tal-moviment liberu tal-persuni. Id-dispożizzjonijiet tiegħu, bħal dawk tal-Artikolu 11(3)(e) tiegħu, ma għandhomx, konsegwentement, l-għan li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet sostantivi tal-eżistenza tad-dritt għal benefiċċji tas-sigurtà soċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Ġunju 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:436">EU:C:2016:436</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalkemm l-Istati Membri jibqgħu għalhekk kompetenti sabiex jiddeterminaw fil-leġiżlazzjoni tagħhom il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn il-benefiċċji, din il-kompetenza għandha madankollu tiġi eżerċitata fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ April 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Jeltes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑443/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:224">EU:C:2013:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 jikkonkretizza l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni li jinvokaw, fl-Istat Membru ospitanti, il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>A (Kura tas-saħħa pubblika)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑535/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:595">EU:C:2021:595</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont dan l-Artikolu 4, sakemm ir-Regolament Nru 883/2004 ma jipprovdix mod ieħor, il-persuni li għalihom japplika dan ir-regolament jibbenefikaw mill-istess benefiċċji u huma suġġetti għall-istess obbligi, skont il-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru, bħaċ-ċittadini tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Issa, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 71 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-Regolament Nru 883/2004 ma jinkludi ebda dispożizzjoni li tippermetti lill-Istat Membru ospitanti ta’ ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor f’sitwazzjoni ta’ residenza legali fl-ewwel Stat Membru, iwettaq, fid-dawl tal-fatt li dan iċ-ċittadin huwa ekonomikament inattiv, differenza fit-trattament bejn l-imsemmi ċittadin u ċ-ċittadini tiegħu stess fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>benefiċċji marbuta mal-familja<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j) ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) tal-imsemmi regolament. Għaldaqstant, l-Artikolu 4 ta’ dan l-istess regolament jipprekludi miżura li topera tali differenza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Ċertament, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li xejn ma jipprekludi li l-għoti ta’ benefiċċji li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 lil ċittadini tal-Unjoni ekonomikament inattivi jkun suġġett għar-rekwiżit li dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet sabiex ikollhom dritt ta’ residenza legali skont id-Direttiva 2004/38 fl-Istat Membru ospitanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑19 ta’ Settembru 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Brey</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑140/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:565">EU:C:2013:565</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑11 ta’ Novembru 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2358">EU:C:2014:2358</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑14 ta’ Ġunju 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:436">EU:C:2016:436</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Madankollu, ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2004/38, moqri flimkien mal-Artikolu 14(1) tagħha, jinsab hemmhekk, kif jirriżulta mill-punti 31 sa 33 ta’ din is-sentenza, f’sitwazzjoni ta’ residenza legali, fis-sens ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li tali ċittadin tal-Unjoni jibbenefika mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament maċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004, inkluż jekk huwa ekonomikament inattiv matul l-ewwel tliet xhur tar-residenza tiegħu fl-imsemmi Stat Membru skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38 imsemmija fil-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li ċittadin tal-Unjoni ekonomikament inattiv li jirrisjedi, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2004/38, moqri flimkien mal-Artikolu 14(1) tagħha, fit-territorju ta’ Stat Membru differenti minn dak li tiegħu għandu n-nazzjonalità u li stabbilixxa r-residenza abitwali tiegħu f’dan it-territorju jista’ jinvoka, fl-Istat Membru ospitanti, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004, għall-finijiet tal-għoti ta’ benefiċċji marbuta mal-familja, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j) ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 jippreċiża l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-aċċess għal tali benefiċċji, għandu jiġi eżaminat jekk leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik imsemmija fil-punt 27 ta’ din is-sentenza tikkostitwixxix differenza fit-trattament li tmur kontra din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑eżistenza ta’ differenza fit‑trattament kontra l‑Artikolu 4 tar‑Regolament Nru 883/2004</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta ta’ ċittadin tal-Unjoni leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti li teskludi mill-benefiċċji tal-familja, fis-sens tar-Regolament Nru 883/2004, dan iċ-ċittadin filwaqt li huwa jirrisjedi legalment, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2004/38, moqri flimkien mal-Artikolu 14(1) tagħha, fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u li huwa stabbilixxa hemmhekk ir-residenza abitwali tiegħu, minħabba li l-imsemmi ċittadin huwa ekonomikament inattiv, filwaqt li dan l-istess Stat Membru jagħti tali benefiċċji liċ-ċittadini tiegħu stess, anki jekk ikunu ekonomikament inattivi, mir-ritorn tagħhom f’dan l-Istat Membru wara li eżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 73 tal-konklużjonijiet tiegħu u fid-dawl ta’ dak li ġie ddikjarat fil-punt 61 ta’ din is-sentenza, tali diskriminazzjoni ma tistax, fl-assenza ta’ kull deroga espressament prevista fir-Regolament Nru 883/2004, tiġi ġġustifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-Istat Membru ospitanti jadotta leġiżlazzjoni bħal dik imsemmija fil-punt 67 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li ċ-ċittadin tal-Unjoni, ekonomikament inattiv, li jinvoka, fl-Istat Membru ospitanti, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit minn dan l-artikolu fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ benefiċċji tal-familja, fis-sens tar-Regolament Nru 883/2004, għandu, skont l-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 1(j) tal-imsemmi regolament, ikun stabbilixxa, matul il-perijodu tal-ewwel tliet xhur li matulhom huwa jibbenefika, f’dan l-Istat Membru, minn permess ta’ residenza skont<?PAGE NO="16"?> l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2004/38, moqri flimkien mal-Artikolu 14(1) tiegħu, ir-residenza abitwali tiegħu fl-imsemmi Stat Membru, u mhux jirrisjedi hemm b’mod temporanju, fis-sens tal-Artikolu 1(k) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 987/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>[l]-elementi għad-determinazzjoni tar-residenza<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, jidentifika, fil-paragrafu 1 tiegħu, serje ta’ elementi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Istat Membru li fih tirrisjedi l-persuna kkonċernata. Il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu jippreċiża li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>residenza<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tar-Regolament Nru 883/2004, għandu jinftiehem bħala r-residenza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>effettiva<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> ta’ din il-persuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>residenza abitwali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> jirrifletti essenzjalment kwistjoni ta’ fatt suġġetta għall-evalwazzjoni tal-qorti nazzjonali fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ inkwistjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kundizzjoni li ċittadin tal-Unjoni kif imsemmi fil-punt 70 ta’ din is-sentenza għandu jkun ittrasferixxa r-residenza abitwali tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti timplika li huwa jkun wera r-rieda li jistabbilixxi, b’mod effettiv, iċ-ċentru abitwali tal-interessi tiegħu f’dan l-Istat Membru u li juri li l-preżenza tiegħu fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru turi livell suffiċjenti ta’ stabbiltà, li jiddistingwixxiha minn residenza temporanja (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑25 ta’ Novembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IB (Residenza abitwali ta’ konjuġi - Divorzju)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑289/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:955">EU:C:2021:955</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun bil-mod kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li stabbilixxa r-residenza abitwali tiegħu fit-territorju tal-ewwel Stat Membru u li huwa ekonomikament inattiv sa fejn ma jeżerċitax attività remunerata fih, jiġi rrifjutat il-benefiċċju ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>benefiċċji marbuta mal-familja<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j) ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) tal-imsemmi regolament, matul l-ewwel tliet xhur tar-residenza tiegħu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, filwaqt li ċittadin ekonomikament inattiv tal-imsemmi Stat Membru jibbenefika minn tali benefiċċji, inkluż matul l-ewwel tliet xhur wara r-ritorn tiegħu fl-istess Stat Membru wara li jkun għamel użu, skont id-dritt tal-Unjoni, tad-dritt tiegħu ta’ moviment u ta’ residenza fi Stat Membru ieħor.</P></ITEM><ITEM><P>L-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli għal tali leġiżlazzjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi<?PAGE NO="17"?> interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li stabbilixxa r-residenza abitwali tiegħu fit-territorju tal-ewwel Stat Membru u li huwa ekonomikament inattiv sa fejn ma jeżerċitax attività remunerata fih, jiġi rrifjutat il-benefiċċju ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>benefiċċji marbuta mal-familja<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j) ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) tal-imsemmi regolament, matul l-ewwel tliet xhur tar-residenza tiegħu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, filwaqt li ċittadin ekonomikament inattiv tal-imsemmi Stat Membru jibbenefika minn tali benefiċċji, inkluż matul l-ewwel tliet xhur wara r-ritorn tiegħu fl-istess Stat Membru wara li jkun għamel użu, skont id-dritt tal-Unjoni, tad-dritt tiegħu ta’ moviment u ta’ residenza fi Stat Membru ieħor.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli għal tali leġiżlazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>