|
22.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 41/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/246
tat-13 ta’ Diċembru 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, il-ħlas tal-għajnuna u l-verifiki fuq il-post
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25, il-punt (b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 62(2), il-punt (a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 (3) jistabbilixxi li l-ammonti mitluba fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu sostnuti b’evidenza dokumentarja li turi l-prezz tal-prodotti, tal-materjal jew tas-servizzi mogħtija flimkien ma’ riċevuta jew prova ta’ pagament jew ekwivalenti. Il-prezz tal-prodott, tal-materjal jew tas-servizz mhuwiex pertinenti fejn tintuża għażla ta’ kostijiet simplifikati, u mhuwiex konsistenti mal-objettivi ta’ simplifikazzjoni u mat-tnaqqis tal-piż amministrattiv tal-għażliet tal-kostijiet simplifikati. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti differenti għal sistemi bbażati fuq il-kostijiet u għażliet ta’ kostijiet simplifikati. |
|
(2) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ħlas tal-għajnuna. L-evidenza dokumentarja meħtieġa tinkludi, fil-każ ta’ għażliet ta’ kostijiet simplifikati, il-prova tal-pagament għall-prodotti fornuti u/jew distribwiti u għall-materjal jew għas-servizzi mogħtija taħt il-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament, il-monitoraġġ, u l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni u reklamar. Madankollu, din l-evidenza dokumentarja mhijiex meħtieġa fil-każ ta’ sistemi bbażati fuq il-kostijiet. L-esperjenza miksuba turi li tali rekwiżit mhuwiex pertinenti għall-ħlas tal-għajnuna, irrispettivament minn jekk tintużax sistema bbażata fuq il-kostijiet jew għażla simplifikata tal-kostijiet, u mhuwiex konsistenti mal-objettivi ta’ simplifikazzjoni u tnaqqis tal-piż amministrattiv permezz ta’ għażliet ta’ kostijiet simplifikati. Għalhekk, dan ir-rekwiżit jenħtieġ li jitneħħa. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39, fil-każ li jkun hemm applikazzjoni għall-għajnuna marbuta mal-provvista u mad-distribuzzjoni tal-prodotti u mal-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament, il-verifiki amministrattivi għandhom jiġu ssupplimentati b’verifiki fuq il-post. L-Artikolu 10(1) ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi lista mhux eżawrjenti ta’ verifiki li l-verifiki fuq il-post għandhom jinkludu fil-każ ta’ għajnuna għall-provvista u għad-distribuzzjoni ta’ prodotti. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba, u fl-interess taċ-ċarezza, din il-lista mhux eżawrjenti ta’ verifiki li għandhom jitwettqu għandha tiġi kkomplementata, kemm għall-verifiki fuq il-post f’każ ta’ għajnuna applikata għall-provvista u għad-distribuzzjoni ta’ prodotti kif ukoll għall-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(6) huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw id-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati b’sostenn għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna. L-ammonti mitluba fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu sostnuti b’evidenza dokumentata li turi:
|
|
(2) |
l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-verifiki fuq il-post għandhom jinkludu, b’mod partikulari, verifika tal-elementi li ġejjin:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 1)